Ġenesi 43:1-34

43  U l-​ġuħ kien kbir fil-​pajjiż.+  U ġara li, malli kienu spiċċawlhom iċ-​ċereali li kienu ġabu mill-​Eġittu,+ missierhom qalilhom: “Erġgħu morru ixtrulna ftit ikel.”+  Imbagħad Ġuda qallu:+ “Ir-​raġel bla dubju wissiena bis-​sħiħ u qalilna, ‘M’intomx se terġgħu taraw lil wiċċi jekk ħukom ma jkunx magħkom.’+  Jekk lil ħuna tibagħtu magħna,+ aħna lesti li ninżlu nixtrulek l-​ikel.  Imma jekk ma tibagħtux, ma ninżlux, għax ir-​raġel qalilna, ‘M’intomx se terġgħu taraw lil wiċċi jekk ħukom ma jkunx magħkom.’”+  U Israel qal:+ “Għala għamiltuli din il-​ħsara billi lir-​raġel għedtulu li għandkom ħukom ieħor?”  Huma wiġbuh: “Ir-​raġel staqsiena direttament dwarna u dwar qrabatna, billi qal, ‘Għadu ħaj missierkom?+ Għandkom ħukom ieħor?’ u aħna wiġibnieh skond dawn il-​fatti.+ Kif stajna nkunu nafu fiċ-​ċert li se jgħidilna, ‘Niżżlu lil ħukom’?”+  Fl-aħħar, Ġuda qal lil missieru Israel: “Ibagħtu miegħi lit-​tifel,+ sabiex inqumu u mmorru u nibqgħu ħajjin u ma mmutux,+ kemm aħna u kemm int u t-​tfal ċkejknin tagħna.+  Se nagħmel tajjeb għalih jien.+ Minn idi tħallas għalih.+ Jekk ma nġibhulekx u ma nippreżentahx quddiemek, inkun dnibt kontrik għal dejjem. 10  Imma kieku ma qgħadniex nitnikkru, kieku s’issa diġà morna hemmhekk u ġejna lura darbtejn.”+ 11  Għalhekk, missierhom Israel qalilhom: “Mela, jekk inhu hekk,+ agħmlu dan: Ħudu l-​aqwa prodotti taʼ l-​art fir-​reċipjenti tagħkom u niżżluhom magħkom lil dak ir-​raġel bħala rigal:+ ftit balzmu,+ ftit għasel,+ gomma aromatika,* qoxra taʼ siġra li fiha r-​raża,+ pistaċċi, u lewż.+ 12  Ħudu wkoll f’idkom id-​doppju tal-​flus; u l-​flus li ngħatawlkom lura f’wiċċ l-​ixkejjer tagħkom ħuduhom lura f’idkom.+ Forsi kien hemm xi żball.+ 13  U ħudu lil ħukom u qumu u morru lura għand dak ir-​raġel. 14  U jalla Alla li Jistaʼ Kollox jagħmel li ssibu ħniena quddiem dak ir-​raġel,+ biex jeħilsilkom lil ħukom l-​ieħor u lil Benjamin. Imma jien, jekk għandi niċċaħħad minn uliedi, żgur li se niċċaħħad!”+ 15  U l-​irġiel ħadu dan ir-​rigal, u ħadu wkoll id-​doppju tal-​flus f’idhom kif ukoll lil Benjamin. Imbagħad qamu u niżlu lejn l-​Eġittu u daħlu quddiem Ġużeppi.+ 16  Meta ra lil Benjamin magħhom, Ġużeppi minnufih qal lir-​raġel li kien jiħodlu ħsieb id-​dar tiegħu: “Ħu lill-​irġiel id-​dar u oqtol xi annimali u lesti kollox,+ għax dawn l-​irġiel se jieklu miegħi f’nofsinhar.” 17  Ir-raġel kien pront u għamel dak li qallu Ġużeppi.+ Għalhekk, ir-​raġel ħa lill-​irġiel id-​dar taʼ Ġużeppi. 18  Imma l-​irġiel beżgħu minħabba li ttieħdu d-​dar taʼ Ġużeppi,+ u bdew jgħidu: “Huwa minħabba l-​flus li fil-​bidu ħadna lura magħna fl-​ixkejjer tagħna li ġabuna hawnhekk, sabiex jaqbżu fuqna u jattakkawna u jiħduna lsiera u jiħdulna wkoll il-​ħmir tagħna!”+ 19  Għalhekk, resqu lejn ir-​raġel li kien jieħu ħsieb id-​dar taʼ Ġużeppi u kellmuh fid-​daħla tad-​dar, 20  u qalulu: “Skużana, sidi! Huwa minnu li fil-​bidu nżilna biex nixtru l-​ikel.+ 21  Imma dak li ġara kien li, meta wasalna fil-​post fejn waqafna biex ngħaddu l-​lejl+ u bdejna niftħu l-​ixkejjer tagħna, kien hemm il-​flus taʼ kull wieħed f’wiċċ l-​ixkora tiegħu, l-​ammont sħiħ taʼ flusna. Għalhekk, nixtiequ rrodduhom lura aħna stess.+ 22  U ġibna iktar flus f’idejna biex nixtru l-​ikel. Aħna żgur li ma nafux min poġġa flusna fl-​ixkejjer tagħna.”+ 23  Imbagħad hu qal: “Is-​sliem magħkom. Tibżgħux.+ Alla tagħkom u l-​Alla taʼ missierkom takom teżor fl-​ixkejjer tagħkom.+ Fluskom diġà kont irċivejthom.” U ħarġilhom lil Simegħon.+ 24  Imbagħad ir-​raġel daħħal lill-​irġiel f’dar Ġużeppi u tahom l-​ilma biex jaħslu saqajhom,+ u tahom ukoll l-​għalf għall-​ħmir tagħhom.+ 25  U huma lestew ir-​rigal+ għal meta jiġi Ġużeppi f’nofsinhar, għaliex kienu semgħu li hemmhekk kienu se jieklu l-​ħobż.+ 26  Meta Ġużeppi daħal id-​dar ġabulu r-​rigal li kien f’idhom, u nxteħtu fl-​art quddiemu.+ 27  Wara dan, hu staqsiehom jekk kinux jinsabu tajbin u qalilhom:+ “Jinsab tajjeb missierkom, ix-​xwejjaħ li tkellimtu dwaru? Għadu ħaj?”+ 28  Wiġbuh: “Missierna, il-​qaddej tiegħek, jinsab tajjeb. Għadu ħaj.” Imbagħad mielu u nxteħtu fl-​art quddiemu.+ 29  Meta refaʼ għajnejh u ra lil ħuh Benjamin, bin ommu,+ issokta jgħidilhom: “Dan ħukom iż-​żgħir li kellimtuni dwaru?”+ U żied: “Jalla Alla jurik il-​ħniena tiegħu,+ ibni.” 30  Ġużeppi kien mgħaġġel issa, għaliex ħass ġewwinih jitqanqal għal ħuh,+ u għalhekk fittex post fejn jibki u daħal f’kamra taʼ ġewwa u beka hemmhekk.+ 31  Imbagħad ħasel wiċċu u ħareġ u kkontrolla ruħu u qal:+ “Ġibu l-​ikel.”+ 32  U ġabuhulu, hu għalih waħdu u huma għalihom waħedhom u lill-​Eġizzjani, li kienu qed jieklu miegħu, għalihom waħedhom; għaliex l-​Eġizzjani ma setgħux jieklu maʼ l-​Ebrej, għax din kienet ħaġa mistkerrha għall-​Eġizzjani.+ 33  U poġġewhom bil-​qiegħda quddiemu, l-​ewwel imwieled skond id-​dritt tiegħu bħala l-​ewwel imwieled+ u ż-​żgħir skond l-​età żgħira tiegħu; u l-​irġiel baqgħu jħarsu lejn xulxin miblugħin. 34  U hu beda jibgħat porzjonijiet taʼ ikel mingħandu għal għandhom, imma lil Benjamin żiedlu l-​porzjon tiegħu ħames darbiet iktar mill-​porzjonijiet taʼ l-​oħrajn kollha.+ Għalhekk, komplew jieklu u jixorbu miegħu sakemm xebgħu.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “labdanum.”