Ġeremija 22:1-30

22  Hekk qal Ġeħova: “Inżel sad-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda, u hemmhekk għid dan il-​kliem.  Għid, ‘Ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova, O sultan taʼ Ġuda li qiegħed fuq it-​tron taʼ David,+ int u l-​qaddejja tiegħek u n-​nies tiegħek, dawk li deħlin minn dawn il-​bibien.+  Hekk qal Ġeħova: “Agħmlu l-​ġustizzja u s-​sewwa, u lil min qed jinsteraq eħilsuh minn id l-​imbroljun; u lir-​resident barrani, lit-​tifel bla missier u lill-​armla tittrattawhomx ħażin.+ Tkunux vjolenti magħhom.+ U xxerrdux demm innoċenti f’dan il-​post.+  Għax jekk din il-​kelma twettquha bis-​sħiħ, żgur li jidħlu wkoll mill-​bibien taʼ din id-​dar is-​slaten li jkunu fuq it-​tron taʼ David,+ rekbin fuq il-​karrijiet u fuq iż-​żwiemel, kull sultan mal-​qaddejja tiegħu u n-​nies tiegħu.”’+  “‘Imma jekk intom ma tobdux dan il-​kliem, naħlef bija nnifsi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘li din id-​dar issir ħerba.’+  “Għax hekk qal Ġeħova dwar id-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda, ‘Int bħal Gilegħad għalija, il-​quċċata tal-​Libanu.+ Lilek żgur nagħmlek xagħri;+ u l-​bliet, lanqas waħda minnhom ma tkun abitata.+  U jien nagħżel* lil dawk li se jiġu kontrik biex jagħmluk ħerba,+ kull wieħed bl-​armi tiegħu;+ u jaqtgħu l-​aqwa ċedri+ li għandek u jitfgħuhom fin-​nar.+  U ħafna ġnus jgħaddu minn ħdejn din il-​belt u jgħidu wieħed lill-​ieħor: “Ġeħova għalfejn għamlilha hekk lil din il-​belt kbira?”+  U jkollhom jgħidu: “Kien għaliex ħallew il-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħhom+ u mielu quddiem allat oħrajn u qimuhom.”’+ 10  “Tibkux għal dak li miet,+ u titnikktux għalih. Ibku kemm tifilħu għal dak li sejjer, għax ma jerġax jiġi lura u ma jerġax jara art qrabatu. 11  Għax hekk qal Ġeħova dwar Sallum*+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda li qed isaltan minflok missieru Ġosija,+ li telaq minn dan il-​post, ‘Ma jerġax lura hawnhekk. 12  Għax imut fil-​post fejn ħaduh fl-​eżilju, u din l-​art ma jarahiex iktar.’+ 13  “Gwaj għal dak li jibni daru,+ imma mhux bis-​sewwa, u l-​kmamar tiegħu taʼ fuq, imma mhux bil-​ġustizzja, billi juża lil għajru biex jaqdih b’xejn, u ma jħallsux;+ 14  dak li jgħid, ‘Se nibni għalija dar kbira bi kmamar taʼ fuq spazjużi;+ u fiha nagħmel għalija twieqi kbar, u l-​ħitan jinksew biċ-​ċedru+ u jinżebgħu bl-​aħmar.’*+ 15  Taħseb li se tibqaʼ ssaltan għax qed turi lil oħrajn li int aqwa minnhom biċ-​ċedru? Missierek ma kienx jiekol u jixrob u jagħmel il-​ġustizzja u s-​sewwa?+ Minħabba f’hekk irnexxa.+ 16  Hu ddefenda d-​dritt legali tal-​magħkus u tal-​fqir.+ Għalhekk irnexxa. ‘Mhux għax kien jafni għamel hekk?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 17  ‘Għajnejk u qalbek bla dubju huma mitfugħin biss fuq il-​qligħ inġust tiegħek,+ u li xxerred id-​demm taʼ l-​innoċenti,+ u li tibqaʼ timbrolja u tisraq.’ 18  “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova dwar Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, ‘Ma jibkuhx u jgħidu: “Jaħasra, ħija! U jaħasra, oħti!” Ma jibkuhx u jgħidu: “Jaħasra, O sidi! U jaħasra, id-​dinjità tiegħu!”+ 19  B’difna bħal taʼ ħmar jindifen,+ imkaxkar u mormi, ’il barra mill-​bibien taʼ Ġerusalemm.’+ 20  “Itlaʼ fuq il-​Libanu+ u għajjat, u semmaʼ leħnek minn fuq il-​Basan.+ U għajjat mill-​Għabarim,+ għax dawk kollha li ħabbewk bil-​kbir tkissru.+ 21  Kellimtek meta ma kellekx ansjetà.+ Int għedt, ‘Ma rridx nobdi.’+ Ilek taġixxi hekk sa minn żgħożitek, għax m’obdejtx minn leħni.+ 22  Riħ jirgħa lir-​rgħajja kollha tiegħek;+ u dawk li jħobbuk bil-​kbir se jmorru fil-​jasar.+ Għax f’dak iż-​żmien se jkollok tistħi u tħossok umiljata minħabba l-​gwaj kollu tiegħek.+ 23  O int li tgħammar fil-​Libanu,+ imkennija qalb iċ-​ċedri,+ kemm se titniehed meta jiġi fuqek l-​uġigħ tal-​ħlas,+ l-​uġigħ bħal dak taʼ mara li qed tiled!”+ 24  “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘anki kieku int, Konija*+ bin Ġeħojakim,+ is-​sultan taʼ Ġuda, tkun iċ-​ċurkett tas-​siġill+ fuq idi l-​leminija, minn hemmhekk naqilgħek!+ 25  U nagħtik f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulek ħajtek+ u f’idejn dawk li tibżaʼ minnhom u f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, u f’idejn il-​Kaldin.+ 26  U nitfaʼ lilek u lil ommok+ li wilditek ’il barra f’pajjiż ieħor li ma twilidtux fih, u hemmhekk tmutu.+ 27  U ma jerġgħux lura lejn il-​pajjiż li ruħhom tixtieq tmur lura fih.+ 28  Jaqaw dan ir-​raġel Konija+ huwa reċipjent mistmerr, imfarrak biċċiet,+ jew xi reċipjent li ma jingħoġobx?+ Hu u wliedu għala se jitwaddbu u jintefgħu f’pajjiż li ma jafuhx?’+ 29  “O art, art, art, ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 30  Hekk qal Ġeħova, ‘Iktbu lil dan ir-​raġel bħala wieħed li m’għandux tfal+ u bħala raġel b’saħħtu li ma jirnexxix fi żmienu; għax lanqas ħadd minn uliedu ma jirnexxi+ billi jpoġġi fuq it-​tron taʼ David+ u jerġaʼ jaħkem f’Ġuda.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “inqaddes;” jew, “inwarrab.”
Imsejjaħ ukoll Ġeħogħaħaż.
Letteralment, “bil-​vermilju.”
Bl-Ebrajk, “Konija”; “Ġekonija,” Settanta, Pexitta Sirjaka, Vulgata Latina; “Ġeħojakin” fit-​2Sl 24:6-15.