Ġenesi 5:1-32

5  Dan hu ktieb in-​nisel taʼ Adam. Dakinhar li Alla ħalaq lil Adam, hu għamlu jixbah lil Alla.+  Raġel u mara ħalaqhom.+ Imbagħad berikhom u semmiehom Bniedem+ dakinhar li nħolqu.+  U Adam għex mija u tletin sena. Imbagħad nissel iben jixbah lilu, fis-​sura tiegħu, u semmieh Set.+  U jiem Adam, wara li nissel lil Set, kienu tmien mitt sena. Sadanittant nissel subien u bniet.+  Mela l-​jiem kollha li għex Adam kienu disaʼ mija u tletin sena; u miet.+  U Set għex mija u ħames snin. Imbagħad nissel lil Enos.+  U wara li nissel lil Enos, Set għex tmien mija u sebaʼ snin oħra. Sadanittant nissel subien u bniet.  Mela l-​jiem kollha taʼ Set kienu disaʼ mija u tnax-il sena; u miet.  U Enos għex disgħin sena. Imbagħad nissel lil Kenan.+ 10  U wara li nissel lil Kenan, Enos għex tmien mija u ħmistax-il sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 11  Mela l-​jiem kollha t’Enos kienu disaʼ mija u ħames snin; u miet. 12  U Kenan għex sebgħin sena. Imbagħad nissel lil Maħalalel.+ 13  U wara li nissel lil Maħalalel, Kenan għex tmien mija u erbgħin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 14  Mela l-​jiem kollha taʼ Kenan kienu disaʼ mija u għaxar snin; u miet. 15  U Maħalalel għex ħamsa u sittin sena. Imbagħad nissel lil Ġared.+ 16  U wara li nissel lil Ġared, Maħalalel għex tmien mija u tletin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 17  Mela l-​jiem kollha taʼ Maħalalel kienu tmien mija u ħamsa u disgħin sena; u miet. 18  U Ġared għex mija u tnejn u sittin sena. Imbagħad nissel lil Enok.+ 19  U wara li nissel lil Enok, Ġared għex tmien mitt sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 20  Mela l-​jiem kollha taʼ Ġared kienu disaʼ mija u tnejn u sittin sena; u miet. 21  U Enok għex ħamsa u sittin sena. Imbagħad nissel lil Metuselaħ.+ 22  U wara li nissel lil Metuselaħ, Enok mexa maʼ l-​Alla l-​veru tliet mitt sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 23  Mela l-​jiem kollha t’Enok kienu tliet mija u ħamsa u sittin sena. 24  U Enok mexa+ maʼ l-​Alla l-​veru.+ Imbagħad ma deherx iktar, għax Alla ħadu.+ 25  U Metuselaħ għex mija u sebgħa u tmenin sena. Imbagħad nissel lil Lamek.+ 26  U wara li nissel lil Lamek, Metuselaħ għex sebaʼ mija u tnejn u tmenin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 27  Mela l-​jiem kollha taʼ Metuselaħ kienu disaʼ mija u disgħa u sittin sena; u miet. 28  U Lamek għex mija u tnejn u tmenin sena. Imbagħad nissel iben. 29  U semmieh Noè*+ u qal: “Dan se jfarraġna fix-​xogħol tagħna u fit-​taħbit* taʼ idejna li rriżultaw mill-​art misħuta minn Ġeħova.”+ 30  U wara li nissel lil Noè, Lamek għex ħames mija u ħamsa u disgħin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 31  Mela l-​jiem kollha taʼ Lamek kienu sebaʼ mija u sebgħa u sebgħin sena; u miet. 32  U Noè kellu ħames mitt sena. Imbagħad nissel lil Sem,+ Ħam,+ u Ġafet.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Mistrieħ; Konsolazzjoni.”
Ara Ġen 3:17, in-​nota taʼ taħt.