Ġeremija 25:1-38

25  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija dwar il-​poplu kollu taʼ Ġuda fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, jiġifieri, fl-​ewwel sena taʼ Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja;  u li l-​profeta Ġeremija tkellem dwar il-​poplu kollu taʼ Ġuda u dwar l-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm, billi qal:  “Mis-​sena tlettax taʼ Ġosija+ bin Amon, is-​sultan taʼ Ġuda, sa llum, għal dawn it-​tlieta u għoxrin sena, ġiet għandi l-​kelma taʼ Ġeħova, u jien kellimtkom kemm-il darba, iva, kont inbakkar fil-​għodu biex inkellimkom, imma intom ma smajtux.+  U Ġeħova bagħtilkom il-​qaddejja kollha tiegħu l-​profeti, u kien ibakkar u jibgħathom, imma intom ma smajtux,+ lanqas mejjiltu widnitkom biex tisimgħu,+  meta kienu jgħidulkom, ‘Duru lura, jekk jogħġobkom, kull wieħed minnkom minn triqtu l-​ħażina u mill-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom,+ u tibqgħu tgħixu fl-​art li Ġeħova ta lilkom u lil missirijietkom żmien twil ilu sabiex tgħixu fiha għal żmien twil.+  U timxux wara allat oħrajn biex taqduhom u tmilu quddiemhom, sabiex ma toffendunix b’xogħol idejkom, u b’hekk ma nġibx ħsara fuqkom.’+  “‘Imma intom ma smajtux minni,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u offendejtuni b’xogħol idejkom, bi ħsara għalikom.’+  “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘“Talli m’obdejtux minn kliemi,  ara, se nibgħat għall-​familji kollha tat-​tramuntana,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “anki għal Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, il-​qaddej tiegħi,+ u nġibhom kontra dan il-​pajjiż+ u l-​abitanti tiegħu u kontra dawn il-​ġnus kollha taʼ madwar;+ u niddedikahom għall-​qerda* u nagħmilhom oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir+ u ħerba għal żmien indefinit.+ 10  U neqred minn ġo fihom il-​ħoss tal-​ferħ u l-​ħoss taʼ l-​hena,+ leħen l-​għarus u leħen l-​għarusa,+ il-​ħoss tal-​mitħna taʼ l-​idejn+ u d-​dawl tal-​musbieħ.+ 11  U dan il-​pajjiż kollu jsir ħerba, oġġett taʼ stagħġib, u dawn il-​ġnus ikollhom jaqdu lis-​sultan taʼ Babilonja għal sebgħin sena.”’+ 12  “‘U jiġri li meta jgħaddu sebgħin sena,+ nitlob kont mis-​sultan taʼ Babilonja u minn dak il-​ġens,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għall-​iżball tagħhom, iva, mill-​art tal-​Kaldin,+ u nagħmilha art abbandunata għal żmien indefinit.+ 13  U nġib fuq dak il-​pajjiż kulma għedt kontrih, kulma hemm miktub f’dan il-​ktieb li Ġeremija pprofetizza kontra l-​ġnus kollha.+ 14  Għax anki huma, ħafna ġnus u slaten kbar,+ sfruttawhom bħala qaddejja;+ u jien se nħallashom t’għemilhom u taʼ xogħol idejhom.’”+ 15  Għax hekk qalli Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel: “Ħu l-​kies taʼ l-​inbid tal-​korla minn idi, u isqih lill-​ġnus kollha għand min se nibagħtek.+ 16  U huma jixorbu u jixxenglu u jaġixxu qishom imġienen minħabba s-​sejf li se nibgħat fosthom.”+ 17  U jien ħadt il-​kies minn id Ġeħova u sqejtu lill-​ġnus kollha li kien bagħatni+ għandhom Ġeħova: 18  jiġifieri, Ġerusalemm u l-​bliet taʼ Ġuda u s-​slaten u l-​prinċpijiet tiegħu, sabiex jagħmilhom ħerba, oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ tisfir, u saħta, bħalma se jiġri issa;+ 19  il-Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, u l-​qaddejja u l-​prinċpijiet u n-​nies kollha tiegħu;+ 20  u l-​kotra mħallta kollha mill-​ġnus, u s-​slaten kollha taʼ l-​art t’Uż+ u taʼ l-​art tal-​Filistin+ u Askelon+ u Gaża+ u Għekron+ u l-​fdal t’Asdod;+ 21  Edom+ u Mowab+ u wlied Għammon;+ 22  u s-​slaten kollha taʼ Tir+ u taʼ Sidon+ u s-​slaten tal-​gżejjer* tal-​baħar; 23  u Dedan+ u Tema+ u Buż u dawk kollha li jqaxxru xagħar ngħashom;+ 24  u s-​slaten kollha taʼ l-​Għarab+ u tal-​kotra mħallta li jgħammru fix-​xagħri; 25  u s-​slaten kollha taʼ Żimri u t’Għelam+ u tal-​Medin;+ 26  u s-​slaten kollha tat-​tramuntana fil-​viċin u fil-​bogħod, wieħed wara l-​ieħor, u s-​saltniet l-​oħrajn kollha taʼ l-​art li huma fuq wiċċ l-​art; u s-​sultan taʼ Sesak*+ jixrob warajhom. 27  “U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Ixorbu, iskru, irremettu, u aqgħu b’tali mod li ma terġgħux tqumu+ minħabba s-​sejf li se nibgħat fostkom.”’+ 28  U jiġri li jekk ma jkunux iridu jieħdu l-​kies minn idek biex jixorbu, għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Tixorbu bilfors.+ 29  Għax, ara, se nġib gwaj+ u se nibda mill-​belt li ssejjaħ ismi fuqha; allura qed taħsbu li intom b’xi mod se teħilsu mill-​kastig?”’+ “‘Ma teħilsuhiex, għax se nsejjaħ sejf kontra l-​abitanti kollha taʼ l-​art,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. 30  “U int ipprofetizzalhom dan il-​kliem kollu, u għidilhom, ‘Ġeħova se jgħajjat+ mill-​għoli, u mill-​post qaddis fejn jgħammar se jsemmaʼ leħnu.+ Żgur se jgħajjat għal fuq il-​post fejn jgħammar. Bħal dawk li jkunu qed jgħaffġu fil-​magħsar taʼ l-​inbid, hekk se jgħanni u jgħajjat kontra l-​abitanti kollha taʼ l-​art.’+ 31  “‘Se jasal ħoss sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art, għax Ġeħova qiegħed f’kontroversja mal-​ġnus.+ Hu se jkollu xi jgħid mal-​bnedmin kollha,+ u lill-​ħżiena jagħtihom għas-​sejf,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 32  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ara! Se jgħaddi gwaj minn ġens għal ġens,+ u tempesta kbira se tqum mill-​ibgħad partijiet taʼ l-​art.+ 33  U dakinhar, dawk maqtulin minn Ġeħova se jkunu minn tarf sat-​tarf l-​ieħor taʼ l-​art.+ Ma jibkuhomx, lanqas jiġbruhom jew jidfnuhom.+ Bħal demel fuq wiċċ l-​art isiru.’+ 34  “Newħu rgħajja, u għajtu!+ Tmiegħku+ kbarat tal-​merħla,+ għax waslilkom iż-​żmien biex tinqatlu u tixterdu,+ u taqgħu bħal reċipjent sabiħ!+ 35  U r-​rgħajja m’għadx għandhom fejn jaħarbu, u l-​kbarat tal-​merħla m’għadx għandhom mezz taʼ ħelsien.+ 36  Ismaʼ! L-​għajat tar-​rgħajja u t-​tinwiħ tal-​kbarat tal-​merħla, għax Ġeħova qed iħarbtilhom il-​mergħa. 37  U l-​postijiet fejn kienu jgħammru fil-​paċi spiċċaw bla ħajja minħabba r-​rabja taħraq taʼ Ġeħova.+ 38  Hu ħareġ mill-​moħba tiegħu bħal iljun b’saħħtu,+ u pajjiżhom sar oġġett taʼ stagħġib minħabba l-​ħruxija tas-​sejf u minħabba r-​rabja taħraq tiegħu.”+

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “tal-​gżira.” Jew, “taʼ l-​art taʼ mal-​baħar.”
X’aktarx tirreferi għal Babilonja.