Ġenesi 28:1-22

28  Għaldaqstant, Iżakk sejjaħ lil Ġakobb u bierku u ordnalu u qallu: “Tiħux mara mill-​bniet taʼ Kangħan.+  Qum, mur il-​Fiddien-aram fid-​dar taʼ Betwel, missier ommok, u minn hemmhekk ħu mara għalik mill-​bniet taʼ Laban, ħu ommok.+  U Alla li Jistaʼ Kollox ibierkek u jġiegħlek tnissel u jkattrek, u int żgur li ssir ġemgħa taʼ popli.+  U jagħtik il-​barka t’Abraham,+ lilek u lil nislek miegħek,+ sabiex tieħu f’idejk l-​art li qed tgħix fiha bħala barrani+ u li Alla ta lil Abraham.”+  Għalhekk, Iżakk bagħat lil Ġakobb, u dan irħielha lejn il-​Fiddien-aram, għal għand Laban bin Betwel is-​Sirjan,+ ħu Rebekka,+ omm Ġakobb u Għesaw.+  Meta Għesaw ra li Iżakk kien bierek lil Ġakobb u bagħtu lejn il-​Fiddien-aram biex jieħu mara għalih minn hemmhekk, u li meta bierku, ordnalu u qallu: “Tiħux mara mill-​bniet taʼ Kangħan”;+  u li Ġakobb obda lil missieru u ommu u kien fi triqtu lejn il-​Fiddien-aram;+  imbagħad Għesaw ra li missieru Iżakk ma kienx kuntent bil-​bniet taʼ Kangħan.+  Għalhekk, Għesaw mar għand Ismagħel* u ħa b’martu, minbarra n-​nisa l-​oħrajn li kellu,+ lil Maħalat, bint Ismagħel, bin Abraham, oħt Nebajot. 10  U Ġakobb kompla fi triqtu ’l barra minn Bir-​xeba u baqaʼ sejjer lejn Ħaran.+ 11  U wasal f’ċertu post u ħejja biex iqattaʼ l-​lejl hemmhekk għaliex ix-​xemx kienet niżlet. Għalhekk, ħa ġebla minn dak il-​post u qegħedha flok imħadda taħt rasu u mtedd f’dak il-​post.+ 12  U beda joħlom,+ u, ara, kien hemm sellum wieqaf fuq l-​art u l-​quċċata tiegħu kienet tasal sas-​smewwiet; u, ara, kien hemm l-​anġli t’Alla telgħin u neżlin fuqu.+ 13  U, ara, kien hemm Ġeħova wieqaf fuqu, u qal:+ “Jien Ġeħova l-​Alla t’Abraham u l-​Alla taʼ Iżakk.+ L-​art li qiegħed mimdud fuqha, se nagħtiha lilek u lil nislek.+ 14  U nislek se jsir bħat-​trab taʼ l-​art,+ u int se tinfirex lejn il-​punent u lejn il-​lvant u lejn it-​tramuntana u lejn in-​nofsinhar,+ u permezz tiegħek u taʼ nislek il-​familji kollha taʼ l-​art żgur li jitbierku.+ 15  U, ara, jien miegħek u se nħarsek fit-​triq kollha li sejjer fiha u se nġibek lura lejn din l-​art,+ għax mhux se nitilqek sakemm inkun fil-​fatt wettaqt kulma għedtlek.”+ 16  Imbagħad Ġakobb qam mir-​raqda tiegħu u qal: “Veru hawnĠeħova f’dan il-​post u ma kontx naf.” 17  U beda jibżaʼ u żied:+ “Kemm iqanqal biżaʼ dan il-​post!+ Din mhix ħlief dar Alla+ u dan hu bieb is-​smewwiet.” 18  Għalhekk, Ġakobb qam kmieni fil-​għodu u ħa l-​ġebla li kien poġġa bħala mħadda taħt rasu u waqqafha bħala kolonna u sawwab iż-​żejt fuqha.+ 19  Imbagħad dak il-​post semmieh Betel;*+ imma l-​fatt hu li dik il-​belt qabel kien jisimha Luż.+ 20  U Ġakobb issokta jaħlef ħalfa,+ u qal: “Jekk Alla jibqaʼ miegħi u jħarisni f’din it-​triq li sejjer fiha u jagħtini ħobż x’niekol u ħwejjeġ x’nilbes+ 21  u nerġaʼ lura fis-​sliem lejn dar missieri, imbagħad Ġeħova jkun wera li hu Alla tiegħi.+ 22  U din il-​ġebla li jien waqqaft bħala kolonna se ssir dar t’Alla;+ u kulma tagħtini żgur li nagħtik wieħed minn kull għaxra minnu.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​Ismagħelin.” Sa dan iż-​żmien Ismagħel kien mejjet u Għesaw kellu madwar 77 sena. Ara Ġen 25:17, 26.
Ifisser “Dar t’Alla.”