Ġeremija 21:1-14

21  Il-kelma+ li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, meta s-​Sultan Sedekija+ bagħatlu lil Pasħur+ bin Malkija u lil Sofonija+ bin Magħseja, il-​qassis, jgħidulu:  “Jekk jogħġbok staqsi lil Ġeħova għalina,+ għax Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, qed jiġġieled kontrina.+ Forsi Ġeħova jagħmel magħna wieħed mill-​għemejjel meraviljużi tiegħu, u s-​sultan jitlaq minn hawn.”+  U mbagħad Ġeremija qalilhom: “Dan għidulu lil Sedekija,  ‘Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel: “Ara, se ndawwar għal fuqkom l-​armi tal-​gwerra li qegħdin f’idejkom, u li qed tiġġieldu bihom kontra s-​sultan taʼ Babilonja+ u kontra l-​Kaldin+ li qed jassedjawkom minn barra s-​swar, u niġborhom f’nofs din il-​belt.+  U jien stess se niġġieled kontrikom+ b’id miftuħa u bi driegħ b’saħħtu u b’rabja u b’korla u b’għadab kbir.+  U se nolqot lil min jgħammar f’din il-​belt, kemm in-​nies u kemm il-​bhejjem. B’pesta kbira jmutu.”’+  “‘“U wara dan,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​qaddejja tiegħu u lin-​nies u lil dawk li jibqgħu ħajjin f’din il-​belt wara l-​pesta, wara s-​sejf u wara l-​ġuħ, nagħtihom f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja. Iva, nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom, u hu jidrobhom b’xifer is-​sejf.+ Mhux se jitħassarhom, u lanqas ma jurihom mogħdrija jew ikollu ħniena minnhom.”’+  “U lil dan il-​poplu għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, qed inqiegħed quddiemkom it-​triq tal-​ħajja u t-​triq tal-​mewt.+  Min jibqaʼ f’din il-​belt bla ma jagħmel xejn se jmut bis-​sejf u bil-​ġuħ u bil-​pesta;+ imma min joħroġ barra u jagħti ruħu lill-​Kaldin li qed jassedjawkom jibqaʼ ħaj, u ruħu jiħodha bħala priża.”’+ 10  “‘“Għax jien dawwart wiċċi kontra din il-​belt biex inġib fuqha gwaj mhux ġid,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “F’id is-​sultan taʼ Babilonja se tingħata,+ u hu jaħraqha bin-​nar.”+ 11  “‘U dwar dar is-​sultan taʼ Ġuda, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 12  O dar David,+ hekk qal Ġeħova: “Kull fil-​għodu+ ġġudikaw bil-​ġustizzja,+ u lil min qed jinsteraq eħilsuh minn id l-​imbroljun,+ sabiex il-​korla tiegħi ma toħroġx bħal nar,+ u din taqbad u ma jkun hemm ħadd min jitfiha, minħabba l-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom.”’+ 13  “‘Arani, jien kontrik, O abitanta tal-​wied,+ O blata tal-​wita,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Intom li qed tgħidu: “Min se jinżel kontrina? U min ġej fi djarna?”+ 14  jien se nitlob kont minnkom+ skond frott l-​għemejjel tagħkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘U nqabbad nar fil-​foresta tagħha,+ u żgur jiblaʼ kulma hemm madwarha.’”+

Noti taʼ taħt