Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġeremija 47:1-7

47  Din kienet il-kelma taʼ Ġeħova lill-profeta Ġeremija dwar il-Filistin+ qabel il-Fargħun ħabat għal Gaża.+  Hekk qal Ġeħova: “Ara! L-ilmijiet telgħin+ mit-tramuntana+ u saru wied kbir. U se jgħarrqu l-pajjiż u dak li hemm fih, il-belt u dawk li jgħammru fiha.+ U n-nies se jgħajtu, u kulmin jgħammar fil-pajjiż se jnewwaħ.+  Malli jisimgħu l-ħoss taʼ saqajn iż-żwiemel tiegħu,+ it-tkarwit tal-karrijiet tiegħu tal-gwerra,+ u l-istorbju tar-roti tiegħu,+ il-missirijiet ma jdurux lura għal uliedhom. Għax idejhom jintelqu,  minħabba l-jum li ġej biex jagħmel ħerba mill-Filistin kollha,+ biex jeqred minn Tir+ u minn Sidon+ lil kulmin ikun baqaʼ ħaj u pprova jgħin.+ Għax Ġeħova se jagħmel ħerba mill-Filistin,+ li baqaʼ mill-gżira taʼ Kaftor.+  Bin-niket, Gaża+ se tkun bil-qargħa.+ Askelon+ ġiet imsikkta. O fdal tal-pjanura l-baxxa tagħhom, kemm se ddum tqattaʼ ġismek?+  “O sejf taʼ Ġeħova!+ Kemm se ddum ma tieqaf? Idħol f’għantek.+ Strieħ u iskot.  “Kif jistaʼ jieqaf, meta Ġeħova stess tah kmand għal Askelon u għal xatt il-baħar?+ Hemmhekk qabbdu jmur.”

Noti taʼ taħt