Ġeremija 24:1-10

24  U wara li Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, eżilja lil Ġekonija*+ bin Ġeħojakim,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​prinċpijiet taʼ Ġuda u lin-​nies tas-​sengħa+ u lill-​bennejja tas-​swar, u minn Ġerusalemm ħadhom lejn Babilonja,+ Ġeħova wrieni żewġt iqfief tin li tqiegħdu quddiem it-​tempju taʼ Ġeħova.  F’qoffa minnhom, it-​tin kien tajjeb ħafna, bħal tin bikri;+ fil-​qoffa l-​oħra, it-​tin kien ħażin ħafna, tant li ma setax jittiekel daqskemm kien ħażin.  U Ġeħova qalli: “X’qed tara, Ġeremija?” U għedtlu: “Tin, it-​tin it-​tajjeb hu tajjeb ħafna, u t-​tin il-​ħażin tant hu ħażin li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin.”+  Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid:  “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Bħal dan it-​tin tajjeb, hekk se nħares lejn l-​eżiljati taʼ Ġuda li nkun bgħatt minn dan il-​pajjiż lejn l-​art tal-​Kaldin,+ se nħares lejhom b’mod tajjeb.+  U nitfaʼ għajnejja fuqhom għall-​ġid,+ u rreġġagħhom lura lejn dan il-​pajjiż.+ U nibnihom, u ma nġarrafhomx; inħawwilhom, u ma nqaċċathomx mill-​għeruq.+  U nagħtihom qalb li biha jkunu jafuni,+ li jien Ġeħova; u jsiru l-​poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom, għax huma jerġgħu lura għandi b’qalbhom kollha.+  “‘U bħat-​tin il-​ħażin li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin,’+ qal Ġeħova, ‘hekk se nagħmlilhom lil Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​prinċpijiet tiegħu u l-​fdal taʼ Ġerusalemm li jibqgħu f’dan il-​pajjiż+ u dawk li qed jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu+  se nagħmilhom xi ħaġa tal-​waħx, taʼ ħsara, fis-​saltniet kollha taʼ l-​art,+ u jiġu mżebilħin, mgħajrin,+ misħutin,+ u jkunu bħal qawl fil-​postijiet kollha fejn se nxerridhom.+ 10  U nibgħat kontrihom is-​sejf,+ il-​ġuħ+ u l-​pesta,+ sakemm jintemmu mill-​art li tajt lilhom u lil missirijiethom.’”+

Noti taʼ taħt

“Ġekonija” jitqassar għal “Konija” f’Ġer 22:24, 28 u 37:1; l-​istess bħal “Ġeħojakin” fit-​2Sl 24:8.