Ġenesi 40:1-23

40  Issa wara dan kollu ġara li l-​kuppier+ tas-​sultan taʼ l-​Eġittu u l-​furnar dinbu kontra sidhom, is-​sultan taʼ l-​Eġittu.+  U l-​Fargħun għadab għaż-​żewġ uffiċjali tiegħu,+ għall-​kap tal-​kuppieri u għall-​kap tal-​furnara.+  Għalhekk, żammhom arrestati fid-​dar tal-​kap tal-​gwardja persunali tiegħu,+ fil-​ħabs,+ fejn kien priġunier Ġużeppi.  Imbagħad il-​kap tal-​gwardja persunali tal-​Fargħun inkariga lil Ġużeppi biex ikun magħhom sabiex jaqdihom;+ u baqgħu arrestati għal xi jiem.  U l-​kuppier u l-​furnar tas-​sultan taʼ l-​Eġittu, li kienu priġunieri fil-​ħabs,+ it-​tnejn ħolmu ħolma+ fl-​istess lejl,+ u l-​ħolma taʼ kull wieħed kellha l-​interpretazzjoni tagħha.+  Meta Ġużeppi daħal ħdejhom fil-​għodu u rahom, kienu jidhru qalbhom sewda.+  U staqsa lill-​uffiċjali tal-​Fargħun li kienu arrestati miegħu fid-​dar taʼ sidu, u qalilhom: “Għalfejn għandkom wiċċkom imnikket illum?”+  Wiġbuh: “Ħlomna ħolma, u m’għandniex min jinterpretahielna.” Għalhekk, Ġużeppi qalilhom: “Mhux f’idejn Alla l-​interpretazzjonijiet?+ Jekk jogħġobkom, irrakkontawhieli.”  U l-​kap tal-​kuppieri ssokta jirrakkonta l-​ħolma tiegħu lil Ġużeppi u jgħidlu: “Fil-​ħolma tiegħi kien hemm dielja quddiemi. 10  U fid-​dielja kien hemm tliet żraġen, u donnha kienet qed toħroġ ir-​rimjiet,+ u ħarġet iż-​żahar. L-​għenieqed tagħha sajru l-​għeneb tagħhom. 11  U l-​kies tal-​Fargħun kien f’idi, u qbadt l-​għeneb u għasartu fil-​kies tal-​Fargħun.+ Imbagħad tajt il-​kies f’id il-​Fargħun.”+ 12  U Ġużeppi qallu: “Din hi l-​interpretazzjoni tagħha:+ It-​tliet żraġen huma tlett ijiem. 13  Fi tlett ijiem mil-​lum il-​Fargħun se joħorġok* u jagħtik lura l-​kariga tiegħek;+ u int tagħti lill-​Fargħun il-​kies f’idu, kif kont tagħmel qabel meta kont il-​kuppier tiegħu.+ 14  Però, ibqaʼ ftakar fija malli kollox imurlek sew,+ u, jekk jogħġbok, uri qalb tajba bl-​imħabba miegħi u semmini mal-​Fargħun,+ u oħroġni minn din id-​dar. 15  Għax fil-​fatt jien kont maħtuf minn art l-​Ebrej;+ u hawnhekk ukoll jien m’għamilt assolutament xejn biex tefgħuni f’din il-​ħofra fil-​ħabs.”+ 16  Meta l-​kap tal-​furnara ra li kien interpreta xi ħaġa tajba, hu, imbagħad, qal lil Ġużeppi: “Jien ukoll kont fil-​ħolma tiegħi, u kien hemm tlett iqfief ħobż abjad fuq rasi, 17  u fil-​qoffa taʼ fuqnett kien hemm kull xorta t’affarijiet taʼ l-​ikel għall-​Fargħun,+ minn dak li jagħmel furnar, u kien hemm it-​tjur+ jikluhom mill-​qoffa taʼ fuq rasi.” 18  Imbagħad Ġużeppi wieġeb u qal: “Din hi l-​interpretazzjoni tagħha:+ It-​tlett iqfief huma tlett ijiem. 19  Fi tlett ijiem mil-​lum il-​Fargħun se joħorġok u jdendlek maʼ zokk;+ u t-​tjur żgur li se jieklu laħmek minn fuqek.”+ 20  Issa ġara li fit-​tielet jum kien għeluq snin il-​Fargħun,+ u dan għamel festa għall-​qaddejja kollha tiegħu u ħareġ* lill-​kap tal-​kuppieri u lill-​kap tal-​furnara f’nofs il-​qaddejja tiegħu.+ 21  Għaldaqstant, hu reġaʼ ta lill-​kap tal-​kuppieri l-​kariga tiegħu taʼ kuppier,+ u dan baqaʼ jagħti l-​kies f’id il-​Fargħun. 22  Imma lill-​kap tal-​furnara dendlu maʼ zokk,+ sewwasew bħalma Ġużeppi kien tahom l-​interpretazzjoni.+ 23  Madankollu, il-​kap tal-​kuppieri ma ftakarx f’Ġużeppi u nsieh għalkollox.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “se jerfagħlek rasek.” F’vers 19 ukoll.
Letteralment, “refaʼ r-​ras.”