Ġenesi 6:1-22

6  U ġara li meta l-​bnedmin bdew joktru fuq wiċċ l-​art u twildulhom il-​bniet,+  ulied l-​Alla+ l-​veru bdew jinnotaw+ li l-​bniet tal-​bnedmin kienu sbieħ; u ħadu nisa għalihom, jiġifieri, lil dawk kollha li għoġbuhom.  Imbagħad Ġeħova qal: “L-​ispirtu+ tiegħi mhux se jaġixxi bil-​paċenzja mal-​bniedem għal żmien indefinit+ għax hu laħam ukoll.+ Għaldaqstant, jiemu se jkunu mija u għoxrin sena.”+  F’dawk il-​jiem, u wara wkoll, kien hemm in-​Nefilim* fuq l-​art meta wlied l-​Alla l-​veru komplew ikollhom x’jaqsmu mal-​bniet tal-​bnedmin u dawn wildulhom ulied subien; dawn kienu s-​setgħanin li sa mill-​qedem kienu l-​irġiel taʼ fama.  U Ġeħova ra li l-​ħażen tal-​bniedem kien kotran fuq l-​art u kull inklinazzjoni+ tal-​ħsibijiet taʼ qalbu kienet biss ħażina l-​ħin kollu.+  U Ġeħova ddispjaċieh+ li kien għamel il-​bnedmin fuq l-​art, u ħassu mweġġaʼ f’qalbu.+  Għalhekk, Ġeħova qal: “Se neqred minn fuq wiċċ l-​art il-​bnedmin li ħlaqt,+ mill-​bniedem sa l-​annimal domestiku, sa l-​annimal li jitkaxkar, u sal-​ħliqa li ttir fis-​smewwiet,+ għaliex jiddispjaċini li għamilthom.”+  Imma Noè kien approvat f’għajnejn Ġeħova.  Dan hu r-​rakkont storiku taʼ Noè. Noè kien raġel sewwa+ u wera li kien bla nuqqas fost in-​nies taʼ żmienu. Noè mexa maʼ l-​Alla l-​veru.+ 10  Maż-żmien, Noè nissel tliet subien, Sem, Ħam, u Ġafet.+ 11  U l-​art kienet rovinata f’għajnejn l-​Alla+ l-​veru u mtliet bil-​vjolenza.+ 12  Għalhekk, Alla ra l-​art, u, ara, din kienet rovinata,+ għaliex il-​bnedmin kollha kienu ħassru triqithom fuq l-​art.+ 13  Imbagħad Alla qal lil Noè: “Wasal quddiemi t-​tmiem tal-​bnedmin kollha,+ għaliex minħabba fihom l-​art imtliet bil-​vjolenza; hawn jien se neqridhom flimkien maʼ l-​art.+ 14  Agħmel għalik arka* mill-​injam tas-​siġra tar-​raża.+ Trid tagħmel taqsimiet fl-​arka, u trid tiksiha minn ġewwa u minn barra bil-​qatran.+ 15  U tagħmilha hekk: it-​tul taʼ l-​arka tliet mitt kubitu,+ il-​wisaʼ tagħha ħamsin kubitu, u l-​għoli tagħha tletin kubitu. 16  L-arka tagħmlilha ftuħ għad-​dawl,* u tlestiha sa kubitu mis-​saqaf, u d-​daħla taʼ l-​arka tagħmilha fil-​ġenb tagħha;+ tagħmlilha s-​sular t’isfel, it-​tieni sular, u t-​tielet sular. 17  “U jien arani se nġib dilluvju+ taʼ ilmijiet fuq l-​art biex neqred minn taħt is-​smewwiet il-​laħam kollu li fih hemm il-​forza attiva tal-​ħajja.+ Kulma hemm fuq l-​art imut.+ 18  U jien nagħmel patt miegħek; u trid tidħol fl-​arka, int u wliedek u martek u n-​nisa taʼ wliedek miegħek.+ 19  U minn kull ħliqa ħajja taʼ kull xorta taʼ laħam,+ tnejn minn kull xorta, iddaħħalhom fl-​arka biex iżżommhom ħajjin miegħek.+ Raġel u mara jridu jkunu. 20  Mill-ħlejjaq li jtiru skond ġenshom, mill-​annimali domestiċi skond ġenshom,+ u mill-​annimali kollha li jitkaxkru fuq l-​art skond ġenshom, tnejn minn kull ġens jidħlu għandek biex iżżommhom ħajjin.+ 21  U int, ħu għalik kull xorta taʼ ikel li jittiekel;+ u trid taħżnu għandek, u jrid iservi bħala ikel għalik u għalihom.”+ 22  U Noè għamel skond kulma kien ordnalu Alla. Għamel preċiż hekk.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Dawk li jwaqqgħu lil oħrajn.”
Letteralment, “kaxxa.”
Il-kelma Ebrajka, zoħar (saqaf jew tieqa).