Ġeremija 45:1-5

45  Il-kelma li l-​profeta Ġeremija qal lil Baruk+ bin Nerija meta kien qed jikteb fi ktieb dan il-​kliem minn fomm Ġeremija+ fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, tgħid:  “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, dwarek, O Baruk,  ‘Int għedt: “Jaħasra għalija,+ għax Ġeħova żied in-​niket maʼ l-​uġigħ tiegħi! Għejejt nitniehed, u għadni ma sibtx mistrieħ.”’+  “Dan għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara! Dak li bnejt se nġarrfu, u dak li ħawwilt se naqilgħu, iva, il-​pajjiż kollu.+  Imma int, int qed tfittex ħwejjeġ kbar għalik innifsek.+ Tibqax tfittixhom.”’+ “‘Għax, ara, se nġib gwaj kbir fuq kull ħliqa tal-​laħam,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u lilek nagħtik ruħek bħala priża kulfejn tmur.’”+

Noti taʼ taħt