Ġeremija 30:1-24

30  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid:  “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ikteb fi ktieb dak kollu li se ngħidlek.+  Għax, “ara, ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta niġbor lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħi, Israel u Ġuda,”+ qal Ġeħova, “u nġibhom lura lejn l-​art li jien tajt lil missirijiethom, u din terġaʼ tkun tagħhom.”’”+  U dan hu l-​kliem li Ġeħova qal lil Israel u lil Ġuda.  Hekk qal Ġeħova: “Smajna l-​ħoss tat-​tregħid, tal-​biżaʼ,+ u m’hemmx paċi.  Staqsu, jekk jogħġobkom, u araw jekk hemmx xi raġel jiled. Għala kull raġel b’saħħtu li rajt kellu idejh fuq ġenbejh bħal mara li qed tiled,+ u l-​uċuħ kollha sfaru?+  Jaħasra! Għax dak il-​jum hu wieħed kbir,+ u m’hemmx ieħor bħalu,+ u dakinhar ikun żmien in-​niket taʼ Ġakobb.+ Imma hu se joħroġ salv minnu.”  “U jiġri dak iż-​żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, “li nkisser il-​madmad minn fuq għonqhom, u naqsam l-​irbit tagħhom fi tnejn,+ u l-​istranġieri qatt iżjed ma jisfruttawh bħala qaddej.  U huma jaqdu lil Ġeħova Alla tagħhom u lil David is-​sultan tagħhom,+ li se nqajmilhom fuqhom.”+ 10  “U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u titwerwirx, O Israel.+ Għax, ara, jien insalvak minn art fil-​bogħod u lil uliedek mill-​art fejn huma mjassrin.+ U Ġakobb jerġaʼ lura u jgħix fil-​kwiet u bla tfixkil, u ma jkunx hemm min ibeżżgħu.”+ 11  “Għax jien miegħek,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “biex insalvak;+ imma se nġib qerda sħiħa fost il-​ġnus kollha fejn xerridtek.+ Iżda lilek m’iniex se neqirdek għalkollox.+ U nikkoreġik kemm ikun jistħoqqlok, għax żgur mhux se nħallik bla kastig.”+ 12  Għax hekk qal Ġeħova: “Il-​ġerħa tiegħek ma tiddewwiex.+ Il-​ferita tiegħek bla fejqan.+ 13  M’hemm ħadd jiddefendi l-​kawża tiegħek, sabiex idewwilek il-​pjaga.+ Ma tistax tfiq, ma tistax tieħu lura saħħtek.+ 14  Dawk kollha li ħabbewk bil-​kbir insewk.+ M’għadhomx ifittxuk. Għax jien sawwattek bis-​swat t’għadu,+ bil-​kastigi taʼ wieħed kiefer,+ minħabba l-​iżbalji kotrana tiegħek;+ għax dnubietek żdiedu ħafna.+ 15  Għala qed tgħajjat minħabba l-​ġerħa tiegħek?+ L-​uġigħ li għandek mhux se jfiq għax l-​iżbalji tiegħek huma kotrana; dnubietek żdiedu ħafna.+ Jien ġibtu fuqek dan. 16  Għaldaqstant, dawk kollha li qed jibilgħuk għad jinbelgħu huma;+ u l-​avversarji tiegħek, kollha fil-​jasar sejrin.+ U dawk li qed iħarbtuk għad jitħarbtu, u dawk kollha li ħatfuk bħala priża nagħtihom biex jinħatfu huma.”+ 17  “Għax nerġaʼ nagħtik saħħtek, u nfejqek mid-​daqqiet tiegħek,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax sejħulek imkeċċija,+ u qalu: ‘Dik Sijon, li ħadd m’hu qed ifittixha.’”+ 18  Hekk qal Ġeħova: “Ara, ġej lejn it-​tined taʼ Ġakobb, u se niġbor lill-​imjassrin taʼ Ġakobb,+ u tiġini ħasra mit-​tabernakli tiegħu. U l-​belt terġaʼ tinbena fuq l-​għolja tagħha;+ u t-​torri li kien mgħammar ikun fil-​post xieraq tiegħu.+ 19  U minnhom joħroġ ir-​radd il-​ħajr, u l-​ħoss tan-​nies jidħqu.+ U jien inkattarhom, u ma jonqsux;+ u nżidhom fl-​għadd, u ma jsirux insinifikanti.+ 20  U wliedu jkunu bħal fiż-​żminijiet taʼ qabel, u l-​ġemgħa tiegħu tkun stabbilita quddiemi fis-​sod.+ U nitlob kont minn kulmin jaħqru.+ 21  U l-​maestuż tiegħu jkun wieħed minnu,+ u minn ġo nofsu joħroġ il-​ħakkiem tiegħu;+ u jien irressqu lejja, u hu jersaq lejja.”+ “Għax min hu dak li jissogra jersaq lejja minn jeddu?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 22  “U intom issiru l-​poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħkom.”+ 23  Ara! Ħareġ ir-​riefnu taʼ Ġeħova, il-​korla tiegħu, tempesta li tkaxkar kollox magħha.+ Fuq l-​irjus tal-​ħżiena se ddur u tagħqad.+ 24  Ir-rabja taħraq taʼ Ġeħova ma terġax lura qabel ma jkun temm u wettaq il-​ħsibijiet taʼ qalbu.+ Fl-​aħħar parti tal-​jiem, dan se tikkunsidrawh.+

Noti taʼ taħt