Ġeremija 1:1-19

1  Il-kliem taʼ Ġeremija+ bin Ħilkija, wieħed mill-​qassisin li kienu f’Għanatot+ fl-​art taʼ Benjamin;+  li l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandu fi żmien Ġosija+ bin Amon,+ is-​sultan taʼ Ġuda, fis-​sena tlettax tar-​renju tiegħu.+  U baqgħet tiġi għandu fi żmien Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, sa tmiem is-​sena ħdax taʼ Sedekija+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, sakemm Ġerusalemm ittieħdet fl-​eżilju fil-​ħames xahar.+  U l-​kelma taʼ Ġeħova bdiet ġejja għandi, tgħid:  “Qabel ma kont qed nifformak fiż-​żaqq+ kont nafek,+ u qabel ma ħriġt mill-​ġuf qaddistek.+ Profeta għall-​ġnus għamiltek.”  Imma jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Jien ma nafx nitkellem,+ għax m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.”+  U Ġeħova kompla jgħidli: “Tgħidx, ‘M’iniex ħlief naqra taʼ tifel.’ Imma mur għand kulmin se nibagħtek; u tkellem kulma nikkmandak.+  Tibżax minħabba wiċċhom,+ għax ‘jien miegħek biex neħilsek,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”  Imbagħad Ġeħova ħareġ idu u messha maʼ ħalqi.+ U Ġeħova qalli: “Jien poġġejtlek kliemi f’fommok.+ 10  Ara, illum qabbadtek tkun fuq il-​ġnus u fuq is-​saltniet,+ sabiex taqlaʼ u twaqqaʼ u teqred u ġġarraf,+ sabiex tibni u tħawwel.”+ 11  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: “X’qed tara Ġeremija?” Għalhekk, għedt: “Qed nara rimja taʼ siġra tal-​lewż.” 12  U Ġeħova kompla jgħidli: “Rajt tajjeb, għax jien qed nibqaʼ mqajjem minħabba kelmti sabiex inwettaqha.”+ 13  U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi għat-​tieni darba, tgħid: “X’qed tara?” Għalhekk, għedt: “Qed nara borma kbira li qed irewħulha, u wiċċha jħares lil hinn mit-​tramuntana.” 14  Għal dan, Ġeħova qalli: “Mit-​tramuntana se jintreħa l-​gwaj għal fuq l-​abitanti kollha tal-​pajjiż.+ 15  Għax ‘ara, jien qed insejjaħ lill-​familji kollha tas-​saltniet tat-​tramuntana,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova;+ ‘u se jiġu, u jqiegħed kull wieħed minnhom it-​tron tiegħu fid-​daħla tal-​bibien taʼ Ġerusalemm,+ u quddiem is-​swar kollha tagħha dawramejt u quddiem il-​bliet kollha taʼ Ġuda.+ 16  U ngħidilhom il-​ġudizzji tiegħi għall-​ħażen kollu tagħhom,+ talli telquni+ u jibqgħu joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn+ u jmilu quddiem xogħol idejhom stess.’+ 17  “U int, min-​naħa tiegħek, ħażżem ġenbejk,+ u itlaʼ u għidilhom kulma nikkmandak jien. Titwerwirx minħabba fihom,+ sabiex jien ma nwerwrekx quddiemhom. 18  Imma jien, illum għamiltek belt fortifikata u pilastru tal-​ħadid u sur tar-​ram aħmar+ kontra l-​pajjiż kollu,+ is-​slaten taʼ Ġuda, il-​prinċpijiet tiegħu, il-​qassisin tiegħu u n-​nies tal-​pajjiż.+ 19  U dawn jiġġieldu kontrik imma ma jegħlbukx,+ għax ‘jien miegħek,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘biex neħilsek.’”+

Noti taʼ taħt