Ġeremija 36:1-32

36  Issa ġara fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, li ġiet din il-​kelma għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid:  “Ħu romblu,+ u ikteb fih il-​kliem kollu+ li għedtlek kontra Israel u kontra Ġuda+ u kontra l-​ġnus kollha,+ minn dakinhar li bdejt inkellmek, minn żmien Ġosija, sal-​ġurnata taʼ llum.+  Forsi dawk taʼ dar Ġuda jisimgħu bil-​gwaj kollu li bi ħsiebni nġib fuqhom,+ u jerġgħu lura, kull wieħed minn triqtu l-​ħażina,+ u jien naħfrilhom l-​iżball tagħhom u dnubhom.”+  Wara dan, Ġeremija sejjaħ lil Baruk*+ bin Nerija sabiex Baruk jikteb fir-​romblu minn fomm Ġeremija l-​kliem kollu li kien qallu Ġeħova.+  Imbagħad Ġeremija ordna lil Baruk: “Jien maqful. Ma nistax nidħol fid-​dar taʼ Ġeħova.+  Idħol int u f’jum is-​sawm+ aqbad ir-​romblu li ktibt minn fommi u aqra għajjat il-​kliem taʼ Ġeħova+ lin-​nies fid-​dar taʼ Ġeħova; u aqrah għajjat ukoll lin-​nies kollha taʼ Ġuda li ġejjin mill-​bliet tagħhom.+  Għandu mnejn is-​supplika* tagħhom għall-​ħniena tasal għand Ġeħova,+ u huma jerġgħu lura, kull wieħed minn triqtu l-​ħażina,+ għax kbira hi r-​rabja u l-​korla li Ġeħova ddikjara kontra dan il-​poplu.”+  U Baruk+ bin Nerija għamel kulma kien ordnalu l-​profeta Ġeremija, u qara jgħajjat mill-​ktieb+ il-​kliem taʼ Ġeħova fid-​dar taʼ Ġeħova.+  Issa ġara, fil-​ħames sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, fid-​disaʼ xahar,+ li n-​nies kollha f’Ġerusalemm u n-​nies kollha mill-​bliet taʼ Ġuda li kienu deħlin Ġerusalemm iddikjaraw sawma quddiem Ġeħova.+ 10  U Baruk beda jaqra jgħajjat mill-​ktieb il-​kliem taʼ Ġeremija fid-​dar taʼ Ġeħova, fil-​kamra taʼ l-​ikel+ taʼ Gemarija+ bin Safan+ il-​kopista,+ fil-​bitħa taʼ fuq, fid-​daħla tal-​bieb il-​ġdid tad-​dar taʼ Ġeħova,+ biex jisimgħuh in-​nies kollha. 11  U Mikaja, bin Gemarija, bin Safan,+ semaʼ l-​kliem kollu taʼ Ġeħova li nqara mill-​ktieb. 12  U niżel fid-​dar tas-​sultan, fil-​kamra taʼ l-​ikel tas-​segretarju fejn kien hemm bil-​qiegħda l-​prinċpijiet kollha, Elisama+ s-​segretarju u Delaja+ bin Semajja u Elnatan+ bin Għakbor+ u Gemarija+ bin Safan+ u Sedekija bin Ħananija u l-​prinċpijiet l-​oħrajn kollha. 13  U Mikaja+ qalilhom il-​kliem kollu li kien semaʼ meta Baruk qara jgħajjat mill-​ktieb biex jisimgħuh in-​nies.+ 14  Imbagħad il-​prinċpijiet kollha bagħtu lil Ġeħudi,+ bin Netanija, bin Selemija, bin Kusi, biex jgħid lil Baruk:+ “Aqbad ir-​romblu li qrajt tgħajjat minnu lin-​nies u ejja bih hawnhekk.” Għaldaqstant, Baruk bin Nerija qabad ir-​romblu u mar għandhom.+ 15  Imbagħad qalulu: “Poġġi bil-​qiegħda, jekk jogħġbok, u aqrahulna għajjat.” Għalhekk, Baruk+ qrahulhom jgħajjat. 16  Issa ġara li, malli semgħu l-​kliem kollu, bdew iħarsu lejn xulxin imkexkxin; u lil Baruk qalulu: “Żgur se ngħidu lis-​sultan b’dan il-​kliem kollu.”+ 17  U staqsew lil Baruk: “Għidilna, jekk jogħġbok, Kif ktibt dan il-​kliem kollu minn fommu?”+ 18  U Baruk qalilhom: “Hu qagħad jgħidli dan il-​kliem kollu b’fommu, u jien ktibtu fil-​ktieb bil-​linka.”+ 19  Fl-aħħar, il-​prinċpijiet qalu lil Baruk: “Mur, inħeba, int u Ġeremija, ħalli ħadd ma jkun jaf fejn intom.”+ 20  Imbagħad marru quddiem is-​sultan, fil-​bitħa,+ waqt li r-​romblu ħallewh fil-​kamra taʼ l-​ikel+ t’Elisama+ s-​segretarju; u qalu lis-​sultan il-​kliem kollu. 21  Għal dan, is-​sultan bagħat lil Ġeħudi+ biex iġib ir-​romblu. Għalhekk, hu mar iġibu mill-​kamra taʼ l-​ikel t’Elisama+ s-​segretarju.+ U Ġeħudi beda jaqrah jgħajjat lis-​sultan u lill-​prinċpijiet kollha li kienu weqfin ħdejn is-​sultan. 22  U s-​sultan kien bil-​qiegħda fid-​dar tiegħu tax-​xitwa,+ fid-​disaʼ xahar,+ b’nar jaqbad quddiemu f’maġmar.+ 23  U ġara li malli Ġeħudi kien jaqralu tliet kolonni jew erbgħa f’paġna, kien jaqtaʼ dik il-​parti bis-​sikkina tas-​segretarju, u jitfagħha fin-​nar sakemm ir-​romblu kollu spiċċa fin-​nar.+ 24  U xejn ma beżgħu;+ u lanqas ċarrtu ħwejjiġhom,+ la s-​sultan u lanqas il-​qaddejja kollha tiegħu li kienu qed jisimgħu dan il-​kliem kollu. 25  U Elnatan+ u Delaja+ u Gemarija+ talbu bil-​ħniena lis-​sultan biex ma jaħraqx ir-​romblu, imma hu ma semax minnhom.+ 26  Imbagħad is-​sultan ordna lil Ġeraħmel bin is-​sultan u lil Seraja bin Għażrijel u lil Selemija bin Għabdel biex imorru jġibu lil Baruk is-​segretarju u lil Ġeremija l-​profeta.+ Imma Ġeħova żammhom moħbijin.+ 27  U wara li s-​sultan kien ħaraq ir-​romblu bil-​kliem li Baruk+ kien kiteb minn fomm Ġeremija,+ il-​kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għand Ġeremija, tgħid: 28  “Erġaʼ ħu romblu ieħor, u ikteb fih il-​kliem kollu taʼ qabel li kien fl-​ewwel romblu, li ħaraq Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda.+ 29  U għid dan kontra Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda, ‘Hekk qal Ġeħova: “Int ħraqt dan ir-​romblu+ u għedt, ‘Għala ktibt fih il-​kliem:+ “Is-​sultan taʼ Babilonja ġej żgur u se jagħmel ħerba minn din l-​art u jeqred minnha l-​bnedmin u l-​bhejjem”?’+ 30  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova kontra Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda, ‘Ma jkollu lil ħadd li joqgħod fuq it-​tron taʼ David,+ u ġismu mejjet jintrema+ għas-​sħana taʼ bi nhar u għall-​ksieħ tal-​lejl. 31  U nitlob kont minnu+ u minn uliedu u mill-​qaddejja tiegħu għall-​iżball tagħhom,+ u nġib fuqhom u fuq l-​abitanti taʼ Ġerusalemm u fuq in-​nies taʼ Ġuda l-​gwaj kollu li ddikjarajt kontrihom,+ u li huma ma tawx widen għalih.’”’”+ 32  U Ġeremija ħa romblu ieħor u tah lil Baruk bin Nerija, is-​segretarju.+ Dan imbagħad kiteb fih minn fomm+ Ġeremija l-​kliem kollu tal-​ktieb li Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda, kien ħaraq fin-​nar;+ u miegħu ġie miżjud ħafna kliem ieħor bħalu.

Noti taʼ taħt

X’aktarx li ismu sħiħ kien Berekija, li jfisser “Imbierek minn Ġeħova.”
Jew, “it-​talba bil-​ħerqa.”