Ġeremija 3:1-25

3  Hemm qawl li jgħid: “Jekk raġel ikeċċi lil martu u din titlaq u ssir taʼ raġel ieħor, għandu hu jerġaʼ lura għandha?”+ Din l-​art mhux għalkollox tniġġset?+ “U int ipprostitwejt ruħek maʼ ħafna ħbieb;+ u issa terġaʼ lura għandi?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “Erfaʼ għajnejk lejn il-​passaġġi u ara.+ Fejn ma ġejtx stuprata?+ Maġenb it-​toroq qgħadt bil-​qiegħda tistenniehom, bħal Għarbi fix-​xagħri;+ u tkompli tniġġes il-​pajjiż bl-​atti tiegħek taʼ prostituzzjoni u bil-​ħażen tiegħek.+  Għalhekk mhix qed tagħmel ħafna xita,+ u lanqas fir-​rebbiegħa m’għamlet xita.+ U ġbinek sar il-​ġbin taʼ mara miżżewġa li tipprostitwixxi ruħha. Ma ridtx tħossok umiljata.+  Issa bdejt tgħajjatli, ‘Missier,+ int il-​ħabib tiegħi li kont nafda fih f’żgħożiti!+  Għandu wieħed jibqaʼ jżomm f’qalbu għal żmien indefinit, jew jibqaʼ għassa taʼ dnubietna għal dejjem?’+ Ara! Int tkellimt, u bdejt tagħmel affarijiet ħżiena u bqajt tagħmilhom.”+  U fi żmien is-​Sultan Ġosija,+ Ġeħova qalli: “‘Rajt x’għamlet Israel bl-​infedeltà tagħha?+ Qed tmur fuq kull muntanja għolja+ u taħt kull siġra tħaddar,+ sabiex tipprostitwixxi ruħha hemmhekk.+  U wara li għamlet dawn l-​affarijiet kollha jien bqajt ngħid li għandha terġaʼ lura għandi, imma hi ma ġietx lura;+ u Ġuda baqgħet tħares lejn oħtha t-​traditura.+  Meta rajt dan, peress li Israel ma wrietx fedeltà u għamlet adulterju, jien keċċejtha+ u tajtha ċ-​ċertifikat biex niddivorzjaha għalkollox,+ u madankollu oħtha Ġuda t-​traditura ma beżgħetx, imma hi stess bdiet tipprostitwixxi ruħha wkoll.+  U hi pprostitwiet ruħha għax ma kinitx serja, u kompliet tniġġes il-​pajjiż+ u tagħmel adulterju mal-​ġebel u mas-​siġar;+ 10  u minkejja dan kollu oħtha Ġuda t-​traditura ma reġgħetx lura għandi b’qalbha kollha,+ imma biss b’mod falz,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.” 11  U Ġeħova kompla jgħidli: “Israel minkejja l-​infedeltà tagħha wriet li kienet iktar ġusta minn Ġuda li aġixxiet bi tradiment.+ 12  Mur, u xandar dan il-​kliem lejn it-​tramuntana+ u għid: “‘“Erġaʼ lura, O Israel ir-​ribelluża,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’+ ‘“Ma nħarisx iktar b’wiċċ irrabjat lejkom,+ għax jien leali,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’ ‘“M’iniex se nibqaʼ nżomm f’qalbi għal dejjem.+ 13  Biss agħraf l-​iżball tiegħek, għax int kontra Ġeħova Alla tiegħek dnibt.+ U komplejt tiġri ’l hemm u ’l hawn lejn l-​istranġieri+ taħt kull siġra tħaddar,+ imma minn leħni intom ma smajtux,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’” 14  “Erġgħu lura, O wlied ribelli,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax jien sirt sidkom bħal raġel miżżewweġ;+ u se niħodkom, wieħed minn ġo belt u tnejn minn ġo familja, u nġibkom Sijon.+ 15  U nagħtikom rgħajja li jogħġbu lil qalbi,+ u huma jitimgħukom l-​għarfien u d-​dehen.+ 16  U jiġri li f’dak iż-​żmien toktru u tagħmlu l-​frott fil-​pajjiż,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ “Qatt iktar ma jgħidu, ‘L-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova!’+ u ma tiġihomx f’moħħhom, u la jiftakruha+ u lanqas iħossu n-​nuqqas tagħha, u ma jagħmluhiex iżjed. 17  Dak iż-​żmien se jsejħu lil Ġerusalemm it-​tron taʼ Ġeħova;+ u l-​ġnus kollha jinġabru fiha+ biex ifaħħru isem Ġeħova f’Ġerusalemm,+ u qatt iktar ma jimxu wara l-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina.”+ 18  “F’dawk il-​jiem se jimxu maġenb xulxin, id-​dar taʼ Ġuda maġenb id-​dar taʼ Israel,+ u flimkien+ joħorġu mill-​pajjiż tat-​tramuntana għal ġol-​pajjiż li tajt lil missirijietkom bħala wirt.+ 19  U jien għedt, ‘O kemm ħadt pjaċir inqiegħdek fost l-​ulied u nagħtik l-​art sabiħa,+ il-​wirt li jpaxxi lil kotra taʼ ġnus!’ U jien għedt ukoll, ‘Intom se ssejħuli “Missier!”+ u ma ddurux lura milli timxu warajja.’ 20  ‘Tassew, bħal mara miżżewġa li ttradiet u telqet lis-​sieħeb tagħha,+ hekk ukoll intom, O dar Israel, aġixxejtu bi tradiment miegħi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.” 21  Fil-passaġġi nstemaʼ ħoss, il-​biki, u t-​talb bil-​ħrara taʼ wlied Israel. Għax huma għawġu triqithom;+ insew lil Ġeħova Alla tagħhom.+ 22  “Erġgħu lura, ulied ribelli.+ Jien infejjaqkom mill-​qagħda ribelluża li tinsabu fiha.”+ “Hawn aħna! Ġejna għandek, għax int, O Ġeħova, Alla tagħna.+ 23  Tassew, l-​għoljiet kif ukoll il-​konfużjoni fuq il-​muntanji+ huma gidba.+ Tassew, is-​salvazzjoni taʼ Israel+ hi f’Ġeħova Alla tagħna. 24  Imma l-​ħaġa taʼ mistħija+ kielet ix-​xogħol iebes taʼ missirijietna sa minn żgħożitna, in-​nagħaġ tagħhom u l-​baqar tagħhom, uliedhom subien u bniet. 25  Aħna nimteddu fil-​mistħija tagħna,+ u l-​umiljazzjoni tagħna tkompli tiksina;+ għax kontra Ġeħova Alla tagħna dnibna,+ aħna u missirijietna minn żgħożitna sa llum il-​ġurnata,+ u m’obdejniex leħen Ġeħova Alla tagħna.”+

Noti taʼ taħt