Ġenesi 8:1-22

8  Wara dan, Alla ftakar+ f’Noè u f’kull bhima salvaġġa u f’kull annimal domestiku li kien miegħu fl-​arka,+ u Alla ġiegħel riħ jgħaddi minn fuq l-​art, u l-​ilmijiet bdew jonqsu.+  U l-​għejun taʼ l-​ilma fond*+ u bwieb l-​għargħar+ tas-​smewwiet ngħalqu, u għalhekk waqfet ix-​xita bil-​qliel mis-​smewwiet.  U l-​ilmijiet bdew jonqsu minn fuq l-​art, jonqsu iktar u iktar; u meta għaddew mija u ħamsin jum l-​ilmijiet naqsu sew.+  U fis-​sebaʼ xahar, fis-​sbatax tax-​xahar, l-​arka+ straħet fuq il-​muntanji t’Ararat.+  U l-​ilmijiet komplew jonqsu iktar u iktar sa l-​għaxar xahar. Fl-​għaxar xahar, fl-​ewwel tax-​xahar, dehru l-​qċaċet tal-​muntanji.+  U ġara, wara erbgħin jum, li Noè fetaħ it-​tieqa+ taʼ l-​arka li kien għamel.  Imbagħad bagħat ċawlun,+ u dan baqaʼ jittajjar barra, ġej u sejjer, sakemm nixfu l-​ilmijiet minn fuq l-​art.  Iktar tard bagħat ħamiema+ biex jara jekk l-​ilmijiet kinux battew minn fuq wiċċ l-​art.  U l-​ħamiema ma sabitx post fejn isserraħ qiegħ saqajha, u għalhekk reġgħet lura għandu fl-​arka għaliex kien għad hemm l-​ilmijiet fuq wiċċ l-​art kollha.+ U ħareġ idu u qabadha u daħħalha għandu fl-​arka. 10  U baqaʼ jistenna jerġaʼ sebat ijiem oħra, u għal darb’oħra bagħat il-​ħamiema mill-​arka. 11  Iktar tard il-​ħamiema ġiet għandu għall-​ħin taʼ fil-​għaxija, u, ara, f’munqarha kellha werqa taż-​żebbuġ+ li kienet għadha kif inqatgħet, u b’hekk Noè sar jaf li l-​ilmijiet kienu battew minn fuq l-​art.+ 12  U baqaʼ jistenna jerġaʼ sebat ijiem oħra, u bagħat il-​ħamiema, imma din ma reġgħetx lura iżjed għandu.+ 13  U ġara, fis-​sena sitt mija u wieħed,+ fl-​ewwel xahar, fl-​ewwel jum tax-​xahar, li l-​ilmijiet kienu xxottaw minn fuq l-​art; u Noè neħħa l-​għatu taʼ l-​arka u ħares u ra li wiċċ l-​art kien nixef.+ 14  U fit-​tieni xahar, fis-​sebgħa u għoxrin tax-​xahar, l-​art kienet nixfet sew.+ 15  Alla issa kellem lil Noè u qallu: 16  “Oħroġ mill-​arka, int u martek, uliedek u n-​nisa taʼ wliedek miegħek.+ 17  Kull ħliqa ħajja li hemm miegħek minn kull xorta taʼ laħam,+ jiġifieri, il-​ħlejjaq li jtiru,+ il-​bhejjem,+ u l-​annimali kollha li jitkaxkru u li jitħarrku fuq l-​art,+ oħroġhom miegħek, għax l-​art trid tkun miżgħuda bihom u jnisslu u joktru fuq l-​art.”+ 18  U Noè ħareġ, u miegħu ħarġu wkoll uliedu,+ martu, u n-​nisa taʼ wliedu. 19  Mill-arka ħarġu wkoll il-​ħlejjaq ħajjin kollha, l-​annimali kollha li jitkaxkru, il-​ħlejjaq kollha li jtiru, u kulma jitħarrek fuq l-​art, skond il-​familji tagħhom.+ 20  U Noè bena artal+ lil Ġeħova u ħa ftit mill-​bhejjem nodfa+ kollha u mill-​ħlejjaq nodfa kollha li jtiru+ u offra offerti tal-​ħruq fuq l-​artal.+ 21  U Ġeħova beda jxomm riħa pjaċevoli,*+ u għalhekk Ġeħova qal f’qalbu:+ “Qatt iktar ma nerġaʼ nisħet l-​art+ minħabba l-​bniedem, għax l-​inklinazzjoni+ taʼ qalb il-​bniedem hi ħażina sa minn żgħożitu;+ u qatt iktar ma nerġaʼ nolqot lil kull ħaġa ħajja bħalma għamilt.+ 22  Għax kemm iddum l-​art, żrigħ iż-​żerriegħa u ħsad, bard u sħana, sajf u xitwa, nhar u lejl, ma jieqfu qatt.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 7:11, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “riħa li sserraħ.”