Ġenesi 9:1-29

9  U Alla bierek lil Noè u lil uliedu u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-​art.+  U se jibżgħu u jitwerwru minnkom il-​ħlejjaq ħajjin kollha taʼ l-​art, il-​ħlejjaq kollha li jtiru fis-​smewwiet, kulma jitħarrek fuq l-​art, u l-​ħut kollu tal-​baħar. F’idejkom nerħihom.+  Kull annimal ħaj li jitħarrek tistgħu tikluh.+ Bħalma tajtkom il-​ħaxix aħdar, nagħtikom dan kollu.+  Huwa biss il-​laħam b’ruħu+—demmu+—li ma tistgħux tieklu.+  U, minbarra dan, jekk demmkom jixxerred se nitlob kont tiegħu. Jekk jixxerred minn ħliqa ħajja, din għandha tmut. U jekk ħajtek tittieħed minn bniedem, li hu ħuk, se nitlob kont tagħha mingħandu.+  Kulmin ixerred demm il-​bniedem, demmu stess se jixxerred minn bniedem ieħor,+ għax Alla għamel lill-​bniedem fix-​xbieha tiegħu.  U intom nisslu u oktru, u ħa tkun l-​art miżgħuda bikom u oktru fiha.”+  U Alla ssokta jgħid lil Noè u lil uliedu miegħu:  “Min-​naħa tiegħi, jien se nagħmel il-​patt+ tiegħi magħkom u maʼ wliedkom warajkom,+ 10  u maʼ kull ruħ ħajja li hemm magħkom, jiġifieri, it-​tjur, il-​bhejjem, u l-​ħlejjaq ħajjin kollha taʼ l-​art magħkom, minn dawk kollha li ħarġu mill-​arka sa kull ħliqa ħajja taʼ l-​art.+ 11  Iva, nagħmel il-​patt tiegħi magħkom: Qatt iktar ma jinqered il-​laħam kollu bl-​ilmijiet taʼ xi dilluvju, u qatt iktar ma jseħħ dilluvju biex l-​art jagħmilha ħerba.”+ 12  U Alla żied: “Dan hu s-​sinjal+ tal-​patt li qed nagħmel bejni u bejnkom u bejn kull ruħ ħajja li qiegħda magħkom, għall-​ġenerazzjonijiet għal żmien indefinit. 13  Inqiegħed il-​qawsalla+ tiegħi fis-​sħab, u sservi bħala sinjal tal-​patt bejni u bejn l-​art. 14  U jiġri li meta niġmaʼ s-​sħab fuq l-​art, il-​qawsalla żgur li tidher fis-​sħab. 15  U se niftakar fil-​patt+ tiegħi li hemm bejni u bejnkom u bejn kull ruħ ħajja fost il-​laħam kollu;+ u l-​ilmijiet qatt iktar ma se jsiru dilluvju biex jeqred il-​laħam kollu.+ 16  U meta l-​qawsalla tidher fis-​sħab,+ jien żgur naraha u niftakar fil-​patt għal żmien indefinit+ bejni u bejn kull ruħ ħajja fost il-​laħam kollu li hemm fuq l-​art.”+ 17  U Alla reġaʼ qal lil Noè: “Dan hu s-​sinjal tal-​patt li qed nagħmel bejni u bejn il-​laħam kollu li hemm fuq l-​art.”+ 18  U wlied Noè+ li ħarġu mill-​arka kienu Sem, Ħam, u Ġafet. Iktar tard Ħam nissel lil Kangħan.+ 19  Dawn it-​tlieta kienu wlied Noè, u minnhom ġiet il-​popolazzjoni mxerrda maʼ l-​art kollha.+ 20  Issa Noè beda bħala bidwi+ u ħawwel għalqa bid-​dwieli.+ 21  U beda jixrob l-​inbid u siker,+ u għalhekk inkixef f’nofs it-​tinda tiegħu. 22  Iktar tard Ħam,+ missier Kangħan, ra l-​għera+ taʼ missieru u mar jgħid b’dan liż-​żewġ ħutu li kienu barra.+ 23  U Sem u Ġafet ħadu mantell+ u qegħduh fuq spallejhom u daħlu jimxu b’lura. B’hekk, għattew l-​għera taʼ missierhom waqt li wiċċhom kien imdawwar in-​naħa l-​oħra, u ma rawx l-​għera+ taʼ missierhom. 24  Fl-aħħar, Noè ġie f’sensih mill-​inbid li xorob u sar jaf x’kien għamillu ibnu ż-​żgħir. 25  Imbagħad qal: “Misħut ikun Kangħan.+ Ħa jsir l-​inqas wieħed fost l-​ilsiera taʼ ħutu.”+ 26  U żied:“Ikun imbierek Ġeħova,+ Alla taʼ Sem,U ħa jsir Kangħan ilsir tiegħu.+ 27  Ħa jagħti Alla wisaʼ biżżejjed lil Ġafet,U ħa jgħammar dan fit-​tined taʼ Sem.+Ħa jsir Kangħan ilsir tiegħu wkoll.” 28  U Noè għex tliet mija u ħamsin sena oħra wara d-​dilluvju.+ 29  Mela l-​jiem kollha taʼ Noè kienu disaʼ mija u ħamsin sena, u miet.+

Noti taʼ taħt