Ġeremija 18:1-23

18  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid:  “Qum, u inżel sad-​dar tal-​fuħħari,+ u hemmhekk insemmgħek kliemi.”  U jien inżilt sad-​dar tal-​fuħħari, u sibtu qed jaħdem fuq ir-​roti tal-​fuħħari.  U b’idu ħassar ir-​reċipjent li kien qed jagħmel bit-​tafal, u biddel ħsiebu u beda jsawru f’reċipjent ieħor, skond ma deher l-​aħjar f’għajnejh.+  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “‘M’iniex jien kapaċi nagħmlilkom bħalma għamel dan il-​fuħħari, O dar Israel?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Ara! Bħat-​tafal f’id il-​fuħħari, hekk intom f’idi, O dar Israel.+  Jekk jien nitkellem kontra xi saltna u kontra xi ġens biex naqilgħu u nwaqqgħu u neqirdu,+  u dak il-​ġens fil-​fatt idur lura mill-​ħażen tiegħu li nkun tkellimt kontrih,+ jien jiddispjaċini mill-​gwaj li nkun ħsibt li nġib fuqu.+  Imma jekk nitkellem dwar xi saltna u dwar xi ġens biex nibnih u nħawlu,+ 10  u dan fil-​fatt jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejja billi ma jobdix minn leħni,+ jien jiddispjaċini mit-​tajjeb li nkun ħsibt li nagħmillu għall-​ġid tiegħu.’ 11  “U issa, jekk jogħġbok, għid lin-​nies taʼ Ġuda u lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm, ‘Hekk qal Ġeħova: “Arawni, qed infassal gwaj u naħseb ħsieb kontrikom.+ Duru lura, jekk jogħġobkom, kull wieħed minnkom minn triqtu l-​ħażina, u rranġaw triqatkom u l-​għemejjel tagħkom.”’”+ 12  U huma qalu: “Kollu taʼ xejn!+ Għax se nimxu kif naħsbu aħna, u kull wieħed minna se jagħmel skond l-​ebusija taʼ qalbu l-​ħażina.”+ 13  Għalhekk, dan qal Ġeħova: “Staqsu għall-​affari tagħkom, jekk jogħġobkom, fost il-​ġnus. Min qatt semaʼ b’affarijiet bħal dawn? Il-​verġni Israel għamlet ħaġa orribbli wisq.+ 14  Jaqaw il-​borra tal-​Libanu se titlaq minn fuq il-​blat tal-​kampanja? Jew se jinxfu l-​ilmijiet barranin u kesħin li neżlin bil-​mod? 15  Imma niesi nsewni+ għax joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil xi ħaġa bla siwi,+ u għax iġiegħlu lil oħrajn jitfixklu fi triqathom,+ il-​mogħdijiet taʼ żmien twil ilu,+ u jġegħluhom iduru lejn triqat oħrajn, lejn triq imħarbta, 16  u lil pajjiżhom jagħmluh oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ tisfir għal żmien indefinit.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejh se jibqaʼ ċċassat u jxejjer rasu.+ 17  Se nxerridhom quddiem l-​għadu bħal b’riħ mil-​lvant.+ Dakinhar tad-​diżastru tagħhom se nagħtihom dahri, mhux wiċċi.”+ 18  U huma qalu: “Ejjew ħa nfasslu pjanijiet kontra Ġeremija,+ għax il-​liġi mhix se tgħib mingħand il-​qassis+ jew il-​pariri mingħand l-​għaref jew il-​kelma mingħand il-​profeta.+ Ejjew nattakkawh bi lsienna,+ u ħa ma nagħtux kas taʼ kelma waħda milli jgħid.” 19  O Ġeħova, agħti kasi int, u ismaʼ x’qed jgħidu dawk taʼ kontrija.+ 20  Għandu t-​tajjeb jitħallas bil-​ħażin?+ Għax huma ħaffru ħofra għal ruħi.+ Ftakar kemm-il darba rsaqt quddiemek biex nitkellem tajjeb dwarhom, sabiex irreġġaʼ lura l-​korla tiegħek minn fuqhom.+ 21  Għalhekk, erħi lil uliedhom għall-​ġuħ,+ u itlaqhom għall-​qawwa tas-​sejf;+ u n-​nisa tagħhom ħa jitilfu lil uliedhom fil-​mewt, u jormlu.+ U l-​irġiel tagħhom ħa jinqatlu b’mard qattiel, u ż-​żgħażagħ tagħhom jinqerdu bis-​sejf fil-​battalja.+ 22  Ħa tinstemaʼ għajta ġejja minn ġo djarhom meta f’daqqa waħda int iġġib qatgħa ħallelin għalihom.+ Għax huma ħaffru ħofra biex jaqbduni, u ħbew nases għal saqajja.+ 23  Imma int, O Ġeħova, taf eżatt kulma qed ifasslu li jagħmlu kontrija biex joqtluni.+ Tgħattix l-​iżball tagħhom, u tħassarx dnubhom minn quddiemek; imma ħallihom jitfixklu quddiemek.+ Fi żmien ir-​rabja tiegħek aġixxi kontrihom.+

Noti taʼ taħt