Ġeremija 42:1-22

42  Imbagħad il-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari u Ġoħanan+ bin Kareja u Ġeżanija*+ bin Ħosajja+ u l-​poplu kollu, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom, resqu  lejn il-​profeta Ġeremija u qalulu: “Nixtiequ favur mingħandek, jekk jogħġbok, biex titlob lil Ġeħova Alla tiegħek għalina,+ għal dan il-​fdal kollu, għax aħna biss fadal, ftit minn ħafna,+ bħalma qed tara b’għajnejk stess.  U ħa jgħidilna Ġeħova Alla tiegħek liema triq għandna naqbdu u x’għandna nagħmlu.”+  Għal dan, il-​profeta Ġeremija qalilhom: “Smajtkom, u, ara, se nitlob lil Ġeħova Alla tagħkom skond m’għedtuli;+ u kull kelma li jgħidli Ġeħova bħala tweġiba għalikom ngħidhielkom.+ Ma nħallilkomx kelma waħda barra.”+  U huma, min-​naħa tagħhom, qalu lil Ġeremija: “Ħa jkun Ġeħova xhud veru u leali kontrina+ jekk ma nagħmlux eżatt kulma Ġeħova Alla tiegħek jibagħtek tgħidilna.+  Tajjeb jew ħażin, aħna se nobdu minn leħen Ġeħova Alla tagħna li qed nibagħtuk għandu, sabiex jaħbtilna tajjeb għax inkunu obdejna minn leħen Ġeħova Alla tagħna.”+  Issa ġara wara għaxart ijiem li l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija.+  Għalhekk, hu sejjaħ lil Ġoħanan bin Kareja u lill-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu miegħu u lill-​poplu kollu, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom;+  u qalilhom: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li bgħattuni għandu biex inwassallu t-​talba tagħkom,+ 10  ‘Żgur li jekk tibqgħu tgħixu f’din l-​art,+ jien nibnikom u ma nġarrafkomx, inħawwilkom u ma naqlagħkomx mill-​għeruq;+ għax f’dak il-​każ jiddispjaċini mill-​gwaj li nkun ġibt fuqkom.+ 11  Tibżgħux minħabba s-​sultan taʼ Babilonja, li qed tibżgħu minnu.’+ “‘Tibżgħux minħabba fih,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax jien magħkom, sabiex insalvakom u neħliskom minn taħt idejh.+ 12  U jien inħenn għalikom, u hu jkollu ħniena minnkom u jiħodkom lura f’artkom.+ 13  “‘Imma jekk tgħidu: “Le; m’aħniex se ngħammru f’din l-​art!” u b’hekk ma tobdux minn leħen Ġeħova Alla tagħkom,+ 14  u tgħidu: “Le, imma sejrin fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ fejn m’aħniex se naraw gwerer u la se nisimgħu l-​ħoss tal-​qarn u lanqas se nkunu mġewħin għall-​ħobż; hemmhekk se ngħammru”;+ 15  ismaʼ għalhekk il-​kelma taʼ Ġeħova, O fdal taʼ Ġuda. Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Jekk twaħħluha f’raskom li tmorru l-​Eġittu u fil-​fatt tmorru biex tgħixu hemmhekk bħala barranin,+ 16  jiġri li l-​istess sejf li qed tibżgħu minnu jilħaqkom fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ u l-​istess ġuħ li intom imwerwrin minnu jiġi warajkom fl-​Eġittu;+ u hemmhekk tmutu.+ 17  U jiġri li dawk kollha li waħħluha f’rashom li jmorru l-​Eġittu biex jgħixu hemmhekk bħala barranin imutu bis-​sejf, bil-​ġuħ u bil-​pesta;+ u ħadd minnhom ma jibqaʼ ħaj jew jaħrab, minħabba l-​gwaj li nġib fuqhom.”’+ 18  “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Bħalma r-​rabja u l-​korla tiegħi tferrgħu fuq l-​abitanti taʼ Ġerusalemm,+ hekk ukoll titferraʼ fuqkom il-​korla tiegħi talli tmorru l-​Eġittu, u ssiru oġġett taʼ saħta u taʼ stagħġib u taʼ dagħa u taʼ żebliħ,+ u dan il-​post ma tarawhx iżjed.’+ 19  “Ġeħova tkellem kontrikom, O fdal taʼ Ġuda. Tmorrux l-​Eġittu.+ Kunu afu fiċ-​ċert li jien qed nixhed kontrikom illum,+ 20  li intom żbaljajtu kontrikom stess;+ għax kontu intom infuskom li bgħattuni għand Ġeħova Alla tagħkom u għedtuli, ‘Itlob lil Ġeħova Alla tagħna għalina; u għidilna kulma jgħid Ġeħova Alla tagħna, u aħna żgur nagħmluh.’+ 21  U llum qed ngħidilkom, imma intom m’intomx se tobdu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom jew minn kwalunkwe ħaġa li bagħatni ngħidilkom.+ 22  U issa kunu afu fiċ-​ċert li bis-​sejf,+ bil-​ġuħ u bil-​pesta se tmutu fil-​post fejn jogħġobkom tidħlu biex tgħixu bħala barranin.”+

Noti taʼ taħt

“Ġagħżanija” fit-​2Sl 25:23; “Għażarija” f’Ġer 43:2.