Ġeremija 10:1-25

10  Isimgħu l-​kelma li Ġeħova tkellem kontrikom, O dar Israel.  Hekk qal Ġeħova: “Titgħallmux timxu fi triq il-​ġnus,+ u titwerwrux mis-​sinjali tas-​smewwiet, għax il-​ġnus jitwerwru minnhom.+  Id-drawwiet tal-​popli+ huma biss bħal nifs. Wieħed ikun qataʼ sempliċi siġra+ mill-​foresta, xogħol idejn il-​bniedem tas-​sengħa li jonqoxha bl-​għodda* tiegħu.+  Iżejjinha bil-​fidda u bid-​deheb.+ Bl-​imsiemer u bl-​imrietel jitwaħħlu biex ma jitħarrkux.+  Huma bħal raġel tat-​tiben* f’għalqa tal-​ħjar, u ma jistgħux jitkellmu.+ Bilfors ikollhom jintrefgħu, għax ma jistgħux jagħmlu pass.+ Tibżgħux minnhom, għax ma jistgħux jagħmlu ħsara, u iżjed minn hekk, lanqas ġid ma jistgħu jagħmlu.”+  M’hemm ħadd bħalek, O Ġeħova.+ Int kbir, u ismek hu kbir u setgħan.+  Min m’għandux jibżaʼ minnek,+ O Sultan tal-​ġnus?+ Int jistħoqqlok dan il-​biżaʼ, għax m’hemm ħadd bħalek fost l-​għorrief kollha tal-​ġnus u fost is-​slaten kollha tagħhom.+  U fl-​istess ħin dawn juru li huma bla raġuni u stupidi.+ Kulma tagħmel is-​siġra hu li tħeġġiġhom ifittxu l-​frugħa.+  Minn Tarsis+ tinġieb fidda maħduma fi pjanċi, u minn Ufaż+ id-​deheb, xogħol idejn il-​bniedem tas-​sengħa u l-​ħaddiem fil-​metall. L-​ilbies hu magħmul minn ħajt blu u suf miżbugħ vjola ħamrani. Kollox xogħol idejn in-​nies tas-​sengħa.+ 10  Imma Ġeħova tassew hu Alla.+ Hu l-​Alla l-​ħaj+ u s-​Sultan taʼ l-​eternità.*+ Għar-​rabja tiegħu, l-​art titriegħed+ u l-​ebda ġens ma jiflaħ għall-​kundanna tiegħu.+ 11  Dan għidulhom: “L-​allat+ li m’għamlux is-​smewwiet u l-​art huma dawk li se jinqerdu minn fuq l-​art+ u minn taħt dawn is-​smewwiet.” 12  Hu Dak li għamel l-​art bil-​qawwa tiegħu,+ li b’għerfu waqqaf l-​art produttiva fis-​sod,+ u li bl-​intelliġenza tiegħu firex is-​smewwiet.+ 13  Mal-ħoss taʼ leħnu, l-​ilmijiet fis-​smewwiet ikarwtu;+ hu jtellaʼ l-​fwar minn tarf l-​art.+ Għamel ukoll bibien għax-​xita,+ u joħroġ ir-​riħ mill-​imħażen tiegħu.+ 14  Kulħadd aġixxa bla raġuni għalkollox, u b’hekk wera li ma jaf xejn.+ Kulmin jaħdem fil-​metall jistħi minħabba x-​xbieha skolpita;+ għax ix-​xbihat li għamel minn metall imdewweb huma gidba,+ u m’hemm l-​ebda spirtu fihom.+ 15  Huma frugħa, xogħol tad-​daħq.+ Meta jasal iż-​żmien li nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuqhom, se jinqerdu.+ 16  Is-Sehem taʼ Ġakobb m’huwiex bħal dawn,+ għax hu Dak li sawwar kollox,+ u Israel hu l-​bastun tal-​wirt tiegħu.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu.+ 17  Iġbor is-​sorra tiegħek mill-​art,+ O mara li qed tgħix fit-​tbatija.+ 18  Għax hekk qal Ġeħova: “Ara, din id-​darba qed inwaddab ’il barra lill-​abitanti taʼ l-​art bħal bi żbandola,+ u se nġegħelhom jitnikktu sabiex ikunu jafu.”+ 19  Gwaj għalija minħabba l-​ġerħa tiegħi!+ Il-​ferita tiegħi bla fejqan. U jien għedt: “Żgur li din hi l-​marda tiegħi, u jkolli nġorrha.+ 20  It-tinda tiegħi tħarbtet, u l-​ħbula tat-​tinda tiegħi lkoll ġew fi tnejn.+ Uliedi stess telquni, u m’għadhomx iżjed.+ Ma baqaʼ ħadd iktar biex jiftaħ it-​tinda tiegħi jew biex itellagħli d-​drapp tat-​tinda. 21  Għax ir-​rgħajja aġixxew bla raġuni,+ u lanqas lil Ġeħova ma fittxew.+ Għalhekk m’aġixxewx bid-​dehen, u nxterdu l-​imrieħel kollha li kellhom jirgħu.”+ 22  Ismaʼ! Waslet aħbar! Waslet, flimkien maʼ damdim kbir mill-​pajjiż tat-​tramuntana,+ sabiex il-​bliet taʼ Ġuda jintgħamlu art abbandunata, il-​bejta tax-​xakalli.+ 23  Jien naf, O Ġeħova, li triq il-​bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-​passi tiegħu.+ 24  Ikkoreġini, O Ġeħova, iżda bil-​ġudizzju ġust tiegħek;+ mhux fir-​rabja tiegħek,+ li ma ġġibnix fix-​xejn.+ 25  Ferraʼ l-​korla tiegħek fuq il-​ġnus+ li injorawk,+ u fuq il-​familji li ma sejħux ismek.+ Għax huma belgħu lil Ġakobb.+ Iva, belgħuh, u qed ikomplu jeqirduh għalkollox;+ u l-​post fejn jgħammar għamluh ħerba.+

Noti taʼ taħt

Jew, “bir-​ronka.”
Jew, “bħal naffara.”
Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.