Ġeremija 41:1-18

41  Mela ġara fis-​sebaʼ xahar li Ismagħel,+ bin Netanija, bin Elisama,+ min-​nisel irjali+ u wieħed mill-​kbarat tas-​sultan, u għaxart irġiel miegħu+ ġew għand Gedalija bin Aħikam f’Mispa.+ U hemmhekk bdew jieklu biċċa ħobż flimkien f’Mispa.+  Imbagħad Ismagħel bin Netanija u l-​għaxart irġiel li kienu miegħu qamu u ħabtu għal Gedalija, bin Aħikam, bin Safan, bis-​sejf.+ B’hekk, hu qatel lil dak li s-​sultan taʼ Babilonja kien inkarigah mill-​pajjiż.+  U Ismagħel qatel lil-​Lhud kollha li kienu miegħu, jiġifieri, maʼ Gedalija, f’Mispa, u lill-​Kaldin li kienu hemm, jiġifieri, il-​gwerriera.  U fit-​tieni jum wara li nqatel Gedalija, meta ħadd ma kien jaf x’ġara,+  ġew xi rġiel minn Sikem,+ minn Silo,+ u mis-​Samarija,+ tmenin raġel bid-​daqna mqaxxra+ u bi ħwejjiġhom imċarrtin u b’ġisimhom mimli qtugħ li għamlu fuqhom stess.+ F’idejhom kellhom offerti tal-​qmuħ u inċens abjad+ biex iġibuhom fid-​dar taʼ Ġeħova.  Għalhekk, Ismagħel bin Netanija ħareġ minn Mispa biex jiltaqaʼ magħhom, jimxi u jibki.+ U malli ltaqaʼ magħhom qalilhom: “Ejjew s’għand Gedalija bin Aħikam.”  Iżda hekk kif waslu f’nofs il-​belt, Ismagħel bin Netanija, flimkien maʼ l-​irġiel li kienu miegħu, qabad u qatilhom u tefagħhom fil-​ġiebja.+  Imma kien hemm għaxart irġiel fosthom li minnufih qalu lil Ismagħel: “Toqtolniex, għax aħna għandna teżori moħbijin fir-​rabaʼ, qamħ u xgħir u żejt u għasel.”+ Għalhekk, żamm lura u ma qatilhomx maʼ ħuthom.  Issa l-​ġiebja li Ismagħel+ tefaʼ fiha l-​iġsma mejtin kollha taʼ l-​irġiel li kien qatel kienet ġiebja kbira, l-​istess ġiebja li s-​Sultan Asa kien għamel minħabba Bagħsa, is-​sultan taʼ Israel.+ Din kienet il-​ġiebja li Ismagħel bin Netanija mela b’dawk li qatel. 10  Imbagħad Ismagħel ħa fil-​jasar lill-​fdal kollu tal-​poplu li kien f’Mispa,+ il-​bniet tas-​sultan+ u n-​nies kollha li kien għad fadal f’Mispa,+ li Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, kien ħalla f’idejn Gedalija bin Aħikam.+ Għalhekk, Ismagħel bin Netanija ħadhom bħala lsiera u telaq biex jaqsam għal għand ulied Għammon.+ 11  Wara xi żmien, Ġoħanan+ bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari+ li kienu miegħu semgħu dwar il-​ħażen kollu li kien għamel Ismagħel bin Netanija. 12  Għaldaqstant, dawn ħadu lill-​irġiel kollha u telqu biex jiġġieldu kontra Ismagħel bin Netanija u sabuh ħdejn l-​ilmijiet kotrana taʼ Gibegħon.+ 13  U ġara li malli n-​nies kollha li kienu maʼ Ismagħel raw lil Ġoħanan bin Kareja u lill-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kellu miegħu, bdew jifirħu. 14  U n-​nies kollha li Ismagħel kien ħa minn Mispa+ bħala lsiera daru u marru lura maʼ Ġoħanan bin Kareja. 15  U Ismagħel bin Netanija ħarab+ minn quddiem Ġoħanan maʼ tmint irġiel, sabiex imur għand ulied Għammon. 16  Ġoħanan+ bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu miegħu issa ħadu f’idejhom lill-​fdal kollu tal-​poplu taʼ Mispa. Ħelsuhom minn idejn Ismagħel bin Netanija li kien ħadhom wara li qatel lil Gedalija+ bin Aħikam: irġiel b’saħħithom u gwerriera, u n-​nisa tagħhom u t-​tfal żgħar u l-​uffiċjali tal-​palazz. Lil dawn Ġoħanan ħadhom lura minn Gibegħon. 17  Għalhekk, telqu u marru jgħammru fil-​post taʼ Kimħam, ħdejn Betlehem,+ sabiex ikomplu fi triqithom u jidħlu l-​Eġittu,+ 18  minħabba l-​Kaldin;+ għax bdew jibżgħu minnhom,+ ladarba Ismagħel bin Netanija kien qatel lil Gedalija bin Aħikam,+ li s-​sultan taʼ Babilonja kien inkarigah mill-​pajjiż.+

Noti taʼ taħt