Ġeremija 44:1-30

44  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija għal-​Lhud kollha li kienu qed jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ dawk li kienu qed jgħammru f’Migdol+ u f’Taħfanħes+ u f’Nof+ u fl-​art taʼ Patros,+ tgħid:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Intom rajtu l-​gwaj kollu li ġibt fuq Ġerusalemm+ u fuq il-​bliet kollha taʼ Ġuda, u araw, illum huma ħerba, u m’hemm ħadd jgħix fihom.+  Dan ġara minħabba l-​ħażen tagħhom li huma għamlu biex joffenduni billi marru u offrew id-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ u qdew allat oħrajn li huma stess ma kinux jafuhom, la intom u lanqas missirijietkom.+  U bqajt nibagħtilkom lill-​qaddejja kollha tiegħi l-​profeti, iva, kont inbakkar u nibgħathom,+ u ngħid: “Jekk jogħġobkom, tagħmlux din il-​ħaġa mistkerrha li jien nobgħod.”+  Imma ma semgħux,+ u lanqas mejlu widnithom biex iduru lura mill-​ħażen tagħhom billi ma joffrux id-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn.+  Għalhekk, ir-​rabja tiegħi, u l-​korla tiegħi, tferrgħet u xegħlet fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm;+ u dawn saru ħerba, saru art abbandunata, kif inhuma llum.’+  “U issa hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Għala qed iġġibu gwaj kbir fuqkom stess,+ sabiex teqirdu minn ġo nofskom l-​irġiel u n-​nisa, it-​tfal u t-​trabi tal-​ħalib,+ minn ġo nofs Ġuda, u ma tħallux fdal għalikom?  Għax intom qed toffenduni b’għemil idejkom billi toffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn+ fl-​art taʼ l-​Eġittu, li mortu fiha biex tgħixu bħala barranin; b’hekk, teqirdu lilkom infuskom u tiġu misħutin u mżebilħin fost il-​ġnus kollha taʼ l-​art.+  Insejtuhom l-​għemejjel ħżiena taʼ missirijietkom+ u l-​għemejjel ħżiena tas-​slaten taʼ Ġuda+ u l-​għemejjel ħżiena tan-​nisa tagħhom+ u l-​għemejjel ħżiena tagħkom stess u l-​għemejjel ħżiena tan-​nisa tagħkom,+ li saru fl-​art taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm? 10  U sa llum il-​ġurnata baqgħu m’umiljawx ruħhom,+ u ma beżgħux,+ lanqas imxew mal-​liġi tiegħi+ u maʼ l-​istatuti tiegħi li tajt lilkom u lil missirijietkom.’+ 11  “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara! Se ndawwar wiċċi kontrikom biex inġib gwaj u neqred lil Ġuda kollu.+ 12  U naqbad lill-​fdal taʼ Ġuda li waħħluha f’rashom li jidħlu fl-​art taʼ l-​Eġittu biex jgħixu hemmhekk bħala barranin,+ u huma jintemmu lkoll fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ Jaqgħu bis-​sejf; u bil-​ġuħ jintemmu,+ mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom; bis-​sejf u bil-​ġuħ imutu. U jsiru oġġett taʼ saħta, taʼ stagħġib, taʼ dagħa, u taʼ żebliħ.+ 13  U jien nitlob kont minn dawk li jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu, bħalma tlabt kont minn Ġerusalemm, bis-​sejf, bil-​ġuħ u bil-​pesta.+ 14  U ma jkun hemm ħadd li jaħrab jew li jibqaʼ ħaj mill-​fdal taʼ Ġuda li marru fl-​art taʼ l-​Eġittu+ biex jgħixu hemmhekk bħala barranin, iva, ma jkun hemm ħadd li jmur lura lejn l-​art taʼ Ġuda fejn tant jixtiequ jmorru jgħixu mill-​ġdid;+ għax ma jmorrux lura, ħlief ftit li jaħarbu.’” 15  U l-​irġiel kollha li kienu jafu li n-​nisa tagħhom kienu qed joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn,+ u n-​nisa tagħhom kollha li kienu miġburin bħala ġemgħa kbira, u n-​nies kollha li kienu qed jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ f’Patros,+ wieġbu lil Ġeremija u qalulu: 16  “Dwar il-​kelma li għedtilna f’isem Ġeħova, ma rridux nisimgħu minnek;+ 17  imma ibqaʼ ċert li se nwettqu kull kelma li ħarġet minn fommna,+ u noffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet’+ u nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb,+ bħalma għamilna aħna+ u missirijietna,+ is-​slaten tagħna,+ u l-​prinċpijiet tagħna fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm, meta konna mxebbgħin bil-​ħobż u kellna l-​ġid, u ma kellniex inkwiet.+ 18  Iżda minn dakinhar li waqafna noffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet’+ u nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb naqasna kollox, u ntemmejna bis-​sejf u bil-​ġuħ.+ 19  “Barra minn hekk, meta offrejna d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet’+ u konna lesti li nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb,+ jaqaw aħna ma staqsejniex lil żwieġna biex nagħmlulha l-​ftajjar tas-​sagrifiċċji, u nagħmlu xbieha tagħha, u nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb?”+ 20  Imbagħad Ġeremija qal lill-​poplu kollu li kien wieġbu, jiġifieri, lill-​irġiel u n-​nisa tagħhom u lin-​nies l-​oħrajn kollha: 21  “Id-​duħħan tas-​sagrifiċċji li offrejtu fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm,+ intom+ u missirijietkom,+ is-​slaten tagħkom+ u l-​prinċpijiet tagħkom+ u n-​nies tal-​pajjiż, tgħid Ġeħova ma ftakarx fih u ma ġiehx f’moħħu?+ 22  Fl-aħħar, Ġeħova ma setax jissaporti iktar minħabba l-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom, minħabba l-​affarijiet mistkerrhin li għamiltu,+ u b’hekk artkom saret ħerba u oġġett taʼ stagħġib u taʼ saħta, post li ma jgħammar fih ħadd, kif inhu llum.+ 23  Talli offrejtu d-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ u dnibtu kontra Ġeħova+ u m’obdejtux minn leħen Ġeħova+ u ma mxejtux mal-​liġi tiegħu+ u maʼ l-​istatuti tiegħu u mat-​tfakkiriet tiegħu, ġie fuqkom dan il-​gwaj, kif inhu llum.”+ 24  U Ġeremija kompla jgħid lin-​nies kollha u lin-​nisa kollha: “Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, intom ilkoll minn Ġuda li qegħdin fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ 25  Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Lilkom l-​irġiel u lin-​nisa tagħkom:+ intom in-​nisa titkellmu b’fommkom, (u intom ilkoll wettaqtuh b’idejkom,) u tgħidu: “Żgur inwettqu l-​wegħdi li wegħedna,+ li noffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet,’+ u li nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb.”+ Intom in-​nisa żgur se żżommu l-​wegħdi tagħkom, u żgur se twettqu l-​wegħdi tagħkom.’ 26  “Għalhekk, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, intom ilkoll minn Ġuda li qed tgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ ‘“Ara, jien ħlift b’ismi l-​kbir,”+ qal Ġeħova, “li fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu l-​ebda raġel minn Ġuda ma jibqaʼ jsemmi ismi+ u jgħid, ‘Daqskemm il-​Mulej Sovran Ġeħova hu ħaj!’+ 27  Ara, se noqgħod għassa għalihom biex inġib fuqhom gwaj mhux ġid;+ u l-​irġiel kollha taʼ Ġuda li qegħdin fl-​art taʼ l-​Eġittu jinqerdu bis-​sejf u bil-​ġuħ, sakemm ma jibqaʼ ħadd minnhom.+ 28  U ftit ikunu dawk li jaħarbu mis-​sejf, u jmorru lura lejn l-​art taʼ Ġuda mill-​art taʼ l-​Eġittu;+ u dawk kollha mill-​fdal taʼ Ġuda, li marru fl-​art taʼ l-​Eġittu biex jgħixu hemmhekk bħala barranin, żgur se jkunu jafu liema kelma se sseħħ, jekk hix dik li ġejja mingħandi jew mingħandhom.”’”+ 29  “‘U dan hu s-​sinjal għalikom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘li se nitlob kont minnkom f’dan il-​post, sabiex tkunu tafu li żgur se nwettaq il-​gwaj li ddikjarajt li nġib fuqkom:+ 30  Hekk qal Ġeħova: “Ara, lill-​Fargħun Ħofra, is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ se nagħtih f’idejn l-​għedewwa tiegħu u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulu ħajtu,+ bħalma lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, tajtu f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, l-​għadu tiegħu li pprova jiħodlu ħajtu.”’”+

Noti taʼ taħt