Ġeremija 46:1-28

46  Din kienet il-​kelma taʼ Ġeħova lill-​profeta Ġeremija dwar il-​ġnus:+  Għall-Eġittu,+ għall-​qawwa militari tal-​Fargħun Neko, is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ li kien ħdejn ix-​xmara Ewfrat f’Karkemis,+ u li ġie megħlub minn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda:  “O rġiel, ħejju t-​tarka ż-​żgħira u l-​kbira, u ersqu għall-​battalja.+  Xiddu ż-​żwiemel, u irkbu, O rikkieba, u ħudu postkom lebsin l-​elmu. Illostraw il-​lanez. Ilbsu l-​kurazzi.+  “‘Għala qed narahom imwerwrin? Qed iduru lura, u l-​irġiel setgħanin tagħhom tkissru; ħarbu, u ma jħarsux lura.+ Hemm biżaʼ kullimkien,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  ‘Min hu ħafif, ħa ma jipprovax jiżgiċċa, u s-​setgħan ħa ma jipprovax jaħrab.+ Tfixklu u waqgħu+ lejn it-​tramuntana,+ ħdejn xatt ix-​xmara Ewfrat.’  “Min hu dan li tielaʼ bħax-​Xmara Nil, bħax-​xmajjar li l-​ilmijiet tagħhom jintefgħu ’l hemm u ’l hawn?+  L-Eġittu jitlaʼ bħax-​Xmara Nil,+ u l-​ilmijiet jintefgħu ’l hemm u ’l hawn bħal xmajjar.+ U jgħid, ‘Nitlaʼ u niksi l-​art. U neqred il-​belt u dawk li jgħammru fiha.’+  Itilgħu, O żwiemel; suqu bħal imġienen, O karrijiet! U ħa joħorġu l-​irġiel setgħanin, Kus+ u Put,+ li jżommu t-​tarka, u l-​Ludin,+ li jużaw u jħejju l-​qaws. 10  “U dak il-​jum hu tal-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati; hu jum il-​vendetta biex jitħallas mill-​avversarji tiegħu.+ U s-​sejf jiblaʼ u jixbaʼ u jimtela b’demmhom, għax il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, se jagħmel sagrifiċċju+ fl-​art tat-​tramuntana ħdejn ix-​xmara Ewfrat.+ 11  “Itlaʼ sa Gilegħad u ġib ftit balzmu,+ O verġni, bint l-​Eġittu.+ Għalxejn użajt iktar affarijiet biex ifejquk għax ma tistax tfiq.+ 12  Il-ġnus semgħu bid-​diżunur tiegħek+ u l-​għajta tiegħek imliet l-​art.+ Għax tfixklu, raġel setgħan f’raġel setgħan,+ u waqgħu t-​tnejn flimkien.” 13  Il-kelma li Ġeħova qal lill-​profeta Ġeremija dwar kif Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, kien ġej biex jaħbat għall-​art taʼ l-​Eġittu:+ 14  “Għidu dan fl-​Eġittu, u xandruh f’Migdol,+ u xandruh f’Nof+ u f’Taħfanħes.+ Għidu, ‘Ħu postok, ħejji ruħek,+ għax madwarek kollu se jinbelaʼ bis-​sejf.+ 15  Għala nġarrew is-​setgħanin tiegħek?+ Ma baqgħux weqfin, għax Ġeħova imbottahom.+ 16  Bil-gzuz qed jitfixklu u jaqgħu. U qed jgħidu wieħed lil ieħor: “Qum, ejja nerġgħu lura għand niesna u f’art qrabatna għax is-​sejf hu aħrax.”’ 17  Hemmhekk huma ħabbru, ‘Il-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, ħoss biss għandu.+ Ħalla żmien il-​festi jgħaddi.’+ 18  “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma tas-​Sultan, li jismu Ġeħova taʼ l-​armati,+ ‘hu se jidħol bħalma hi t-​Tabor+ fost il-​muntanji u bħall-​Karmel+ ħdejn il-​baħar. 19  O abitanta, bint+ l-​Eġittu, lesti sorra għall-​eżilju.+ Għax Nof+ se ssir oġġett taʼ stagħġib u tingħata n-​nar, u ħadd ma jgħammar fiha.+ 20  L-art taʼ l-​Eġittu hi bħal għoġla sabiħa ħafna. Mit-​tramuntana tiġi nemusa kontriha.+ 21  Iżjed minn hekk, is-​suldati mikrijin li hemm f’nofsha huma bħal għoġiela msemmnin.+ Imma huma wkoll ċedew;+ ħarbu flimkien. Ma baqgħux weqfin.+ Għax ġie fuqhom jum id-​diżastru tagħhom, iż-​żmien li jintalab kont minnhom.’+ 22  “‘Leħinha bħal taʼ serp li jitħarrek;+ għax l-​għedewwa jiġu b’enerġija kbira, u jidħlu fiha bil-​mannara, bħal dawk li jiġbru l-​ħatab. 23  Iqaċċtulha l-​foresta,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax ma setgħux jgħaddu minnha. Huma żdiedu iktar mill-​ġurati,+ u saru bla għadd. 24  Bint+ l-​Eġittu għad tistħi. Se tingħata f’idejn il-​poplu tat-​tramuntana.’+ 25  “Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, qal, ‘Ara, se nitlob kont minn Amon+ tal-​belt taʼ No+ u mill-​Fargħun u mill-​Eġittu u mill-​allat tiegħu+ u mis-​slaten tiegħu,+ iva, mill-​Fargħun u minn dawk kollha li jafdaw fih.’+ 26  “‘U nagħtihom f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom u f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ u f’idejn il-​qaddejja tiegħu; u mbagħad jerġaʼ jkun hemm min jgħammar fl-​Eġittu bħal fi żmien il-​qedem,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 27  “‘U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi, u titwerwirx, O Israel.+ Għax, ara, jien insalvak minn art fil-​bogħod u lil uliedek mill-​art fejn huma mjassrin.+ U Ġakobb jerġaʼ lura u jgħix bla tfixkil u fil-​kwiet, u ma jkunx hemm min ibeżżgħu.+ 28  U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax jien miegħek.+ Għax se nġib qerda sħiħa fost il-​ġnus kollha fejn xerridtek,+ imma lilek m’iniex se neqirdek għalkollox.+ Madankollu, se jkolli nikkastigak kemm jistħoqqlok,+ għax żgur mhux se nħallik bla kastig.’”+

Noti taʼ taħt