Ġenesi 4:1-26

4  Issa Adam kellu x’jaqsam maʼ martu Eva u din ħarġet tqila.+ Meta għalqilha ż-​żmien wildet lil Kajjin*+ u qalet: “Ulidt raġel bl-​għajnuna taʼ Ġeħova.”+  Imbagħad maż-​żmien wildet ukoll lil ħuh Abel.+ U Abel kien jirgħa n-​nagħaġ,+ imma Kajjin kien jaħdem l-​art.+  U ġara li, wara ftit taż-​żmien, Kajjin ġab xi prodotti taʼ l-​art+ bħala offerta lil Ġeħova.+  Imma Abel ukoll ġab xi ftit mill-​ewwel frieħ+ tal-​merħla tiegħu kif ukoll il-​partijiet imxaħħmin tagħhom.+ Issa waqt li Ġeħova kien qed iħares b’approvazzjoni lejn Abel u l-​offerta tiegħu,+  hu ma ħarisx b’approvazzjoni lejn Kajjin u lejn l-​offerta tiegħu.+ U Kajjin imtela b’rabja kbira,+ u wiċċu tqarras.  U Ġeħova qal lil Kajjin: “Għala int mgħaddab għall-​aħħar u qarrast wiċċek?  Jekk iddur biex tagħmel it-​tajjeb, ma tiġix milqugħ?+ Imma jekk ma ddurx biex tagħmel it-​tajjeb, hemm id-​dnub lest għalik wara biebek, u hu mlebleb għalik;+ u se trażżnu int, min-​naħa tiegħek?”+  Imbagħad Kajjin qal lil ħuh Abel: “Ejja mmorru fl-​għalqa.” U ġara li waqt li kienu fl-​għalqa, Kajjin ħebb għal ħuh Abel u qatlu.+  Iktar tard Ġeħova qal lil Kajjin: “Fejn hu ħuk Abel?”+ u hu qallu: “Ma nafx. Jaqaw jien l-​għassies taʼ ħija?”+ 10  U Hu qallu: “X’għamilt? Ismaʼ! Demm ħuk qed jgħajjatli mill-​art.+ 11  U issa misħut int u mkeċċi mill-​art,+ li fetħet fommha biex tilqaʼ demm ħuk minn idek.+ 12  Meta tikkultiva l-​art, din ma troddlokx il-​prodott tagħha.*+ Ikollok tiġġerra u taħrab int fuq l-​art.”+ 13  Imbagħad Kajjin qal lil Ġeħova: “Il-​kastig taʼ l-​iżball tiegħi hu kbir wisq biex inġorru. 14  Ara! Int, fil-​fatt, qed tkeċċini llum minn fuq wiċċ din l-​art, u jien se ninħeba minn quddiem wiċċek;+ u jkolli niġġerra+ u naħrab fuq l-​art, u żgur li kulmin isibni joqtolni.”+ 15  Għal dan, Ġeħova qallu: “Minħabba f’hekk kulmin joqtol lil Kajjin għandha ssir vendetta minnu sebaʼ darbiet.”+ U għalhekk Ġeħova waqqaf sinjal għal Kajjin sabiex kulmin isibu ma jħebbx għalih u joqtlu.+ 16  U Kajjin telaq minn quddiem wiċċ Ġeħova+ u mar joqgħod f’art il-​Maħrub, lejn il-​lvant taʼ l-​Għeden. 17  Wara dan, Kajjin kellu x’jaqsam maʼ martu+ u din ħarġet tqila u wildet lil Enok. Imbagħad hu bena belt u semmieha b’isem ibnu Enok.+ 18  Iktar tard lil Enok twilidlu Irad. U Irad nissel lil Meħujagħel, Meħujagħel nissel lil Metusagħel, u Metusagħel nissel lil Lamek. 19  U Lamek iżżewweġ żewġ nisa. L-​ewwel waħda kien jisimha Għada u t-​tieni waħda kien jisimha Silla. 20  U Għada wildet lil Ġabal. Dan kien il-​fundatur taʼ dawk li jgħixu fit-​tined+ u li għandhom il-​bhejjem.+ 21  U ħuh kien jismu Ġubal. Dan kien il-​fundatur taʼ dawk kollha li jdoqqu l-​arpa+ u l-​fifra.+ 22  Silla wkoll wildet lil Tubal-kajjin li kien ħaddied jaħdem kull xorta taʼ għodda tar-​ram aħmar u tal-​ħadid.+ U oħt Tubal-kajjin kien jisimha Nagħma. 23  B’hekk, Lamek kiteb dan il-​kliem għan-​nisa tiegħu Għada u Silla: “Isimgħu leħni, intom in-​nisa taʼ Lamek;Agħtu widen għal dak li se ngħid:Raġel qtilt talli darabni,Iva, żagħżugħ talli daqqa tani. 24  Jekk Kajjin għandu jiġi vendikat sebaʼ darbiet,+Allura Lamek sebgħa u sebgħin darba.” 25  U Adam reġaʼ kellu x’jaqsam maʼ martu, u hi wildet iben li semmietu Set,*+ għaliex, kif qalet hi: “Alla ħatarli nisel ieħor minflok Abel, għax Kajjin qatlu.”+ 26  U lil Set ukoll twilidlu iben u semmieh Enos.+ Dak iż-​żmien bdew isejħu l-​isem taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Xi Ħaġa Mnissla.” Eva tispjega għala tatu dan l-​isem.
Letteralment, “il-​qawwa tagħha.”
Ifisser “Maħtur; Imqiegħed; Stabbilit,” fis-​sens taʼ li jieħu post jew jissostitwixxi lil xi ħadd.