Ġeremija 38:1-28

38  U Sefatija bin Mattan u Gedalija bin Pasħur u Ġukal+ bin Selemija u Pasħur bin Malkija+ semgħu dak li Ġeremija kien qed jgħid lill-​poplu kollu:+  “Hekk qal Ġeħova, ‘Min jibqaʼ jgħammar f’din il-​belt se jmut bis-​sejf,+ bil-​ġuħ+ u bil-​pesta.+ Imma min joħroġ għal għand il-​Kaldin jibqaʼ jgħix u ruħu jiħodha bħala priża u jibqaʼ ħaj.’+  Hekk qal Ġeħova, ‘Din il-​belt żgur tingħata f’idejn il-​qawwa militari tas-​sultan taʼ Babilonja, u hu jirbaħha.’”+  U l-​prinċpijiet bdew jgħidu lis-​sultan: “Jekk jogħġbok, ħa jingħata l-​mewt dan ir-​raġel,+ għax b’dan il-​kliem li qed jgħid+ qed idgħajjef id il-​gwerriera li għad fadal f’din il-​belt u id in-​nies kollha. Għax dan ir-​raġel m’huwiex ifittex is-​sliem taʼ dan il-​poplu imma l-​gwaj tagħhom.”  Għalhekk, is-​Sultan Sedekija qal: “Ara! Ħuduh f’idejkom. Għax is-​sultan ma jistaʼ jagħmel xejn kontrikom.”+  U ħadu lil Ġeremija u tefgħuh fil-​ġiebja taʼ Malkija+ bin is-​sultan, li kienet fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa.+ U niżżlu lil Ġeremija bil-​ħbula. Issa fil-​ġiebja ma kienx hemm ilma imma ħama; u Ġeremija beda nieżel ’l isfel fil-​ħama.+  U Għebed-melek l-​Etjopjan,+ li kien ewnuku fid-​dar tas-​sultan, semaʼ li kienu tefgħu lil Ġeremija fil-​ġiebja; u s-​sultan kien bil-​qiegħda f’Bieb Benjamin.+  Għalhekk, Għebed-melek ħareġ mid-​dar tas-​sultan u mar ikellem lis-​sultan u qallu:  “O sidi s-​sultan, dawn l-​irġiel imxew ħażin b’dak kollu li għamlu lill-​profeta Ġeremija, li tefgħuh fil-​ġiebja, għax fejn qiegħed se jmut+ bil-​ġuħ.+ Għax ma baqax iżjed ħobż fil-​belt.” 10  Imbagħad is-​sultan ordna lil Għebed-melek l-​Etjopjan: “Ħu taħt il-​kmand tiegħek tletin raġel minn hawn, u mur oħroġ lill-​profeta Ġeremija mill-​ġiebja qabel imut.”+ 11  Għaldaqstant, Għebed-melek ħa lill-​irġiel taħt il-​kmand tiegħu u mar fid-​dar tas-​sultan, taħt it-​teżorerija,+ u minn hemmhekk ħa xi ċraret u biċċiet qodma u niżżilhom lil Ġeremija fil-​ġiebja+ permezz tal-​ħbula. 12  Imbagħad Għebed-melek l-​Etjopjan qal lil Ġeremija: “Jekk jogħġbok, poġġi dawn iċ-​ċraret u l-​biċċiet qodma taħt abtek u madwar il-​ħbula.” U Ġeremija hekk għamel.+ 13  Fl-aħħar ġibdu lil Ġeremija permezz tal-​ħbula u ħarġuh mill-​ġiebja. U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa.+ 14  U s-​Sultan Sedekija bagħat għall-​profeta Ġeremija u ġabu għandu+ fit-​tielet daħla,+ fid-​dar taʼ Ġeħova,+ u mbagħad is-​sultan qal lil Ġeremija: “Se nitolbok xi ħaġa. Taħbili xejn.”+ 15  Għal dan, Ġeremija qal lil Sedekija: “Jekk ngħidlek żgur toqtolni. U jekk nagħtik parir, m’intix se tismaʼ minni.”+ 16  U s-​Sultan Sedekija ħalef lil Ġeremija fejn ma jarahom ħadd, u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova, li tana din il-​ħajja,+ jien ma noqtlokx, u ma nagħtikx f’idejn dawn l-​irġiel li qed jipprovaw jiħdulek ħajtek.”+ 17  U Ġeremija qal lil Sedekija: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati,+ l-​Alla taʼ Israel,+ ‘Jekk toħroġ bla dewmien għal għand il-​prinċpijiet tas-​sultan taʼ Babilonja,+ int* tibqaʼ tgħix u din il-​belt ma tinħaraqx bin-​nar, u int u n-​nies taʼ darek tibqgħu ħajjin.+ 18  Imma jekk ma toħroġx għal għand il-​prinċpijiet tas-​sultan taʼ Babilonja, din il-​belt tingħata f’idejn il-​Kaldin, u huma jaħarquha bin-​nar,+ u int ma teħlishiex minn taħt idejhom.’”+ 19  Imbagħad is-​Sultan Sedekija qal lil Ġeremija: “Qed nibżaʼ mil-​Lhud li ħarbu għal mal-​Kaldin,+ li ma jmorrux jagħtuni f’idejhom u dawn jittrattawni bil-​kefrija.”+ 20  Imma Ġeremija qal: “Ma jagħtukx f’idejhom b’dan il-​mod. Obdi, jekk jogħġbok, minn leħen Ġeħova kif qed ngħidlek, u jaħbatlek tajjeb,+ u int tibqaʼ tgħix. 21  Imma jekk ma toħroġx,+ dan urieni Ġeħova: 22  Ara! Lin-​nisa kollha li jitħallew fid-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda+ joħorġuhom għand il-​prinċpijiet tas-​sultan taʼ Babilonja+ u jgħidu,‘L-​irġiel li kienu fil-​paċi miegħek qarrqu bik+ u għelbuk.+‘Lilek niżżlulek sieqek fil-​ħama, u huma daru għan-​naħa l-​oħra.’+ 23  “U lin-​nisa kollha tiegħek u lil uliedek kollha joħorġuhom għand il-​Kaldin, u int ma teħlishiex minn taħt idejhom,+ imma s-​sultan taʼ Babilonja jaqbdek taħt idejh, u minħabba fik din il-​belt tinħaraq bin-​nar.”+ 24  U Sedekija qal lil Ġeremija: “Tħalli lil ħadd isir jaf b’dawn l-​affarijiet, sabiex ma tmutx. 25  U jekk il-​prinċpijiet+ jisimgħu li kellimtek u jiġu għandek u jgħidulek, ‘Għidilna, jekk jogħġbok, Fuqiex tkellimt mas-​sultan? Taħbilna xejn, u ma noqtlukx. Fuqiex kellmek is-​sultan?’ 26  int għidilhom, ‘Kont qed nitlob favur mingħand is-​sultan, sabiex ma jerġax jibgħatni fid-​dar taʼ Ġeħonatan+ biex immut hemmhekk.’” 27  Wara ftit taż-​żmien, il-​prinċpijiet kollha ġew għand Ġeremija u bdew jistaqsuh. U hu wiġibhom kif ordnalu s-​sultan.+ Għalhekk, ma qalu xejn iktar quddiemu, għax ma semgħu xejn minn dak li ntqal. 28  U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa+ sa dakinhar li ntrebħet Ġerusalemm.+ U dan ġara meta ntrebħet Ġerusalemm.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħek.”