Ġeremija 19:1-15

19  Hekk qal Ġeħova: “Mur, u ħu flixkun tal-​fuħħar mingħand fuħħari+ u sejjaħ lil xi wħud mix-​xjuħ tal-​poplu u tal-​qassisin.  U mur sal-​wied taʼ bin Ħinnom,+ li jinsab ħdejn id-​daħla taʼ Bieb ix-​Xaqquf,* u hemmhekk xandar il-​kliem li se ngħidlek.+  U għid, ‘Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, O slaten taʼ Ġuda u intom abitanti taʼ Ġerusalemm.+ Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati,+ l-​Alla taʼ Israel: “‘“Arawni, se nġib gwaj fuq dan il-​post, gwaj li meta xi ħadd jismaʼ dwaru widnejh iżarżru;+  għax telquni,+ u dan il-​post ġabuh ma jintgħarafx b’dak li għamlu,+ u offrew fih duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn li ma kinux jafuhom,+ la huma, la missirijiethom, u lanqas is-​slaten taʼ Ġuda; u mlew dan il-​post bid-​demm taʼ l-​innoċenti.+  U bnew il-​postijiet għall-​qima* lill-​Bagħal sabiex jaħarqu lil uliedhom fin-​nar bħala offerti sħaħ tal-​ħruq lill-​Bagħal,+ xi ħaġa li ma kkmandajthomx jagħmlu jew għedtilhom biha,+ u li lanqas biss għaddietli minn moħħi.”’*+  “‘“Għalhekk, ara, ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta dan il-​post ma jissejjaħx iktar Tofet+ u wied bin Ħinnom,+ imma wied il-​qatla.  U f’dan il-​post se nġib fix-​xejn l-​iskop taʼ Ġuda u taʼ Ġerusalemm,+ u se nwaqqagħhom bis-​sejf quddiem l-​għedewwa tagħhom u b’id dawk li jipprovaw jiħdulhom ħajjithom.+ U nagħti l-​iġsma mejtin tagħhom bħala ikel lill-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u lill-​bhejjem taʼ l-​art.+  U din il-​belt nagħmilha oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha se jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib minħabba l-​kastigi kollha tagħha.+  U nġegħelhom jieklu l-​laħam taʼ wliedhom subien u bniet; u kull wieħed se jiekol laħam għajru, minħabba li jkunu magħluqin minn kullimkien u minħabba t-​tbatija li se jġibu fuqhom l-​għedewwa tagħhom u dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom.”’+ 10  “U kisser il-​flixkun quddiem għajnejn l-​irġiel li ġejjin miegħek. 11  U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Bl-​istess mod se nkisser lil dan il-​poplu u lil din il-​belt, bħal meta wieħed ikisser reċipjent tal-​fuħħari b’mod li ma jkunx jistaʼ jissewwa iktar;+ u f’Tofet+ se jidfnu sakemm ma jibqax iktar wisaʼ għad-​dfin.”’+ 12  “‘Hekk se nagħmillu lil dan il-​post,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u lil dawk li jgħixu fih, u lil din il-​belt nagħmilha bħal Tofet.+ 13  U d-​djar taʼ Ġerusalemm u d-​djar tas-​slaten taʼ Ġuda se jsiru bħal Tofet,+ mhux nodfa. Dawn huma d-​djar kollha li fuq il-​bjut tagħhom offrew id-​duħħan tas-​sagrifiċċji lill-​armata kollha tas-​smewwiet+ u ferrgħu l-​offerti tax-​xorb lil allat oħrajn.’”+ 14  U Ġeremija ġie minn Tofet,+ minfejn Ġeħova kien bagħtu jipprofetizza, u waqaf fil-​bitħa tad-​dar taʼ Ġeħova u qal lill-​poplu kollu:+ 15  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, se nġib fuq din il-​belt u fuq il-​bliet kollha tagħha l-​gwaj kollu li ddikjarajt kontriha, għax webbsu rashom sabiex ma jobdux kliemi.’”+

Noti taʼ taħt

X’aktarx li dan u Bieb l-​Irmied huma xorta.
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “qalbi.”