Ġeremija 43:1-13

43  Issa ġara li malli Ġeremija spiċċa jgħid lin-​nies kollha l-​kliem taʼ Ġeħova Alla tagħhom li Ġeħova Alla tagħhom kien bagħtu jgħidilhom, iva, dan il-​kliem kollu,+  Għażarija bin Ħosajja+ u Ġoħanan+ bin Kareja u l-​irġiel prużuntużi kollha+ qalu lil Ġeremija: “Qed tgħid gidba.+ Mhux Ġeħova Alla tagħna bagħtek u qal, ‘Tmorrux l-​Eġittu biex tgħixu hemmhekk bħala barranin.’+  Imma Baruk+ bin Nerija qed ixewxek kontrina bl-​iskop li jagħtina f’idejn il-​Kaldin, biex joqtluna jew jiħduna fl-​eżilju f’Babilonja.”+  U Ġoħanan bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari u l-​poplu kollu m’obdewx minn leħen Ġeħova,+ biex jibqgħu jgħammru fl-​art taʼ Ġuda.+  Għalhekk, Ġoħanan bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari ħadu lill-​fdal kollu taʼ Ġuda li kienu rritornaw mill-​ġnus kollha fejn kienu mxerrdin biex jgħixu għal xi żmien fl-​art taʼ Ġuda,+  iva, l-​irġiel b’saħħithom u n-​nisa tagħhom u t-​tfal żgħar u l-​bniet tas-​sultan+ u kull ruħ li Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, kien ħalla maʼ Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ kif ukoll lil Ġeremija l-​profeta u Baruk+ bin Nerija.  U fl-​aħħar daħlu fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ għax m’obdewx minn leħen Ġeħova; u waslu sa Taħfanħes.+  Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija f’Taħfanħes, tgħid:  “Aqbad f’idek ġebel kbir, u aħbih fit-​tajn tal-​wesgħa bil-​madum li hemm fid-​daħla tad-​dar tal-​Fargħun f’Taħfanħes quddiem għajnejn il-​Lhud.+ 10  U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Ara, se nibgħat inġib lil Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ il-​qaddej tiegħi,+ u nqiegħed it-​tron tiegħu eżatt fuq dan il-​ġebel li ħbejt, u hu jifrex fuqu t-​tinda grandjuża tiegħu. 11  U jiġi u jaħbat għall-​art taʼ l-​Eġittu.+ Min hu għall-​mard qattiel, ikun għall-​mard qattiel, u min hu għall-​jasar, ikun għall-​jasar, u min hu għas-​sejf, ikun għas-​sejf.+ 12  U jien inqabbad nar fid-​djar taʼ l-​allat taʼ l-​Eġittu;+ u hu jaħraqhom, u jiħodhom fil-​jasar u jitgeżwer fl-​art taʼ l-​Eġittu, bħalma ragħaj jitgeżwer fl-​ilbies tiegħu,+ u jitlaq minn hemmhekk fil-​paċi. 13  U jfarrak il-​pilastri taʼ Bet-xemex,* li qiegħda fl-​art taʼ l-​Eġittu; u d-​djar taʼ l-​allat taʼ l-​Eġittu jaħraqhom bin-​nar.”’”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Dar tax-​Xemx.”