Ġeremija 11:1-23

11  Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid:  “Isimgħu l-​kliem taʼ dan il-​patt!” “U tkellem+ man-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm,  u għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel: “Misħut il-​bniedem li ma jismax mill-​kliem taʼ dan il-​patt,+  li kkmandajt lil missirijietkom meta ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ mill-​forn tal-​ħadid,+ u għedtilhom, ‘Obdu minn leħni, u agħmlu skond dak kollu li nikkmandakom;+ u ssiru l-​poplu tiegħi u jien insir Alla tagħkom,+  sabiex inwettaq il-​ħalfa li ħlift lil missirijietkom,+ li nagħtihom art li tnixxi ħalib u għasel,+ bħalma qed nagħmel illum.’”’” U jien wiġibt u għedt: “Amen, O Ġeħova.”  Imbagħad Ġeħova qalli: “Xandar dan il-​kliem kollu fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm,+ u għid, ‘Isimgħu l-​kliem taʼ dan il-​patt, u wettquh.+  Għax lil missirijietkom bqajt inwissihom solennement minn dakinhar li ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu+ sa llum, u kont inbakkar fil-​għodu biex inwissihom u ngħidilhom: “Obdu minn leħni.”+  Imma huma ma semgħux u lanqas taw widen,+ iżda komplew jimxu lkoll fl-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina;+ u għalhekk ġibt fuqhom il-​kliem kollu taʼ dan il-​patt li kkmandajthom jagħmlu, imma li huma min-​naħa tagħhom ma wettquhx.’”  Iktar minn hekk, Ġeħova qalli: “In-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm qed jikkonfoffaw kontrija.+ 10  Huma reġgħu lura għall-​iżbalji taʼ missirijiethom,+ li kienu l-​ewwel li ma ridux jobdu kliemi, imma li mxew wara allat oħrajn biex jaqduhom.+ Dar Israel u dar Ġuda kisru l-​patt li jien għamilt maʼ missirijiethom.+ 11  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nġib gwaj fuqhom+ li ma jkunux jistgħu jeħilsu minnu;+ u jsejħuli għall-​għajnuna imma jien ma nismagħhomx.+ 12  U l-​bliet taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm ikollhom imorru jgħajtu għall-​għajnuna lill-​allat li qed joffrulhom id-​duħħan tas-​sagrifiċċji,+ imma dawn żgur mhux se jsalvawhom fi żmien il-​gwaj.+ 13  Għax sar għandek allat daqskemm għandek bliet, O Ġuda;+ u daqskemm hawn toroq f’Ġerusalemm waqqaftu artali għal dik il-​ħaġa taʼ mistħija,+ artali biex toffru lil Bagħal id-​duħħan tas-​sagrifiċċji.’+ 14  “U int, titlobx għal dawn in-​nies, u tgħajjatx bil-​ħrara għan-​nom tagħhom jew titlob għalihom,+ għax mhux se nismagħhom meta jgħajtuli minħabba l-​gwaj tagħhom.+ 15  “X’qed tagħmel il-​maħbuba tiegħi f’dari,+ meta ħafna min-​nies qed iwettqu dan+ il-​pjan mill-​agħar?+ U jistgħu huma bil-​laħam qaddis li joffru jbiegħdu l-​gwaj minnek+ meta dan jiġi fuqek? Se tifraħ f’dak iż-​żmien?+ 16  ‘Siġra taż-​żebbuġ tħaddar, sabiħa bi frottok u f’surtek,’ hekk semmiek Ġeħova.+ Imma kien hemm ħoss qawwi u hu qabbad nar għal fuqha, u l-​friegħi tagħha nkisrulha.+ 17  “U Ġeħova taʼ l-​armati, Dak li ħawlek,+ iddikjara gwaj kontrik minħabba l-​ħażen li dar Israel+ u dar Ġuda għamlu biex joffenduni, bid-​duħħan tas-​sagrifiċċji li offrew lil Bagħal.”+ 18  U Ġeħova għarrafni b’dan sabiex inkun naf. Dak iż-​żmien int urejtni l-​għemejjel tagħhom.+ 19  U jien kont bħal ħaruf ġwejjed li jinġieb għall-​qatla,+ u ma kontx naf li l-​pjanijiet li kienu qed ifasslu kienu kontrija,+ meta kienu jgħidu: “Ejjew neqirdu s-​siġra bil-​frott tagħha; ejjew inqaċċtuh mill-​art tal-​ħajjin,+ sabiex ismu ma jitfakkarx iżjed.” 20  Imma Ġeħova taʼ l-​armati qed jiġġudika bis-​sewwa;+ qed jeżamina l-​kliewi u l-​qalb.+ Ħallini nara l-​vendetta tiegħek fuqhom, għax lilek urejt il-​kawża legali tiegħi.+ 21  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova kontra n-​nies t’Għanatot+ li qed jipprovaw jiħduli ħajti u jgħidu: “Tipprofetizzax f’isem Ġeħova,+ għax tmut taħt idejna”; 22  għalhekk, dan qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Ara, se nitlob kont minnhom. Iż-​żgħażagħ imutu bis-​sejf.+ Uliedhom subien u bniet imutu bil-​ġuħ.+ 23  U ma jifdal ħadd minnhom, għax inġib gwaj fuq in-​nies t’Għanatot,+ fis-​sena li nitlob kont minnhom.”+

Noti taʼ taħt