Ġeremija 20:1-18

20  Issa Pasħur bin Immer,+ il-​qassis, li kien ukoll l-​indokratur ewlieni fid-​dar taʼ Ġeħova,+ qagħad jismaʼ lil Ġeremija hu u jipprofetizza dan il-​kliem.  Imbagħad Pasħur sawwat lil Ġeremija l-​profeta+ u qiegħdu fil-​qjud+ li kienu fil-​Bieb taʼ Fuq taʼ Benjamin, fid-​dar taʼ Ġeħova.  Imma ġara li l-​għada Pasħur ħeles lil Ġeremija mill-​qjud,+ u Ġeremija mbagħad qallu: “Ġeħova ma jsejjaħlekx+ iktar Pasħur imma Biżaʼ kullimkien.+  Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ara se nagħmlek ħaġa tal-​biżaʼ għalik innifsek u għal dawk kollha li jħobbuk, u huma żgur jaqgħu quddiem għajnejk+ bis-​sejf taʼ l-​għedewwa tiegħek;+ u lin-​nies kollha taʼ Ġuda nagħtihom f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja, u hu jieħu lil xi wħud minnhom fl-​eżilju f’Babilonja u joqtol lil oħrajn bis-​sejf.+  U kulma għandha maħżun din il-​belt u l-​prodotti u l-​affarijiet prezzjużi kollha tagħha se nagħtihom lil ħaddieħor; u t-​teżori kollha tas-​slaten taʼ Ġuda nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom.+ U jaħtfuhom bħala priża u jiħduhom u jġorruhom lejn Babilonja.+  U int, O Pasħur, u dawk kollha li joqogħdu f’darek, se tmorru lkoll fil-​jasar;+ u tmur f’Babilonja u hemmhekk tmut u hemmhekk tindifen maʼ dawk kollha li jħobbuk,+ għax int ipprofetizzajtilhom il-​gideb.’”+  Qarraqt bija, O Ġeħova, u jien tqarraqt. Int kont iktar b’saħħtek minni, u rbaħt.+ Il-​jum kollu jidħqu bija; kulħadd iwaqqagħni għaċ-​ċajt.+  Għax kulmeta nitkellem ikolli ngħajjat. Vjolenza u ħerba ngħajjat.+ Għax minħabba l-​kelma taʼ Ġeħova saru jżebilħuni u jiddieħqu bija l-​jum kollu.+  U jien għedt: “M’iniex se nsemmih iktar, u ma nitkellimx iżjed f’ismu.”+ U f’qalbi din saret bħal nar jaqbad magħluq f’għadmi; u għejejt inżommha fija, u ma stajtx nissaporti iktar.+ 10  Għax smajt it-​tpaċpiċ taʼ ħsara mingħand ħafna.+ Is-​sitwazzjoni kienet tal-​biżaʼ. “Għidulna, ħa ngħidu fuqu.”+ Kull bniedem mortali li taparsi jgħidli, “Is-​sliem għalik!” qiegħed għassa biex jara nitfixkilx+ u jgħid: “Forsi jitqarraq,+ u b’hekk negħlbuh u npattuhielu.” 11  Imma Ġeħova kien miegħi+ bħal wieħed setgħan u tal-​biżaʼ.+ Huwa għalhekk li dawk stess li qed jippersegwitawni se jitfixklu u ma jagħmlu xejn kontrija.+ Se jkollhom jistħu ħafna, għax mhux se jirnexxu. L-​umiljazzjoni tagħhom se ddum għal żmien indefinit u ma tintesiex.+ 12  Imma int, O Ġeħova taʼ l-​armati, qed teżamina l-​ġust;+ int tara l-​kliewi u l-​qalb.+ Ħallini nara l-​vendetta tiegħek fuqhom,+ għax lilek urejt il-​kawża legali tiegħi.+ 13  Kantaw lil Ġeħova! Faħħru lil Ġeħova! Għax hu ħeles ruħ il-​fqir minn id in-​nies il-​ħżiena.+ 14  Misħut jum twelidi! Ħa ma jitbirikx il-​jum li fih wilditni ommi!+ 15  Misħut ir-​raġel li ġab l-​aħbar tajba lil missieri meta qallu: “Twilidlek iben, tifel!” Tgħidx kemm ġiegħlu jifraħ!+ 16  U dak ir-​raġel isir bħall-​bliet li Ġeħova waqqaʼ mingħajr ma ddispjaċieh.+ U jkollu jismaʼ l-​għajat fil-​għodu u l-​għajta tal-​gwerra f’nofsinhar.+ 17  Għala ma qatilnix fil-​ġuf, ħalli ommi kienet tkun il-​qabar tiegħi u ġufha jibqaʼ bit-​tqala għal dejjem?+ 18  Għalfejn ħriġt mill-​ġuf+ biex nara xogħol iebes u għali+ u biex jiemi jintemmu fl-​għajb?+

Noti taʼ taħt