Ġeremija 17:1-27

17  “Id-​dnub taʼ Ġuda huwa miktub b’pinna tal-​ħadid.+ B’ponta taʼ djamant minqux fuq it-​tavla taʼ qalbhom,+ u fuq il-​qrun taʼ l-​artali tagħhom,+  waqt li wliedhom jiftakru fl-​artali u l-​arbli sagri tagħhom ħdejn xi siġra tħaddar, fuq l-​għoljiet kbar,+  fuq il-​muntanji fir-​rabaʼ. Ir-​riżorsi tiegħek, it-​teżori kollha tiegħek, nagħtihom biex jinħatfu bħala priża,+ u l-​postijiet tiegħek għall-​qima* jinħatfu minħabba d-​dnubiet li għamilt fit-​territorji kollha tiegħek.+  Minn jeddek int abbandunajt il-​wirt li tajtek.+ U jien se nġiegħlek ukoll taqdi lill-​għedewwa tiegħek f’pajjiż li ma kontx tafu;+ għax minħabba għadbi intom xgħeltu bħal nar+ li se jibqaʼ mkebbes għal żmien indefinit.”  Hekk qal Ġeħova: “Misħut ir-​raġel b’saħħtu li jafda fil-​bnedmin+ u jittama fid-​driegħ tal-​laħam,+ u li qalbu titbiegħed minn Ġeħova.+  Hu jsir bħal siġra li tikber waħedha fid-​deżert u meta jiġi t-​tajjeb ma jarahx;+ imma jkollu jgħammar f’postijiet nexfin fix-​xagħri, f’art kollha melħ li ma jgħix fiha ħadd.+  Imbierek ir-​raġel b’saħħtu li jafda f’Ġeħova, u li Ġeħova sar il-​fiduċja tiegħu.+  Hu jsir bħal siġra mħawla ħdejn l-​ilmijiet, li tifrex għeruqha safejn ikun għaddej l-​ilma; u meta tiġi s-​sħana ma jarahiex, imma l-​weraq tiegħu jibqaʼ jħaddar.+ U fis-​sena tan-​nixfa+ ma jsirx ansjuż, u lanqas jieqaf jagħmel il-​frott.  “Il-​qalb qarrieqa iktar minn kull ħaġa oħra u hi ddisprata.+ Min jistaʼ jifhimha? 10  Jien, Ġeħova, qed ngħarbel il-​qalb,+ neżamina l-​kliewi,+ sabiex nagħti lil kulħadd skond triqatu,+ skond frott l-​għemejjel tiegħu.+ 11  Bħal ħaġla* li tiġbor dak li ma tkunx biedet, hekk hu min qed jikseb l-​għana, imma mhux bil-​ġustizzja.+ F’nofs żmienu jħallih,+ u fl-​aħħar taʼ ħajtu juri li hu bla sens.”+ 12  Hemm hu t-​tron glorjuż li kien fl-​għoli sa mill-​bidu;+ dan hu l-​post tas-​santwarju tagħna.+ 13  O Ġeħova, it-​tama taʼ Israel,+ kulmin jitilqek se jkollu jistħi.+ Dawk li jħalluk* biex isiru apostati+ se jinkitbu fl-​art, għax ikunu ħallew lil Ġeħova, is-​sors taʼ l-​ilma ħaj.+ 14  Fejjaqni, O Ġeħova, u jien infiq.+ Salvani, u jien insalva;+ għax lilek infaħħar jien.+ 15  Ara! Hemm dawk li qed jgħiduli: “Fejn hi l-​kelma taʼ Ġeħova?+ Ħa sseħħ issa.” 16  Imma jien ma waqaftx milli nkun ragħaj u milli nimxi warajk, u ma xxennaqtx għall-​jum bla tama. Int kont taf x’qalu xofftejja; quddiem wiċċek intqal kliemi. 17  Twerwirnix.+ Int ir-​refuġju tiegħi f’jum il-​gwaj.+ 18  Ħa jkollhom għalxiex jistħu+ dawk li jippersegwitawni, imma lili tħallinix nistħi.+ Ħa jitwerwru huma, imma lili tħallinix nitwerwer. Ġib fuqhom jum il-​gwaj,+ u kissirhom għal darba tnejn.+ 19  Hekk qalli Ġeħova: “Mur, u oqgħod bil-​wieqfa fil-​bieb taʼ wlied il-​poplu tiegħi, li jidħlu u joħorġu minnu s-​slaten taʼ Ġuda, u fil-​bibien kollha taʼ Ġerusalemm.+ 20  U għidilhom, ‘Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, slaten taʼ Ġuda u intom ilkoll nies taʼ Ġuda u kulmin jgħammar f’Ġerusalemm, intom li deħlin minn dawn il-​bibien.+ 21  Hekk qal Ġeħova: “Ħarsu ruħkom,+ u jekk ikollkom xi tagħbija li tridu tidħlu biha mill-​bibien taʼ Ġerusalemm, iġġorruhiex f’jum is-​Sabat.*+ 22  U toħorġu l-​ebda tagħbija minn ġo darkom f’jum is-​Sabat; u tagħmlu l-​ebda xogħol.+ U qaddsu jum is-​Sabat, bħalma kkmandajt lil missirijietkom;+ 23  imma huma la taw widen u lanqas mejlu widnithom,+ u webbsu rashom+ biex ma jisimgħux u ma jirċievu l-​ebda dixxiplina.”’+ 24  “‘“U jiġri li, jekk tobduni f’kollox,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u ma ddaħħlu l-​ebda tagħbija mill-​bibien taʼ din il-​belt f’jum is-​Sabat+ u tqaddsu jum is-​Sabat billi ma taħdmux fih,+ 25  se jidħlu wkoll mill-​bibien taʼ din il-​belt slaten maʼ prinċpijiet,+ li jkunu fuq it-​tron taʼ David,+ rekbin fuq il-​karru u fuq iż-​żwiemel, huma u l-​prinċpijiet tagħhom, in-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm; u din il-​belt tkun mgħammra għal dejjem. 26  U n-​nies jiġu mill-​bliet kollha taʼ Ġuda u minn madwar Ġerusalemm u mill-​art taʼ Benjamin+ u mill-​pjanura l-​baxxa+ u mill-​muntanji+ u min-​Negeb,+ u jġibu offerti sħaħ tal-​ħruq+ u sagrifiċċji+ u offerti tal-​qmuħ+ u inċens abjad+ u jġibu sagrifiċċji taʼ radd il-​ħajr fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 27  “‘“Imma jekk ma tobdunix f’li tqaddsu jum is-​Sabat u ma ġġorru xejn,+ u minflok tidħlu b’xi tagħbija mill-​bibien taʼ Ġerusalemm f’jum is-​Sabat, jien inqabbad nar fil-​bibien tagħha,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Ġerusalemm+ u n-​nar ma jintefiex.”’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Ara l-​1Sa 26:20, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “iħalluni,” milli jidher b’referenza għal Ġeħova.
Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.