Ġeremija 33:1-26

33  U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija għat-​tieni darba, waqt li kien għadu magħluq fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa,+ tgħid:  “Hekk qal Ġeħova, Dak li għamel+ l-​art, Ġeħova, Dak li sawwarha+ u waqqafha fis-​sod,+ li ismu hu Ġeħova,+  ‘Sejjaħli, u jien inwieġbek+ u minnufih ngħidlek affarijiet kbar li ma jistgħux jiġu mifhumin u li qatt ma kont taf bihom.’”+  “Għax hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, dwar id-​djar taʼ din il-​belt u d-​djar tas-​slaten taʼ Ġuda li se jiġġarrfu permezz tar-​rampi għall-​assedju u permezz tas-​sejf,+  dwar dawk li ġejjin jiġġieldu mal-​Kaldin u jimlew id-​djar bl-​iġsma mejtin tan-​nies li jien qtilt fir-​rabja u l-​korla tiegħi,+ u dawk kollha li minħabba l-​ħażen tagħhom jien ħbejt wiċċi minn din il-​belt,+  ‘Ara, se nerġaʼ nġibha għal li kienet u nagħtiha saħħitha;+ u nfejjaqhom u nurihom kotra taʼ sliem u verità.+  U nġib lura lill-​imjassrin taʼ Ġuda u lill-​imjassrin taʼ Israel,+ u nibnihom bħalma kienu fil-​bidu.+  U nsaffihom mill-​iżball kollu tagħhom li bih dinbu kontrija,+ u naħfrilhom l-​iżbalji kollha tagħhom li bihom dinbu kontrija u kisru l-​liġi tiegħi.+  U l-​belt issir għalija isem taʼ ferħ kbir,+ tifħir u ġmiel f’għajnejn il-​ġnus kollha taʼ l-​art li se jisimgħu dwar it-​tjubija kollha li ħa nurihom.+ U huma jitkexkxu+ u jitħawdu+ minħabba t-​tjubija kollha u minħabba s-​sliem kollu li se nagħtiha.’”+ 10  “Hekk qal Ġeħova, ‘F’dan il-​post li se tgħidu li hu mitluq u li ma fihx bnedmin u annimali domestiċi, fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm li huma ħerba+ u li fihom ma jgħammar ħadd, la bnedmin u lanqas annimali domestiċi, għad iridu jinstemgħu+ 11  l-ħoss tal-​ferħ u l-​ħoss taʼ l-​hena,+ leħen l-​għarus u leħen l-​għarusa, leħen dawk li jgħidu: “Faħħru lil Ġeħova taʼ l-​armati, għax Ġeħova hu tajjeb;+ il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem!”’+ “‘Għad iġibu offerta taʼ radd il-​ħajr fid-​dar taʼ Ġeħova,+ għax jien inġib lura lill-​imjassrin taʼ l-​art u jkunu bħalma kienu fil-​bidu,’+ qal Ġeħova.” 12  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘F’dan il-​post mitluq li ma fihx bnedmin u annimali domestiċi+ u fil-​bliet kollha tiegħu għad jerġaʼ jkun hemm il-​mergħa fejn ir-​rgħajja jieħdu l-​merħla tagħhom tistrieħ.’+ 13  “‘Fil-​bliet tar-​reġjun muntanjuż, fil-​bliet tal-​pjanura l-​baxxa+ u fil-​bliet tan-​nofsinhar+ u fl-​art taʼ Benjamin+ u fl-​inħawi taʼ madwar Ġerusalemm+ u fil-​bliet taʼ Ġuda+ l-​imrieħel għad jerġgħu jgħaddu minn taħt idejn dak li jgħoddhom,’+ qal Ġeħova.” 14  “‘Ara! Ġej żmien,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta nwettaq il-​kelma t-​tajba li tkellimt+ dwar dar Israel+ u dwar dar Ġuda. 15  F’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien se nġiegħel li tinbet għal David rimja ġusta,+ u hu żgur jagħmel il-​ġustizzja u s-​sewwa fl-​art.+ 16  Dak iż-​żmien Ġuda jiġi salvat+ u Ġerusalemm tgħammar fis-​sigurtà.+ U tkun tissejjaħ hekk: Ġeħova Hu s-​Sewwa Tagħna.’”+ 17  “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel għal David biex joqgħod fuq it-​tron taʼ dar Israel.+ 18  U rigward il-​qassisin, il-​Leviti, ma jonqos qatt li jkun hemm raġel quddiemi, raġel li joffri kuljum offerti sħaħ tal-​ħruq u jaħraq* offerti tal-​qmuħ u joffri sagrifiċċji.’”+ 19  U l-​kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għand Ġeremija, tgħid: 20  “Hekk qal Ġeħova, ‘Daqskemm intom tistgħu tiksru l-​patt tiegħi tal-​jum u l-​patt tiegħi tal-​lejl, sabiex il-​jum u l-​lejl ma jiġux f’waqthom,+ 21  daqshekk ieħor nistaʼ jien nikser il-​patt tiegħi maʼ David il-​qaddej tiegħi+ biex ma jkollux iben isaltan fuq it-​tron tiegħu;+ u wkoll mal-​Leviti, il-​qassisin, il-​qaddejja tiegħi.+ 22  Bħalma l-​armata tas-​smewwiet ma tistax tingħadd, u r-​ramel tal-​baħar ma jistax jitkejjel,+ hekk se nkattar nisel David il-​qaddej tiegħi u l-​Leviti li qed jaqduni.’”+ 23  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għand Ġeremija, tgħid: 24  “M’intix tara x’inhuma jgħidu dawn in-​nies? Qed jgħidu, ‘Iż-​żewġ familji li għażel Ġeħova,+ issa se jwarrabhom.’ U lill-​poplu tiegħi jibqgħu jittrattawh bla rispett,+ u ma jqisuhx iktar bħala ġens. 25  “Hekk qal Ġeħova, ‘Kieku ma kienx fatt li għamilt il-​patt tiegħi tal-​jum u l-​lejl,+ l-​istatuti tas-​smewwiet u l-​art,+ 26  kieku kont inwarrab ukoll lin-​nisel taʼ Ġakobb u taʼ David il-​qaddej tiegħi,+ u ma niħux minn nislu wħud li jaħkmu fuq nisel Abraham, Iżakk, u Ġakobb. Għax se niġbor lill-​imjassrin tagħhom+ u tiġini ħasra minnhom.’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “jagħmel idaħħnu.”