Ġenesi 39:1-23

39  U lil Ġużeppi niżżluh lejn l-​Eġittu,+ u Eġizzjan jismu Potifar,+ uffiċjal tal-​palazz tal-​Fargħun, il-​kap tal-​gwardja persunali tiegħu, xtrah minn idejn l-​Ismagħelin+ li kienu niżżluh hemmhekk.  Imma Ġeħova kien maʼ Ġużeppi, u b’hekk dan irnexxa+ u nħatar fuq dar sidu, l-​Eġizzjan.  U sidu ra li Ġeħova kien miegħu, u li Ġeħova kien qed jgħinu jirnexxi f’kulma kien imidd idejh biex jagħmel.  U Ġużeppi sab il-​ħniena f’għajnejn sidu u qdieh kontinwament, u b’hekk dan ħatru fuq daru,+ u kulma kellu rħieh f’idejh.  U ġara li, mindu ħatru fuq daru u inkarigah minn kulma kellu, Ġeħova baqaʼ jbierek id-​dar taʼ l-​Eġizzjan minħabba Ġużeppi, u l-​barka taʼ Ġeħova kienet fuq kulma kellu fid-​dar u fir-​rabaʼ.+  Fl-aħħar, hu ħalla kulma kellu f’idejn Ġużeppi;+ u ma kien irid jaf b’xejn mingħandu ħlief bil-​ħobż li kien jiekol. Iktar minn hekk, Ġużeppi sar sabiħ fis-​sura u sabiħ fid-​dehra.  Issa wara dan kollu ġara li mart sidu xeħtet għajnejha+ fuq Ġużeppi u kienet tgħidlu: “Imtedd miegħi.”+  Imma hu kien jirrifjuta+ u kien jgħid lil mart sidu: “Ara! Sidi ma jrid jaf b’xejn mingħandi dwar x’hawn fid-​dar, u kulma għandu rħieh f’idejja.+  M’hemmx min hu akbar minni f’din id-​dar, u ma ċaħħadni assolutament minn xejn ħlief minnek, għax int martu.+ Allura, kif nistaʼ jien nagħmel dan il-​ħażen hekk kbir u nidneb kontra Alla?”+ 10  U ġara li, għalkemm kienet tkellmu hekk jum wara l-​ieħor, Ġużeppi qatt ma semaʼ minnha biex jimtedd maġenbha, biex ikompli magħha.+ 11  Imma ġara li, f’dan il-​jum bħal f’kull jum ieħor, hu daħal id-​dar jagħmel ix-​xogħol tiegħu, u fid-​dar ma kien hemm ħadd mill-​qaddejja tad-​dar.+ 12  Imbagħad qabditu minn ħwejġu,+ u qaltlu: “Imtedd miegħi!”+ Imma hu ħalla ħwejġu f’idha u ħarab u telaq ’il barra.+ 13  U ġara li, malli rat li hu kien ħalla ħwejġu f’idha biex jaħrab ’il barra, 14  bdiet tgħajjat lill-​qaddejja taʼ darha u tgħidilhom: “Ara! Ġabilna raġel, Ebrew, biex iwaqqagħna għaċ-​ċajt. Ġie għandi biex jimtedd miegħi, imma jien bdejt ngħajjat kemm niflaħ.+ 15  U malli semaʼ li għollejt leħni u bdejt ngħajjat, telaq ħwejġu ħdejja u ħarab u telaq ’il barra.” 16  Imbagħad żammet ħwejġu ħdejha sakemm sidu ġie lura d-​dar tiegħu.+ 17  U tennietlu dan il-​kliem, u qaltlu: “Il-​qaddej Ebrew li ġibtilna ġie għandi biex iwaqqagħni għaċ-​ċajt. 18  Imma malli għollejt leħni u bdejt ngħajjat, telaq ħwejġu ħdejja u ħarab ’il barra.”+ 19  U malli sidu semaʼ kliem martu li tennietlu meta qaltlu: “Hekk u hekk għamilli l-​qaddej tiegħek,” ir-​rabja tiegħu xegħlet.+ 20  Għalhekk, sid Ġużeppi qabdu u xeħtu l-​ħabs, il-​post fejn kienu jinżammu arrestati l-​priġunieri tas-​sultan, u baqaʼ hemmhekk fil-​ħabs.+ 21  Madankollu, Ġeħova baqaʼ jkun maʼ Ġużeppi u baqaʼ jurih il-​qalb tajba bl-​imħabba u ppermettielu jsib il-​ħniena f’għajnejn l-​uffiċjal ewlieni tal-​ħabs.+ 22  Għalhekk, l-​uffiċjal ewlieni tal-​ħabs ħalla f’idejn Ġużeppi l-​priġunieri kollha li kienu l-​ħabs; u kulma kienu qed jagħmlu hemmhekk, hu kien li ordnalhom biex jagħmluh.+ 23  L-uffiċjal ewlieni tal-​ħabs ma kien qed jieħu ħsieb assolutament xejn li kien fdat f’idejh, għax Ġeħova kien maʼ Ġużeppi, u f’dak li kien jagħmel, Ġeħova kien qed jgħinu jirnexxi.+

Noti taʼ taħt