Ġenesi 50:1-26

50  Imbagħad Ġużeppi nxteħet fuq wiċċ missieru+ u nfaqaʼ jibki fuqu u biesu.+  U Ġużeppi ordna lill-​qaddejja tiegħu, it-​tobba, biex jibbalzmaw+ lil missieru. Għalhekk, it-​tobba bbalzmaw lil Israel,  u ħadu erbgħin jum sħaħ għalih, għax daqshekk kienu jieħdu jiem biex jibbalzmaw, u l-​Eġizzjani damu sebgħin jum+ jibkuh.  Fl-aħħar, jiem il-​biki għalih għaddew, u Ġużeppi kellem lin-​nies taʼ dar il-​Fargħun u qalilhom: “Jekk, issa, sibt il-​ħniena f’għajnejkom,+ tkellmu, jekk jogħġobkom, biex jismagħkom il-​Fargħun, u għidu,  ‘Missieri ġegħelni naħlef,+ u qalli: “Ara! Jien se mmut.+ Int trid tidfinni+ fil-​post għad-​dfin li jien ħaffirt għalija fl-​art taʼ Kangħan.”+ U issa, jekk jogħġbok, ħallini nitlaʼ nidfen lil missieri, u wara nkun lest li niġi lura.’”  U l-​Fargħun wieġbu: “Itlaʼ idfen lil missierek bħalma ġiegħlek taħlef.”+  Għalhekk, Ġużeppi telaʼ jidfen lil missieru, u miegħu telgħu l-​qaddejja kollha tal-​Fargħun, ix-​xjuħ+ taʼ daru, u x-​xjuħ kollha taʼ l-​art taʼ l-​Eġittu,  u n-​nies kollha taʼ dar Ġużeppi u ħutu u n-​nies taʼ dar missieru.+ Fl-​art taʼ Gosen ħallew biss it-​tfal ċkejknin tagħhom u l-​imrieħel tan-​nagħaġ u tal-​baqar tagħhom.  Telgħu miegħu wkoll kemm il-​karrijiet+ u kemm ir-​rikkieba taż-​żwiemel, u l-​grupp kien kbir ħafna. 10  Imbagħad waslu ħdejn il-​qiegħa tad-​dris+ t’Atad, li hemm fir-​reġjun tal-​Ġordan,+ u hemmhekk bkew biki kbir u qawwi ħafna, u hu żamm ir-​riti tal-​vistu għal missieru għal sebat ijiem.+ 11  U l-​abitanti tal-​pajjiż, il-​Kangħanin, raw ir-​riti tal-​vistu fil-​qiegħa tad-​dris t’Atad, u qalu: “Dan luttu kbir għall-​Eġizzjani!” Huwa għalhekk li semmew il-​post Abel-misrajm,* li qiegħed fir-​reġjun tal-​Ġordan.+ 12  U wliedu għamlulu eżatt kif kien ordnalhom.+ 13  Għalhekk, uliedu ġarrewh lejn l-​art taʼ Kangħan u difnuh fl-​għar taʼ l-​għalqa taʼ Makfela, quddiem Mamre,+ l-​għalqa li Abraham kien xtara mingħand Għefron il-​Ħitti biex ikollu post għad-​dfin. 14  U wara li kien difen lil missieru, Ġużeppi mar lura l-​Eġittu, hu, ħutu, u kulmin telaʼ miegħu biex jidfen lil missieru. 15  Meta ħut Ġużeppi raw li missierhom kien miet, bdew jgħidu: “Għandu mnejn li Ġużeppi jobgħodna+ u żgur li jpattilna għad-​deni kollu li għamilnielu.”+ 16  Għalhekk, huma wasslu kmand lil Ġużeppi b’dan il-​kliem: “Missierek qabel ma miet ordna u qal, 17  ‘Dan għandkom tgħidulu lil Ġużeppi: “Nitolbok, aħfer,+ jekk jogħġbok, l-​irvell taʼ ħutek u dnubhom minħabba d-​deni li għamlulek.”’+ U issa aħfer, jekk jogħġbok, l-​irvell tal-​qaddejja taʼ l-​Alla taʼ missierek.”+ U Ġużeppi nfaqaʼ jibki meta kellmuh. 18  U ħutu ġew ukoll u nxteħtu fl-​art quddiemu u qalulu: “Ara! Aħna lsiera tiegħek!”+ 19  Imbagħad Ġużeppi qalilhom: “Tibżgħux, jaqaw jien qiegħed flok Alla?+ 20  Intom kellkom f’moħħkom li tagħmluli d-​deni. Alla kellu f’moħħu li jagħmel il-​ġid bl-​iskop li jaġixxi, bħal f’dan il-​jum, biex iżomm ħajjin ħafna nies.+ 21  Mela issa tibżgħux. Jien nibqaʼ nagħti l-​ikel lilkom u lit-​tfal ċkejknin tagħkom.”+ B’hekk, hu farraġhom u bi kliemu serrħilhom moħħhom. 22  U Ġużeppi baqaʼ jgħix fl-​Eġittu, hu u dar missieru; u Ġużeppi għex mija u għaxar snin. 23  U Ġużeppi ra lil ulied Efrajm tat-​tielet ġenerazzjoni,+ kif ukoll lil ulied Makir,+ bin Manasse. Dawn twieldu fuq irkopptejn Ġużeppi.+ 24  Fl-aħħar, Ġużeppi qal lil ħutu: “Jien se mmut; imma Alla żgur li se jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejkom,+ u ċertament li joħroġkom minn din l-​art u jtellagħkom lejn l-​art li dwarha ħalef lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb.”+ 25  Għaldaqstant, Ġużeppi ġiegħel lil ulied Israel jaħilfu, u qalilhom: “Alla żgur li se jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejkom. Għalhekk, tridu ttellgħu l-​għadam tiegħi minn hawnhekk.”+ 26  Imbagħad Ġużeppi miet fl-​età taʼ mija u għaxar snin; u bbalzmawh+ u poġġewh f’tebut fl-​Eġittu.

Noti taʼ taħt

Ifisser “Vistu taʼ l-​Eġizzjani.” “Misrajm” hu l-​isem Ebrajk għall-​Eġizzjani. Ara Ġen 10:13.