Ġeremija 39:1-18

39  Fid-disaʼ sena taʼ Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, fl-​għaxar xahar,+ Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, u l-​qawwa militari kollha tiegħu ġew Ġerusalemm u bdew jassedjawha.+  Fis-sena ħdax taʼ Sedekija, fir-​rabaʼ xahar, fid-​disaʼ jum tax-​xahar, is-​swar tal-​belt ġew minfudin.+  U l-​prinċpijiet kollha tas-​sultan taʼ Babilonja daħlu u qagħdu bil-​qiegħda fil-​Bieb tan-​Nofs,+ u dawn kienu Nergal-sareser, Samgar-nebo, Sarsekim, ir-​Rabsaris,* Nergal-sareser ir-​Rabmag,* u l-​prinċpijiet l-​oħrajn kollha tas-​sultan taʼ Babilonja.  Issa ġara li malli Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, u l-​gwerriera kollha rawhom, ħarbu jiġru+ u ħarġu mill-​belt bil-​lejl mit-​triq tal-​ġnien tas-​sultan,+ mill-​bieb taʼ bejn iż-​żewġ ħitan; u baqgħu ħerġin mit-​triq taʼ l-​Għaraba.+  U waħda mill-​qawwiet militari tal-​Kaldin marret għal warajhom,+ u laħqu lil Sedekija fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko.+ Imbagħad qabduh u ħaduh għand Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, f’Ribla+ fl-​art taʼ Ħamat,+ sabiex jaqtagħlu s-​sentenza.+  U s-​sultan taʼ Babilonja qatel+ lil ulied Sedekija f’Ribla quddiem għajnejh,+ u s-​sultan taʼ Babilonja qatel lin-​nobbli kollha taʼ Ġuda.+  U lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad rabtu bi rbit tar-​ram aħmar, sabiex jieħdu f’Babilonja.  U l-​Kaldin ħarqu bin-​nar id-​dar tas-​sultan u d-​djar tan-​nies,+ u ġarrfu s-​swar taʼ Ġerusalemm.+  U lill-​bqija tan-​nies li kien għad fadal fil-​belt, u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejh, u lill-​bqija tan-​nies li kien għad fadal, Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan,+ ħadhom fl-​eżilju f’Babilonja.+ 10  U lil xi wħud min-​nies, il-​foqra li ma kellhom xejn, Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħalliehom fl-​art taʼ Ġuda;+ u dakinhar tahom għelieqi tad-​dwieli u kellhom jagħtu servizz obbligatorju.+ 11  Iktar minn hekk, Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, ta kmand dwar Ġeremija permezz taʼ Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, u qal: 12  “Ħudu u żomm għajnejk fuqu u tagħmillu l-​ebda ħsara.+ Imma agħmel miegħu kif jgħidlek hu.”+ 13  Għalhekk, Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji, u Nebusażban ir-​Rabsaris, u Nergal-sareser ir-​Rabmag, u l-​irġiel ewlenin kollha tas-​sultan taʼ Babilonja bagħtu għalih; 14  dawn bagħtu għal Ġeremija u ħarġuh mill-​Bitħa taʼ l-​Għassa+ u tawh f’idejn Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ sabiex jieħdu f’daru u jgħammar fost il-​poplu. 15  U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija waqt li kien għadu magħluq fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa,+ tgħid: 16  “Mur, u għid lil Għebed-melek+ l-​Etjopjan, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Ara, se nwettaq dak li għedt dwar din il-​belt biex inġib gwaj mhux ġid,+ u dakinhar kliemi jseħħ quddiemek.”’+ 17  “‘U dakinhar jien neħilsek,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u ma tingħatax f’idejn l-​irġiel li int beżgħan minnhom.’+ 18  “‘Għax jien żgur nipprovdilek mezz biex taħrab, u ma tmutx bis-​sejf; u ruħek tiħodha bħala priża,+ għax int fdajt fija,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “Ir-​Rabsaris.”
“Ir-​Rabmag.” Jew, “is-​saħħâr (bassâr; astrologu) ewlieni; il-​kap tal-​kbarat.”