Ġenesi 36:1-43

36  U dan hu r-​rakkont storiku t’Għesaw, jiġifieri, Edom.+  Għesaw ħa n-​nisa tiegħu mill-​bniet taʼ Kangħan:+ Għada,+ bint Elon il-​Ħitti,+ Oħolibama,+ li kienet bint Għana u li nannuha kien Sibgħon il-​Ħiwwi,  u Basemat,+ bint Ismagħel u oħt Nebajot.+  U lil Għesaw, Għada wilditlu lil Elifaż, u Basemat wildet lil Regħwel,  u Oħolibama wildet lil Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.+ Dawn huma wlied Għesaw li twildulu fl-​art taʼ Kangħan.  U Għesaw ħa n-​nisa tiegħu, is-​subien u l-​bniet tiegħu, l-​erwieħ kollha taʼ daru, il-​merħla tiegħu, il-​bhejjem l-​oħrajn kollha tiegħu, u l-​għana+ kollu li kien ġemaʼ fl-​art taʼ Kangħan, u telaq lejn art oħra ’l bogħod minn ħuh Ġakobb,+  għaliex ġidhom tant kien kotor li ma setgħux jgħammru flimkien u l-​art fejn kienu jgħixu bħala barranin ma kinitx tesagħhom minħabba l-​imrieħel tagħhom.+  Għalhekk, Għesaw mar jgħammar fir-​reġjun muntanjuż tas-​Segħir.+ Għesaw hu Edom.+  U dan hu r-​rakkont storiku t’Għesaw, missier l-​Edomin, fir-​reġjun muntanjuż tas-​Segħir.+ 10  Dawn huma l-​ismijiet taʼ wlied Għesaw: Elifaż, bin Għada, mart Għesaw; Regħwel, bin Basemat, mart Għesaw.+ 11  U wlied Elifaż kienu Teman,+ Omar, Sefu, Gatam, u Kenaż.+ 12  U Timna+ saret il-​konkubina t’Elifaż, bin Għesaw. Maż-​żmien, lil Elifaż wilditlu lil Għamalek.+ Dawn huma wlied Għada, mart Għesaw. 13  Dawn huma wlied Regħwel: Naħat, Żeraħ, Sammah, u Miżża.+ Dawn kienu wlied Basemat,+ mart Għesaw. 14  U dawn kienu wlied Oħolibama, bint Għana u mart Għesaw, li nannuha kien Sibgħon u li lil Għesaw wilditlu lil Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.+ 15  Dawn huma x-​xejikki*+ taʼ wlied Għesaw: Ulied Elifaż, l-​ewwel imwieled t’Għesaw: Ix-​xejikk Teman,+ ix-​xejikk Omar, ix-​xejikk Sefu, ix-​xejikk Kenaż, 16  ix-xejikk Koraħ, ix-​xejikk Gatam, u x-​xejikk Għamalek. Dawn huma x-​xejikki t’Elifaż+ fl-​art t’Edom. Dawn huma l-​ulied minn Għada. 17  Dawn huma wlied Regħwel, bin Għesaw: Ix-​xejikk Naħat, ix-​xejikk Żeraħ, ix-​xejikk Sammah, u x-​xejikk Miżża. Dawn huma x-​xejikki taʼ Regħwel f’art Edom.+ Dawn huma l-​ulied minn Basemat, mart Għesaw. 18  Fl-aħħar, dawn huma wlied Oħolibama, mart Għesaw: Ix-​xejikk Ġegħus, ix-​xejikk Ġagħlam, u x-​xejikk Koraħ. Dawn huma x-​xejikki t’Oħolibama, bint Għana u mart Għesaw. 19  Dawn huma wlied Għesaw, li hu Edom,+ u dawn huma x-​xejikki tagħhom. 20  Dawn huma wlied Segħir, il-​Ħori, l-​abitanti tal-​pajjiż:+ Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana,+ 21  Dison, Għeżer, u Disan.+ Dawn huma x-​xejikki tal-​Ħori, ulied Segħir, fl-​art t’Edom. 22  U wlied Lotan kienu Ħori u Ħemam; u oħt Lotan kienet Timna.+ 23  U dawn huma wlied Sobal: Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefo, u Onam. 24  U dawn huma wlied Sibgħon: Ajja u Għana. Dan hu Għana li sab l-​għejun taʼ l-​ilma sħun fix-​xagħri waqt li kien qed jieħu ħsieb il-​ħmir taʼ missieru Sibgħon.+ 25  U dawn huma t-​tfal t’Għana: Dison u Oħolibama, bint Għana. 26  U dawn huma wlied Dison: Ħemdan, Esban, Itran, u Keran.+ 27  Dawn huma wlied Għeżer: Bilħan, Żagħwan, u Għaqan. 28  Dawn huma wlied Disan: Uż u Aran.+ 29  Dawn huma x-​xejikki tal-​Ħori: Ix-​xejikk Lotan, ix-​xejikk Sobal, ix-​xejikk Sibgħon, ix-​xejikk Għana, 30  ix-xejikk Dison, ix-​xejikk Għeżer, u x-​xejikk Disan.+ Dawn huma x-​xejikki tal-​Ħori skond id-​diversi xejikki tagħhom fl-​art tas-​Segħir. 31  Issa dawn huma s-​slaten li saltnu fl-​art t’Edom+ qabel ma kien hemm sultan isaltan fuq ulied Israel.+ 32  U Bela, bin Begħor, saltan f’Edom,+ u l-​belt tiegħu kien jisimha Dinħaba. 33  Meta miet Bela, Ġobab, bin Żeraħ minn Bosra,+ beda jsaltan minfloku.+ 34  Meta miet Ġobab, Ħusam minn art it-​Temanin+ beda jsaltan minfloku.+ 35  Meta miet Ħusam, Ħadad, bin Bedad, li għeleb lill-​Midjanin+ fit-​territorju taʼ Mowab,+ beda jsaltan minfloku, u l-​belt tiegħu kien jisimha Għawit.+ 36  Meta miet Ħadad, Samla minn Masreka beda jsaltan minfloku.+ 37  Meta miet Samla, Sagħul minn Reħobot, ħdejn ix-​Xmara, beda jsaltan minfloku.+ 38  Meta miet Sagħul, Bagħal-ħanan, bin Għakbor, beda jsaltan minfloku.+ 39  Meta miet Bagħal-ħanan, bin Għakbor, Ħadar beda jsaltan minfloku; u l-​belt tiegħu kien jisimha Pagħu, u martu kien jisimha Meħetabel, bint Matred, bint Meżaħab.+ 40  Mela dawn huma l-​ismijiet tax-​xejikki t’Għesaw skond il-​familji tagħhom, skond il-​postijiet tagħhom, bl-​ismijiet tagħhom: Ix-​xejikk Timna, ix-​xejikk Għalwa, ix-​xejikk Ġetet,+ 41  ix-xejikk Oħolibama, ix-​xejikk Elah, ix-​xejikk Pinon,+ 42  ix-xejikk Kenaż, ix-​xejikk Teman, ix-​xejikk Mibsar,+ 43  ix-xejikk Magdijel, u x-​xejikk Iram. Dawn huma x-​xejikki t’Edom+ skond il-​postijiet fejn jgħammru fl-​art li hi tagħhom.+ Dan hu Għesaw, missier l-​Edomin.+

Noti taʼ taħt

Jew, “mexxejja, xjuħ.” Il-​kelma bl-​Ebrajk ġejja mill-​għerq li jfisser “elf” u jfisser “mexxej t’elf.”