Ġeremija 34:1-22

34  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, meta Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ u l-​qawwa militari kollha tiegħu+ u s-​saltniet kollha taʼ l-​art, id-​dominju taħt idejh,+ u l-​popli kollha kienu qed jiġġieldu kontra Ġerusalemm u kontra l-​bliet kollha tagħha,+ tgħid:  “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Mur, u għid lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda,+ iva, għidlu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nagħti din il-​belt f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja,+ u hu jaħraqha bin-​nar.+  U int m’intix se teħlisha minn taħt idejh, għax żgur tinqabad u tingħata f’idejh.+ U tara lis-​sultan taʼ Babilonja wiċċ imbwiċċ,+ u jkellmek minn fomm għal fomm, u lejn Babilonja tmur.’  Madankollu, ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova, O Sedekija sultan taʼ Ġuda,+ ‘Hekk qal Ġeħova dwarek: “Int ma tmutx bis-​sejf.  Fil-paċi tmut;+ u bħalma għamlu l-​ħġejjeġ għal missirijietek, is-​slaten li ġew qablek,+ hekk jagħmlu ħuġġieġa għalik,+ u waqt li jnewħu+ jgħidu, ‘Jaħasra, O sidi!’;+ għax ‘hu jien li għedt il-​kelma,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”’”’”  U l-​profeta Ġeremija mbagħad qal dan kollu+ lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, f’Ġerusalemm,  meta l-​qawwiet militari tas-​sultan taʼ Babilonja kienu qed jiġġieldu kontra Ġerusalemm u kontra l-​bliet kollha taʼ Ġuda li kien għad baqaʼ,+ kontra Lakis+ u kontra Għażeka;+ għax dawn kienu l-​bliet fortifikati+ li kien għad baqaʼ mill-​bliet taʼ Ġuda.+  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova wara li s-​Sultan Sedekija għamel patt man-​nies kollha f’Ġerusalemm biex iħabbrilhom il-​libertà,*+  biex kulħadd jeħles lill-​qaddej u lill-​qaddejja tiegħu, raġel Ebrew+ u mara Ebrea, u ma jużahomx iktar bħala qaddejja, jiġifieri, lil xi ħadd Lhudi, li hu ħuh.+ 10  U l-​prinċpijiet kollha+ obdew. In-​nies kollha, li kienu daħlu fil-​patt biex kulħadd jeħles ’il-qaddej u ’l-qaddejja tiegħu u ma jużahomx iktar bħala lsiera, obdew ukoll u ħallewhom jitilqu.+ 11  Imma wara reġaʼ darilhom+ u bdew iġibu lura lill-​qaddejja rġiel u nisa, lil dawk li kienu ħelsu, u reġgħu għamluhom qaddejja tagħhom.+ 12  Minħabba f’hekk, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 13  “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Jien għamilt patt maʼ missirijietkom+ dakinhar li ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ minn dar il-​qaddejja,+ u għedtilhom: 14  “Meta jgħaddu sebaʼ snin kull wieħed minnkom għandu jitlaq lil ħuh,+ Ebrew,+ li ġie mibjugħ lilu+ u qdieh sitt snin; u jħallih jitlaq minn miegħu ħieles.” Imma missirijietkom ma semgħux minni, u lanqas tawni widen.+ 15  U llum intom idduru lura u tagħmlu dak li hu rett f’għajnejja billi kull wieħed minnkom iħabbar il-​libertà lil sieħbu, u tagħmlu patt quddiemi+ fid-​dar li ssejjaħ ismi fuqha.+ 16  Imbagħad jerġaʼ jibdielkom+ u tkasbruli ismi+ u terġgħu ġġibu lill-​qaddejja rġiel u nisa tagħkom, wara li tkunu ħlistuhom kif tkun xtaqet ruħhom, u terġgħu tagħmluhom il-​qaddejja rġiel u nisa tagħkom.’+ 17  “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Intom m’obdejtunix u ma bqajtux tħabbru l-​libertà,+ kull wieħed minnkom lil ħuh u kull wieħed minnkom lil sieħbu. Arawni jien se nħabbrilkom libertà,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘imma għas-​sejf,+ għall-​pesta+ u għall-​ġuħ,+ u jien nagħmilkom xi ħaġa tal-​waħx għas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+ 18  U lin-​nies li qed iwarrbu l-​patt tiegħi,+ billi ma jwettqux il-​kliem tal-​patt li għamlu quddiemi meta qasmu l-​għoġol fi tnejn+ u għaddew minn bejn il-​biċċiet;+ 19  jiġifieri, il-​prinċpijiet taʼ Ġuda u l-​prinċpijiet taʼ Ġerusalemm,+ l-​uffiċjali tal-​palazz u l-​qassisin u n-​nies kollha tal-​pajjiż li għaddew minn bejn il-​biċċiet taʼ l-​għoġol— 20  iva, nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom;+ u l-​iġsma mejtin tagħhom isiru ikel għall-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u għall-​bhejjem taʼ l-​art.+ 21  U Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda,+ u l-​prinċpijiet tiegħu nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom u f’idejn il-​qawwiet militari tas-​sultan taʼ Babilonja+ li qed jirtiraw mill-​ġlied kontrikom.’+ 22  “‘Ara, nagħti kmand,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u nġibhom lura f’din il-​belt,+ u jiġġieldu kontriha u jirbħuha u jaħarquha bin-​nar;+ u l-​bliet taʼ Ġuda nagħmilhom art abbandunata u ħadd ma jgħammar fihom.’”+

Noti taʼ taħt

Jew, “il-​ħelsien [taʼ l-​ilsiera].”