Ġeremija 40:1-16

40  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova wara li Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, bagħtu ħieles minn Rama.+ Ġeremija kien marbut bil-​ktajjen maʼ idejh meta ħadu minn fost l-​eżiljati kollha taʼ Ġerusalemm u taʼ Ġuda, li kienu qed jittieħdu fl-​eżilju f’Babilonja.+  Imbagħad il-​kap tal-​gwardji qabad lil Ġeremija u qallu: “Ġeħova Alla tiegħek iddikjara dan il-​gwaj kontra dan il-​post,+  u Ġeħova wettqu u għamel eżatt kif qal, għax intom dnibtu kontra Ġeħova u m’obdejtux minn leħnu. U għalhekk ġralkom dan.+  U issa, ara, illum neħħejtlek il-​ktajjen minn maʼ idejk. Jekk jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk li tiġi miegħi Babilonja, ejja, u jien inżomm għajnejja fuqek.+ Imma jekk jidhirlek li hu ħażin f’għajnejk li tiġi miegħi Babilonja, tiġix. Ħares! Il-​pajjiż kollu qiegħed quddiemek. Mur fejn jidhirlek li hu tajjeb u sewwa f’għajnejk.”+  U kien għadu qed jaħsibha jerġax lura, meta Nebużaradan qallu: “Erġaʼ lura għand Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ li s-​sultan taʼ Babilonja inkarigah mill-​bliet taʼ Ġuda, u oqgħod miegħu fost il-​poplu; jew inkella mur fejn jidhirlek li hu sewwa f’għajnejk.”+ U mbagħad il-​kap tal-​gwardji tah xi ħaġa taʼ l-​ikel u rigal, u ħallieh jitlaq.+  U Ġeremija wasal għand Gedalija+ bin Aħikam f’Mispa,+ u beda jgħammar miegħu fost il-​poplu li kien baqaʼ fil-​pajjiż.  Wara ftit taż-​żmien, il-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu madwar il-​pajjiż,+ huma u l-​irġiel li kellhom magħhom, semgħu li s-​sultan taʼ Babilonja kien inkariga lil Gedalija bin Aħikam mill-​pajjiż u mill-​irġiel u n-​nisa u t-​tfal żgħar u xi wħud mill-​foqra tal-​pajjiż, li ma kinux ittieħdu fl-​eżilju f’Babilonja.+  Għalhekk, Ismagħel+ bin Netanija u Ġoħanan+ u Ġonatan, ulied Kareja, u Seraja bin Tanħumet u wlied Għefaj in-​Netofati+ u Ġeżanija+ bin il-​Magħkati,+ huma u l-​irġiel li kellhom magħhom,+ ġew għand Gedalija f’Mispa.  U Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ ħalfilhom,+ lilhom u lill-​irġiel li kellhom magħhom, u qalilhom: “Tibżgħux taqdu lill-​Kaldin. Ibqgħu għammru fil-​pajjiż u aqdu lis-​sultan taʼ Babilonja, u jaħbtilkom tajjeb.+ 10  U, araw, jien qed ngħammar f’Mispa,+ sabiex nirrappreżentakom quddiem il-​Kaldin li jiġu għandna. U intom, iġbru l-​inbid+ u l-​frott tas-​sajf u ż-​żejt u qegħduhom fir-​reċipjenti tagħkom u għammru fil-​bliet li ħadtu għalikom.” 11  U l-​Lhud kollha li kienu f’Mowab u fost ulied Għammon u f’Edom u fil-​pajjiżi l-​oħrajn kollha,+ ukoll semgħu li s-​sultan taʼ Babilonja kien ħalla fdal f’Ġuda u li kien ħatar fuqhom lil Gedalija,+ bin Aħikam, bin Safan. 12  U l-​Lhud kollha bdew jirritornaw mill-​postijiet kollha fejn kienu mxerrdin, u ġew fl-​art taʼ Ġuda għand Gedalija f’Mispa.+ U ġabru ħafna nbid u frott tas-​sajf. 13  U Ġoħanan+ bin Kareja+ u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu madwar il-​pajjiż,+ ġew għand Gedalija f’Mispa. 14  U qalulu: “Tassew ma tafx li Bagħalis, is-​sultan taʼ wlied Għammon,+ bagħat lil Ismagħel+ bin Netanija+ biex ineħħilek ħajtek?” Imma Gedalija bin Aħikam m’emminhomx.+ 15  U Ġoħanan+ bin Kareja qal lil Gedalija, fejn ma jarahom ħadd f’Mispa: “Irrid immur, issa, u noqtol lil Ismagħel bin Netanija, bla ma jkun jaf ħadd.+ Għalfejn għandu jneħħilek ħajtek? Għalfejn għandhom in-​nies kollha taʼ Ġuda li qed jinġemgħu flimkien jixterdu u l-​fdal taʼ Ġuda jgħib?”+ 16  Imma Gedalija+ bin Aħikam+ qal lil Ġoħanan bin Kareja: “Tagħmel xejn minn dan, għax din gidba li qed tgħid dwar Ismagħel.”+

Noti taʼ taħt