Ġenesi 48:1-22

48  U wara dan kollu ġara li lil Ġużeppi qalulu: “Ara! Missierek qed jiddgħajjef.” Malli semaʼ dan, ħa miegħu liż-​żewġ uliedu Manasse u Efrajm.+  Imbagħad lil Ġakobb tawh l-​aħbar u qalulu: “Ara! Ibnek Ġużeppi ġie għandek.” Għalhekk, Israel għamel ħiltu kollha u qam bil-​qiegħda fuq soddtu.  U Ġakobb qal lil Ġużeppi: “Alla li Jistaʼ Kollox deherli f’Luż+ fl-​art taʼ Kangħan biex iberikni.+  U ssokta jgħidli, ‘Ara! Qed inġiegħlek tnissel+ u se nkattrek u nagħmlek ġemgħa taʼ popli+ u nagħti din l-​art lil nislek warajk biex tkun tiegħu għal żmien indefinit.’+  U issa ż-​żewġ uliedek li twildulek fl-​art taʼ l-​Eġittu, qabel ma jien ġejt hawnhekk għandek fl-​Eġittu, huma tiegħi.+ Efrajm u Manasse jsiru tiegħi bħal Ruben u Simegħon.+  Imma wliedek li int se tnissel warajhom ikunu tiegħek. B’isem ħuthom se jissejħu fil-​wirt tagħhom.+  U meta jien kont ġej mill-​Fiddien,+ Rakele mietet+ maġenbi fl-​art taʼ Kangħan fit-​triq meta kien għad baqaʼ medda kbira t’art biex nasal Efrata,+ u għalhekk dfintha hemmhekk jien u sejjer lejn Efrata, jiġifieri, Betlehem.”+  Imbagħad Israel ra lil ulied Ġużeppi u qal: “Min huma dawn?”+  U Ġużeppi qal lil missieru: “Dawn huma wliedi li tani Alla f’dan il-​post.”+ U wieġbu: “Jekk jogħġbok, ġibhomli ħalli nberikhom.”+ 10  Issa għajnejn Israel kienu tgħammxu bix-​xjuħija+ u ma setax jara. Għalhekk, ġabhomlu qrib, u mbagħad bieshom u ħaddanhom miegħu.+ 11  U Israel issokta jgħid lil Ġużeppi: “Qatt ma kont nobsor li nara lil wiċċek+ imma, ara, Alla ħallieni nara saħansitra lil uliedek.” 12  Imbagħad Ġużeppi ħariġhom minn ħdejn irkopptejn Israel, u miel wiċċu lejn l-​art.+ 13  Ġużeppi issa ħadhom it-​tnejn, lil Efrajm b’idu l-​leminija lejn in-​naħa tax-​xellug taʼ Israel,+ u lil Manasse b’idu x-​xellugija lejn in-​naħa tal-​lemin taʼ Israel,+ u ġabhomlu qrib. 14  Madankollu, Israel medd idu l-​leminija u qegħedha fuq ras Efrajm,+ għalkemm dan kien iż-​żgħir,+ u idu x-​xellugija fuq ras Manasse.+ Idejh qegħedhom hekk apposta, avolja Manasse kien l-​ewwel imwieled.+ 15  U hu bierek lil Ġużeppi u qallu:+ “L-​Alla l-​veru li mxew quddiemu missirijieti Abraham u Iżakk,+L-Alla l-​veru, ir-​ragħaj tiegħi kemm ili neżisti sa dan il-​jum,+ 16  L-anġlu li ħelisni minn kull gwaj,+ bierek int lil dawn is-​subien.+ U ħa jissejjaħ ismi fuqhom u isem missirijieti, Abraham u Iżakk,+U ħa jiżdiedu sa ma jsiru kotra f’nofs l-​art.”+ 17  Meta Ġużeppi ra li missieru żamm idu l-​leminija fuq ras Efrajm, ma ħax pjaċir,+ u pprova jaqbad id missieru biex ineħħiha minn fuq ras Efrajm u jqegħedha fuq ras Manasse.+ 18  U Ġużeppi qal lil missieru: “Mhux hekk, missier, għaliex dan hu l-​ewwel imwieled.+ Qiegħed idek il-​leminija fuq rasu.” 19  Imma missieru baqaʼ jirrifjuta u qallu: “Naf, ibni, naf. Hu wkoll għad isir poplu u hu wkoll għad isir kbir.+ Imma, xorta waħda, ħuh iż-​żgħir għad isir akbar minnu,+ u wliedu jsiru l-​milja taʼ ġnus.”+ 20  U hu kompla jberikhom dakinhar+ u jgħidilhom: “Permezz tiegħek ħa jlissen Israel barka, u jgħid,‘Jalla Alla jagħmlek bħal Efrajm u bħal Manasse.’”+ B’hekk, hu baqaʼ jqiegħed lil Efrajm qabel Manasse.+ 21  Imbagħad Israel qal lil Ġużeppi: “Ara! Jien se mmut,+ imma Alla żgur li se jibqaʼ magħkom u jiħodkom lura lejn art missirijietkom.+ 22  Jien lilek se nagħtik biċċa art iktar milli nagħti lil ħutek,+ dik li jien ħadt minn id l-​Amurrin bis-​sejf u bil-​qaws tiegħi.”

Noti taʼ taħt