Ġeremija 16:1-21

16  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħidli:  “La għandek tieħu lil xi ħadd b’martek, u lanqas m’għandu jkollok tfal subien u bniet f’dan il-​post.+  Għax hekk qal Ġeħova dwar l-​ulied subien u l-​ulied bniet li jitwieldu f’dan il-​post, u dwar ommijiethom li qed jilduhom u missirijiethom li qed inissluhom f’dan il-​pajjiż,+  ‘B’mard qattiel imutu.+ Ma jibkuhomx,+ u lanqas jidfnuhom.+ Bħal demel fuq wiċċ l-​art isiru;+ u bis-​sejf u bil-​ġuħ jintemmu,+ u l-​iġsma mejtin tagħhom ikunu ikel għall-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u għall-​bhejjem taʼ l-​art.’+  “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Tidħolx f’dar b’festa tal-​vistu għaddejja, u tmurx tibki magħhom u lanqas m’għandek tħoss għalihom.’+ “‘Għax jien neħħejt is-​sliem tiegħi minn dan il-​poplu,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u wkoll il-​ħniniet u l-​qalb tajba bl-​imħabba.+  U jmutu kemm il-​kbar u kemm iż-​żgħar f’dan il-​pajjiż. Ma jindifnux,+ u lanqas ikun hemm min iħabbat fuq sidru għalihom, u min iqattaʼ ġismu+ jew iqaxxar xagħru qargħa għalihom.+  U ma jagħtuhomx ħobż biex jitfarrġu min-​niket tagħhom għall-​mewt taʼ xi ħadd;+ u ma jnewlulhomx il-​kies tal-​faraġ biex jixorbu minħabba l-​mewt tal-​missier u l-​mewt taʼ l-​omm.+  U int tidħolx f’dar fejn tkun qed issir xi ikla kbira u tpoġġix bil-​qiegħda magħhom biex tiekol u tixrob.’+  “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, se nsikket f’dan il-​post, quddiem għajnejkom u fi żmienkom, leħen il-​ferħ u leħen l-​hena, leħen l-​għarus u leħen l-​għarusa.’+ 10  “U jiġri li, meta tgħid dan il-​kliem kollu lil dawn in-​nies u huma jgħidulek, ‘Għala ddikjara kontrina dan il-​gwaj kbir kollu Ġeħova, u x’inhu l-​iżball tagħna u d-​dnub li għamilna kontra Ġeħova Alla tagħna?’+ 11  int tgħidilhom, ‘“Għax missirijietkom telquni,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u baqgħu jimxu wara allat oħrajn u jaqduhom u jmilu quddiemhom.+ U lili telquni, u l-​liġi tiegħi ma ħarsuhiex.+ 12  U intom ġibtu ruħkom agħar minn missirijietkom,+ u issa kull wieħed minnkom qed jimxi wara l-​ebusija+ taʼ qalbu l-​ħażina għax m’intomx tobduni.+ 13  U jien nitfagħkom ’il barra minn dan il-​pajjiż+ għal ġo pajjiż li la intom ma kontu tafuh+ u lanqas missirijietkom, u hemmhekk ikollkom taqdu allat oħrajn+ lejl u nhar, għax jien m’iniex se nurikom ħniena.”’ 14  “‘Għalhekk, ara, ġej żmien,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta ma jintqalx iżjed: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova li ħareġ lil ulied Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu!”+ 15  imma: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova li ħareġ lil ulied Israel mill-​art tat-​tramuntana u mill-​artijiet kollha fejn xerridhom!” U jien żgur inġibhom lura lejn arthom, li tajt lil missirijiethom.’+ 16  “‘Ara, qed nibgħat għal ħafna sajjieda,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u jmorru jistadu għalihom; u wara nibgħat għal ħafna kaċċaturi,+ u jmorru jikkaċċjawhom minn fuq kull muntanja u minn fuq kull għolja u mix-​xquq tal-​blat.+ 17  Għax għajnejja jaraw kulma jagħmlu. M’humiex moħbijin minni, u lanqas l-​iżball tagħhom m’hu moħbi minn quddiem għajnejja.+ 18  U, qabel xejn, se nħallashom bis-​sħiħ għall-​iżball tagħhom+ u għal dnubhom, talli kasbruli arti.+ Imlew il-​wirt tiegħi bil-​katavri taʼ l-​idoli moqżieża u mistkerrhin tagħhom.’”+ 19  O Ġeħova, is-​saħħa u l-​fortizza tiegħi, u l-​post li niġri fih meta nkun imnikket,+ lejk se jiġu l-​ġnus minn truf l-​art,+ u jgħidu: “Tabilħaqq, missirijietna ma wirtux ħlief gideb,+ frugħa u affarijiet li ma kienu t’ebda ġid.”+ 20  Jistaʼ l-​bniedem jagħmel allat għalih meta m’huma allat xejn?+ 21  “Għalhekk, arani, se nġegħelhom ikunu jafu; din id-​darba se nġegħelhom ikunu jafu l-​qawwa taʼ idi u s-​setgħa tiegħi,+ u jkollhom ikunu jafu li ismi hu Ġeħova.”+

Noti taʼ taħt