Ġeremija 28:1-17

28  U ġara f’dik is-​sena, fil-​bidu tas-​saltna taʼ Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, fir-​rabaʼ sena, fil-​ħames xahar, li Ħananija+ bin Għażżur, il-​profeta minn Gibegħon,+ qalli fid-​dar taʼ Ġeħova quddiem il-​qassisin u l-​poplu kollu:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Se nkisser il-​madmad tas-​sultan taʼ Babilonja.+  Minn hawn u sentejn oħra nġib lura f’dan il-​post l-​għodod kollha tad-​dar taʼ Ġeħova li Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ ġarr minn hawnhekk biex jiħodhom Babilonja.’”  “‘U lil Ġekonija+ bin Ġeħojakim,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​eżiljati kollha taʼ Ġuda li marru Babilonja+ se nġibhom lura f’dan il-​post,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax se nkisser il-​madmad+ tas-​sultan taʼ Babilonja.’”  U l-​profeta Ġeremija qal lill-​profeta Ħananija quddiem il-​qassisin u l-​poplu kollu li kienu qegħdin fid-​dar taʼ Ġeħova;+  iva, il-​profeta Ġeremija qal: “Amen!+ Jalla jagħmel hekk Ġeħova! Jalla Ġeħova jwettaq il-​kliem li int ipprofetizzajt billi jġib lura f’dan il-​post l-​għodod tad-​dar taʼ Ġeħova u lill-​eżiljati kollha minn Babilonja!+  Iżda, ismaʼ, jekk jogħġbok, din il-​kelma li se nsemmaʼ f’widnejk u f’widnejn il-​poplu kollu.+  Il-profeti li ġew qabli u qablek żmien twil ilu,+ ukoll kienu jipprofetizzaw dwar gwerer, ħsara, u pesta għal ħafna pajjiżi u saltniet kbar.+  Meta sseħħ il-​kelma tal-​profeta mbagħad se jintgħaraf liema profeta kien tassew mibgħut minn Ġeħova,+ jekk hux il-​profeta li qed jipprofetizza dwar il-​paċi.”+ 10  Għal dan, il-​profeta Ħananija neħħa l-​istanga tal-​madmad minn fuq għonq il-​profeta Ġeremija u kissirha.+ 11  Imbagħad Ħananija+ qal quddiem il-​poplu kollu: “Dan qal Ġeħova,+ ‘Minn hawn u sentejn oħra hekk se nkisser il-​madmad taʼ Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, minn fuq għonq il-​ġnus kollha.’”+ U l-​profeta Ġeremija telaq għal triqtu.+ 12  Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija,+ wara li l-​profeta Ħananija kien kisser l-​istanga tal-​madmad minn fuq għonq il-​profeta Ġeremija, tgħid: 13  “Mur, u għid lil Ħananija, ‘Hekk qal Ġeħova: “Int kissirt l-​istaneg tal-​madmad+ taʼ l-​injam, u minflokhom ikollok tagħmel staneg tal-​madmad tal-​ħadid.”+ 14  Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Madmad tal-​ħadid inqiegħed fuq għonq dawn il-​ġnus kollha, sabiex jaqdu lil Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja;+ u huma jkollhom jaqduh.+ Sal-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ nagħtih.”’”+ 15  U l-​profeta Ġeremija qal lill-​profeta Ħananija:+ “Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ħananija! Ġeħova ma bagħtekx, imma int ġegħelt lil dan il-​poplu jafda f’gidba.+ 16  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Se nneħħik minn fuq wiċċ l-​art. Din is-​sena tmut,+ għax int tkellimt b’mod ribelluż għall-​aħħar kontra Ġeħova.’”+ 17  U b’hekk il-​profeta Ħananija miet dik is-​sena, fis-​sebaʼ xahar.+

Noti taʼ taħt