Ġeremija 48:1-47

48  Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel,+ għal Mowab:+ “Gwaj għal Nebo,+ għax għamluha ħerba! Kirjatajm+ ġiet imġiegħla tistħi, intrebħet. Il-​post fl-​għoli taʼ sigurtà ġie mġiegħel jistħi u jitwerwer.+  M’hemmx iktar tifħir għal Mowab.+ F’Ħesbon+ ħasbu gwaj kontrih: ‘Ejjew, ħa ma nħalluhx jibqaʼ ġens.’+ “Int, ukoll, O Madmen, għandek tiskot. Hemm sejf miexi warajk.  Qed jinstemaʼ għajat minn Ħoronajm,+ tħarbit u tiġrif kbir.  Mowab iġġarraf.+ Iċ-​ċkejknin tiegħu jinstemgħu jibku.  Fit-telgħa lejn Luħit+ qed jibku—hemm il-​biki. U fin-​niżla minn Ħoronajm instemaʼ l-​għajat taʼ niket minħabba t-​tiġrif.+  “Aħarbu; eħilsu ruħkom,+ u ssiru bħal siġra tal-​ġnibru fix-​xagħri.+  Talli qed tafda fl-​għemejjel tiegħek u fit-​teżori tiegħek, int ukoll se tinqabad.+ U Kemos+ imur fl-​eżilju,+ u miegħu l-​qassisin u l-​prinċpijiet tiegħu.+  U l-​qerried jidħol f’kull belt,+ u l-​ebda belt ma tkun tistaʼ teħlisha.+ U l-​pjanura l-​baxxa tgħib u l-​wita tinqered, kif qal Ġeħova.  “Agħtu lil Mowab sinjal tat-​toroq, għax waqt it-​tiġrif dan jitlaq;+ u blietu jsiru oġġett taʼ stagħġib, u ħadd ma jgħammar fihom.+ 10  “Misħut min iwettaq bi traskuraġni l-​inkarigu li tah Ġeħova;+ u misħut min iżomm sejfu lura mid-​demm! 11  “Il-​Mowabin ilhom jgħixu għall-​kwiet sa minn żgħożithom,+ mistriħin fuq it-​tartru bħall-​inbid.+ Ma tbattlux minn reċipjent għal ieħor, u ma marrux fl-​eżilju. Għalhekk, baqgħu bl-​istess togħma, u r-​riħa tagħhom ma nbidlitx. 12  “‘Għaldaqstant, ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta nibagħtilhom lil dawk li jaqilbu r-​reċipjenti, u jaqilbuhom;+ u jbattlulhom ir-​reċipjenti, u l-​ġarar kbar tagħhom ifarrkuhom biċċiet. 13  U l-​Mowabin ikollhom jistħu minħabba Kemos,+ bħalma stħaw dawk taʼ dar Israel minħabba Betel għax fdaw fiha.+ 14  Kif tażżardaw tgħidu: “Aħna rġiel setgħanin+ u gwerriera mimlijin enerġija”?’ 15  “‘Mowab sar ħerba, u kien hemm min telaʼ għal blietu.+ U l-​aħjar żgħażagħ tagħhom niżlu għall-​qatla,’+ hija l-​kelma tas-​Sultan, li ismu hu Ġeħova taʼ l-​armati.+ 16  “Dalwaqt ġej id-​diżastru fuq il-​Mowabin, u l-​gwaj tagħhom ġej b’ħeffa kbira.+ 17  Dawk kollha taʼ madwarhom se jħossu għalihom, kif ukoll dawk kollha li jafu x’jisimhom.+ Għidu, ‘O kif tkisser il-​ħatar tas-​saħħa, il-​bastun tas-​sbuħija!’+ 18  “Inżel mill-​glorja tiegħek, u poġġi bil-​qiegħda bil-​għatx, O abitanta, bint+ Dibon;+ għax dak li se jħarbat lil Mowab telaʼ għalik. Se jagħmel ħerba mill-​postijiet fortifikati tiegħek.+ 19  “Ieqaf u ħares sew biex tara x’qed jiġri fit-​triq, O abitanta t’Għarogħer.+ Staqsi lil dak li qed jaħrab u lil dik li sejra minn hemmhekk. Għidilhom, ‘X’ġara?’+ 20  Mowab ġie mġiegħel jistħi, għax ħakmu l-​biżaʼ.+ Newħu u għajtu. Xandru fl-​Arnon+ li Mowab sar ħerba. 21  Wasal il-​ġudizzju fil-​pajjiż tal-​wita,+ f’Ħolon u f’Ġaħas+ u kontra Mefgħat,+ 22  u kontra Dibon+ u kontra Nebo+ u kontra Bet-diblatajm, 23  u kontra Kirjatajm+ u kontra Bet-gamul u kontra Bet-megħon+ 24  u kontra Kerjot+ u kontra Bosra+ u kontra l-​bliet kollha taʼ l-​art taʼ Mowab, dawk ’il bogħod u dawk viċin. 25  “‘Il-​qarn taʼ Mowab tqaċċat,+ u driegħu tkisser,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 26  ‘Agħtuh xorb biex jisker,+ għax tkabbar ħafna kontra Ġeħova nnifsu;+ u Mowab tmiegħek fil-​vomtu tiegħu,+ u sar taż-​żuffjett, iva, hu stess. 27  “‘Ma sarx Israel taż-​żuffjett għalik?+ Jew kien misjub fost il-​ħallelin?+ Għax kulmeta kont titkellem kontrih kont ixxejjer rasek biex twaqqgħu għaċ-​ċajt. 28  “‘Ħallu l-​bliet u morru għammru fl-​irdum,+ abitanti taʼ Mowab; siru bħall-​ħamiema li tbejjet f’xifer ix-​xquq.’”+ 29  “Smajna bil-​kburija taʼ Mowab+—huwa supperv ħafna—bl-​arroganza u l-​kburija u s-​suppervja u t-​tneffiħ taʼ qalbu.”+ 30  “‘Jien naf x’rabja qalila għandu,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u li l-​ftaħir tiegħu hu għalxejn, bħalma hu wkoll il-​kliem vojt tiegħu+—m’humiex se jagħmlu kif jgħidu.+ 31  Għalhekk, innewwaħ għal Mowab, u ngħajjat għal Mowab kollu kemm hu.+ Se jkun hemm il-​krib għan-​nies taʼ Kir-ħeres.+ 32  “‘Nibki għalik iktar milli bkejt għal Ġagħżer,+ O dielja taʼ Sibma.+ Ir-​rimjiet tiegħek kibru sew u qasmu l-​baħar. Laħqu sal-​baħar—sa Ġagħżer.+ Il-​qerried qabeż+ fuq il-​frott tas-​sajf tiegħek+ u l-​għeneb li ġbart. 33  U l-​hena u l-​ferħ ittieħdu mill-​ġnien tal-​frott u mill-​art taʼ Mowab.+ U ma ħallejtx iktar inbid fl-​imgħasar taʼ l-​inbid.+ Ħadd ma jgħajjat hu u jagħsar. L-​għajat ma jkunx għajat taʼ ferħ.’”+ 34  “‘Huma għajtu minn Ħesbon+ u leħinhom+ wasal s’Elegħale+ u sa Ġaħas,+ minn Sogħar+ sa Ħoronajm,+ s’Għeglat-selisija,+ għax anki l-​ilmijiet taʼ Nimrim+ isiru ħerba. 35  U neqred minn Mowab,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘lil min qed iġib offerta fil-​post għall-​qima* u lil min qed joffri d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lill-​alla tiegħu.+ 36  Għaldaqstant, qalbi se tokrob minħabba Mowab, bħall-​flawtijiet;+ u għall-​irġiel taʼ Kir-ħeres+ qalbi se tokrob bħall-​flawtijiet. Huwa għalhekk li l-​abbundanza li pproduċa se tgħib.+ 37  L-irjus kollha huma qargħin,+ u kull daqna mqaxxra.+ L-​idejn kollha huma mimlijin qtugħ,+ u l-​ġenbejn imħażżmin bl-​ixkora!’”+ 38  “‘Fuq il-​bjut kollha taʼ Mowab u fil-​pjazez tiegħu—kullimkien—hemm l-​ilfiq;+ għax kissirt lil Mowab bħal reċipjent li ma jingħoġobx,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 39  ‘O kemm twerwer! Newħu! Kif dar lura Mowab bil-​mistħija!+ U Mowab sar taż-​żuffjett u tal-​biżaʼ għal dawk kollha taʼ madwaru.’” 40  “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Bħal ajkla li tinxteħet fuq il-​priża tagħha,+ hekk ukoll xi ħadd se jiftaħ ġwinħajh biex jinxteħet fuq Mowab.+ 41  Blietu se jinqabdu, u l-​postijiet b’saħħithom tiegħu se jintrebħu. U dakinhar, qalb l-​irġiel setgħanin taʼ Mowab issir bħall-​qalb taʼ mara bl-​uġigħ tal-​ħlas.’”+ 42  “‘U Mowab jinqered għalkollox u ma jibqax iżjed ġens,+ għax tkabbar ħafna kontra Ġeħova.+ 43  Il-biżaʼ u l-​ħofra u n-​nasba għal fuqek, O abitant taʼ Mowab,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 44  ‘Kulmin jaħrab bil-​biżaʼ se jaqaʼ fil-​ħofra; u min joħroġ mill-​ħofra jinqabad fin-​nasba.’+ “‘Għax jien se nġib fuqu, fuq Mowab, is-​sena li fiha nitlob kont minnhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 45  ‘Għad-​dell taʼ Ħesbon dawk li qed jaħarbu waqfu bla saħħa. Għax minn Ħesbon joħroġ nar,+ fjamma minn nofs Siħon,+ u jiblaʼ ngħas Mowab u l-​qorriegħa taʼ wlied ir-​rewwixta.’+ 46  “‘Gwaj għalik, O Mowab!+ In-​nies taʼ Kemos+ għabu. Għax lil uliedek subien ħaduhom fil-​jasar, u wliedek bniet ittieħdu bħala mjassrin. 47  U fl-​aħħar parti tal-​jiem niġbor lill-​imjassrin taʼ Mowab,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘S’hawnhekk il-​ġudizzju fuq Mowab.’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “post fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.