Ġenesi 26:1-35

26  U waqaʼ l-​ġuħ fil-​pajjiż, minbarra l-​ġuħ li kien hemm l-​ewwel darba fi żmien Abraham,+ u b’hekk Iżakk mar għand Abimelek, sultan tal-​Filistin, f’Gerar.+  Imbagħad deherlu Ġeħova u qallu:+ “Tinżilx l-​Eġittu. Għix fit-​tined fl-​art li ngħidlek jien.+  Għammar bħala barrani f’din l-​art,+ u jien inkun miegħek u nbierkek, għax dawn l-​artijiet+ kollha se nagħtihom lilek u lil nislek, u se nwettaq il-​ħalfa li ħlift lil missierek Abraham,+  ‘U se nkattar lil nislek bħall-​kwiekeb tas-​smewwiet u lil nislek nagħtih dawn l-​artijiet kollha;+ u permezz taʼ nislek il-​ġnus kollha taʼ l-​art żgur li se jitbierku,’+  minħabba l-​fatt li Abraham semaʼ minn kliemi u baqaʼ jħares l-​obbligi tiegħu lejja, il-​kmandi tiegħi, l-​istatuti tiegħi, u l-​liġijiet tiegħi.”+  Għalhekk, Iżakk baqaʼ jgħammar f’Gerar.+  In-nies tal-​post kienu jistaqsuh dwar martu, u hu kien jgħidilhom: “Hi oħti.”+ Għax kien jibżaʼ jgħidilhom “Hi marti” għax beżaʼ li, kif qal hu, “in-​nies tal-​post joqtluni minħabba Rebekka,” għaliex kienet sabiħa fl-​għajn.+  U ġara li, meta kien ilu hemmhekk żmien twil, Abimelek, sultan tal-​Filistin, kien qed jittawwal mit-​tieqa u ra lil Iżakk iżiegħel b’martu Rebekka.+  Abimelek minnufih sejjaħ lil Iżakk u qallu: “Ara! Din m’hi ħadd ħlief martek! Allura kif għedt, ‘Hi oħti’?” U Iżakk wieġbu: “Għedt hekk għax bżajt li mmut minħabba fiha.”+ 10  Imma Abimelek kompla: “X’għamiltilna?+ Għal ftit ma mteddx xi ħadd min-​nies maʼ martek, u kont iġġib il-​ħtija fuqna!”+ 11  Imbagħad Abimelek ikkmanda lin-​nies kollha u qalilhom: “Kulmin imiss lil dan ir-​raġel u lil martu żgur li jingħata l-​mewt!” 12  U Iżakk beda jiżraʼ ż-​żerriegħa f’dik l-​art,+ u f’dik is-​sena ġabar mitt darba iżjed,+ għax Ġeħova kien qed ibierku.+ 13  U r-​raġel kiber u baqaʼ miexi ’l quddiem iktar u iktar u baqaʼ jikber sakemm kiber ħafna.+ 14  U kellu mrieħel tan-​nagħaġ u mrieħel tal-​baqar u ġemgħa kbira taʼ qaddejja,+ tant li l-​Filistin bdew jgħiru għalih.+ 15  Inkwantu għall-​bjar kollha li l-​qaddejja taʼ missieru kienu ħaffru fi żmien missieru Abraham,+ il-​Filistin għalquhom u mlewhom bit-​trab.+ 16  Fl-aħħar, Abimelek qal lil Iżakk: “Itlaq mill-​inħawi tagħna, għaliex sirt ferm iktar b’saħħtek minna.”+ 17  Għalhekk, Iżakk telaq minn hemmhekk u kkampja fil-​wied* taʼ Gerar+ u beda jgħammar hemmhekk. 18  U Iżakk reġaʼ ħaffer il-​bjar taʼ l-​ilma li kienu ħaffru fi żmien missieru Abraham imma li l-​Filistin kienu għalqu wara l-​mewt t’Abraham;+ u reġaʼ semmiehom bl-​ismijiet li kien semmiehom missieru.+ 19  U l-​qaddejja taʼ Iżakk bdew iħaffru fil-​wied u sabu hemmhekk bir taʼ l-​ilma ġieri. 20  U r-​rgħajja taʼ Gerar bdew jitlewmu mar-​rgħajja taʼ Iżakk+ u jgħidulhom: “Dan l-​ilma tagħna!” Għalhekk, il-​bir semmieh Esek,* għaliex kienu ġġieldu miegħu. 21  U marru jħaffru bir ieħor, u tlewmu fuqu wkoll. Għalhekk, semmieh Sitna.* 22  Iktar tard telaq minn hemmhekk u ħaffer bir ieħor,+ imma ma tlewmux fuqu. B’hekk, semmieh Reħobot* u qal: “Għaliex issa Ġeħova tana wisaʼ biżżejjed+ u ġegħelna nnisslu fuq l-​art.”+ 23  U minn hemmhekk telaʼ lejn Bir-​xeba.+ 24  U Ġeħova deherlu dak il-​lejl u qallu: “Jien l-​Alla taʼ missierek Abraham.+ Tibżax,+ għax jien miegħek, u se nbierkek u nkattar lil nislek minħabba l-​qaddej tiegħi Abraham.”+ 25  U hemmhekk bena artal u sejjaħ isem Ġeħova+ u waqqaf it-​tinda hemm,+ u l-​qaddejja taʼ Iżakk bdew iħaffru bir hemmhekk. 26  Iktar tard Abimelek ġie għandu minn Gerar m’Aħużżat, il-​ħabib tiegħu li kien jafda fih, u maʼ Fikol, il-​kap taʼ l-​armata tiegħu.+ 27  U Iżakk qalilhom: “Għala ġejtu għandi, ladarba bgħadtuni u keċċejtuni mill-​inħawi tagħkom?”+ 28  Huma wieġbu: “Aħna rajna li bla dubju Ġeħova qiegħed miegħek.+ Għalhekk, għedna, ‘Jekk jogħġbok, ħa nintrabtu b’ħalfa bejnietna,+ bejnna u bejnek, u ħa nagħmlu patt miegħek,+ 29  li ma tagħmlilna ebda deni bħalma aħna ma messejniekx u bħalma għamilnielek biss il-​ġid billi bgħatniek bis-​sliem.+ Int issa l-​imbierek taʼ Ġeħova.’”+ 30  Imbagħad għamlilhom festa u kielu u xorbu.+ 31  L-għada fil-​għodu qamu kmieni u ħalfu lil xulxin.+ Imbagħad Iżakk bagħathom u telqu mingħandu bis-​sliem.+ 32  Issa dakinhar il-​qaddejja taʼ Iżakk ġew ikellmuh dwar il-​bir li kienu ħaffru,+ u qalulu: “Sibna l-​ilma!” 33  Għalhekk, semmieh Xibah.* Huwa għalhekk li l-​belt jisimha Bir-​xeba*+ sa dan il-​jum. 34  U Għesaw kellu erbgħin sena meta ħa b’martu lil Ġuditta bint Begħeri l-​Ħitti kif ukoll lil Basemat bint Elon il-​Ħitti.+ 35  U dawn imlew il-​ħajja taʼ Iżakk u Rebekka bl-​imrar.+

Noti taʼ taħt

Il-kelma Ebrajka tindika jew il-​wied li minnu jgħaddi l-​ilma ġieri (Ġen 26:19; 2Sl 3:16; Ġob 30:6; Għn 6:11) jew l-​ilma ġieri stess. (1Sl 17:4; Sa 110:7) Wied bħal dan spiss ikun niexef imma kultant jgħaddi minnu kurrent qawwi taʼ ilma ġieri.
Ifisser “Ġlied; Taqbid.”
Ifisser “Akkuża.”
Ifisser “Postijiet Wesgħin.”
Ifisser “Ħalfa”; jew, “Sebgħa.”
Ifisser “Bir tal-​Ħalfa”; jew, “Bir tas-​Sebgħa.”