Ġeremija 12:1-17

12  Int ġust,+ O Ġeħova, meta nsemmagħlek l-​ilment tiegħi, iva, meta nitkellem miegħek dwar il-​ġudizzji tiegħek. Iżda, il-​ħżiena għala rnexxew,+ u għala ħadd mit-​tradituri m’għandu inkwiet?  Int ħawwilthom u huma qabbdu l-​għeruq. Komplew sejrin ’il quddiem, u taw ukoll il-​frott. Int qrib fuq fommhom, imma ’l bogħod minn qalbhom.*+  U int, O Ġeħova, lili tafni sew;+ int tarani, u eżaminajtli qalbi biex tara hix marbuta miegħek.+ Agħżilhom bħal nagħaġ għall-​qatla,+ u warrabhom għal jum il-​qtil.  Kemm se ddum tiddgħajjef l-​art,+ u jinxef il-​ħaxix kollu tar-​rabaʼ?+ Minħabba l-​ħażen taʼ dawk li jgħammru fiha nqerdu l-​bhejjem u t-​tjur.+ Għax huma qalu: “Hu ma jarahx il-​futur tagħna.”  Jekk għejejt tiġri man-​nies, mela kif tistaʼ ttellaq maż-​żwiemel?+ Jekk tħossok fiduċjuż f’pajjiż fejn hemm il-​paċi,+ x’se tagħmel fl-​imsaġar folti taʼ mal-​Ġordan?+  Għax saħansitra ħutek u dar missierek aġixxew miegħek bi tradiment.+ Anki huma ġew jgħajtu kemm jifilħu warajk. Tafdahomx sempliċement għax jgħidulek kliem sabiħ.+  “Tlaqt lil dari;+ abbandunajt il-​wirt tiegħi;+ irħejt il-​maħbuba tiegħi* f’idejn l-​għedewwa tagħha.+  Hi, il-​wirt tiegħi, saret għalija bħal iljun fil-​foresta. Għolliet leħinha kontrija. Għalhekk bgħadtha.+  Għalija, il-​wirt tiegħi+ hu bħal għasfur tal-​priża b’ħafna lwien; l-​għasafar tal-​priża jduru għalih.+ Ejjew, inġabru flimkien, bhejjem salvaġġi kollha tar-​rabaʼ; ġibuhom ħa jieklu.+ 10  Bosta rgħajja+ ħarbtu l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi;+ għaffġuli sehmi taħt saqajhom.+ Sehmi, li tant kien sabiħ,+ ġabuhuli xagħri abbandunat. 11  Sar art abbandunata;+ nixef u ġie abbandunat.+ Il-​pajjiż kollu ġie abbandunat, għax ħadd ma ħa l-​affarijiet bis-​serjetà.+ 12  Dawk li ħarbtu l-​pajjiż ġew fil-​passaġġi kollha tax-​xagħri. Għax is-​sejf taʼ Ġeħova qed jiblaʼ lin-​nies minn tarf sa tarf tal-​pajjiż.+ L-​ebda ħliqa ħajja m’għandha sliem. 13  Żergħu l-​qamħ, imma ħasdu x-​xewk.+ Infilġu bix-​xogħol għalxejn.+ U jkollhom jistħu bil-​prodotti tagħhom tar-​rabaʼ minħabba r-​rabja taħraq taʼ Ġeħova.” 14  Hekk qal Ġeħova: “Lill-​ġirien ħżiena tiegħi kollha,+ li qed imissu l-​wirt li jien tajt lill-​poplu tiegħi, iva, lil Israel,+ ara, qed naqlagħhom minn arthom;+ u d-​dar taʼ Ġuda naqlagħha minn ġo nofshom.+ 15  U jiġri li wara li nkun qlajthom mill-​għeruq jien nerġaʼ nħenn għalihom+ u nġibhom lura, kulħadd lejn wirtu u kulħadd lejn artu.”+ 16  “U jiġri li jekk jitgħallmu sew it-​triqat tal-​poplu tiegħi billi jaħilfu b’ismi,+ ‘Daqskemm Ġeħova hu ħaj!’ bħalma huma għallmu lill-​poplu tiegħi jaħilfu b’Bagħal,+ huma wkoll ikollhom post f’nofs il-​poplu tiegħi.+ 17  Imma jekk ma jobdux, jien naqlaʼ wkoll lil dak il-​ġens mill-​għeruq, naqilgħu u neqirdu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “mill-​kliewi tagħhom,” jiġifieri, l-​iktar ħsibijiet u emozzjonijiet ġewwinin tagħhom.
Letteralment, “il-​maħbuba taʼ ruħi.”