Ġenesi 25:1-34

25  U Abraham ħa mara oħra li kien jisimha Ketura.+  U din wilditlu lil Żimran, Ġoksan, Medan, Midjan,+ Isbak, u Suwaħ.+  U Ġoksan nissel lil Xeba+ u lil Dedan.+ U wlied Dedan kienu l-​Assurin, il-​Letusin, u l-​Lewmin.  U wlied Midjan kienu Għefa,+ Għefer, Ħanok, Abida, u Eldgħa.+ Dawn kollha kienu wlied Ketura.  U Abraham ta kulma kellu lil Iżakk,+  imma lil ulied il-​konkubini tiegħu, Abraham tahom għotjiet.+ Imbagħad, waqt li kien għadu ħaj, bagħathom ’il bogħod minn ibnu Iżakk+ lejn il-​lvant, lejn l-​art tal-​Lvant.+  U dawn huma jiem is-​snin tal-​ħajja li għex Abraham, mija u ħamsa u sebgħin sena.  Imbagħad Abraham ħa l-​aħħar nifs u miet meta kien xjaħ sew, xiħ u sodisfatt, u nġabar maʼ niesu.+  Għalhekk, uliedu Iżakk u Ismagħel difnuh fl-​għar taʼ Makfela, fl-​għalqa t’Għefron bin Soħar il-​Ħitti li qiegħda quddiem Mamre,+ 10  l-għalqa li Abraham kien xtara mingħand ulied Ħet. Hemmhekk kienu midfunin Abraham u martu Sara.+ 11  U ġara li, wara l-​mewt t’Abraham, Alla kompla jbierek lil ibnu Iżakk+ li kien qed jgħammar qrib Bir-​laħaj-roj.+ 12  U dan hu r-​rakkont storiku taʼ Ismagħel,+ bin Abraham, li Ħagar l-​Eġizzjana, il-​qaddejja taʼ Sara, wildet lil Abraham.+ 13  Issa dawn huma l-​ismijiet taʼ wlied Ismagħel skond l-​oriġini tal-​familja tagħhom: Nebajot,+ l-​ewwel imwieled taʼ Ismagħel, u Kedar,+ Adbel, Mibsam,+ 14  Misma, Duma, Massa, 15  Ħadad,+ Tema,+ Ġetur, Nafis, u Kedema.+ 16  Dawn huma wlied Ismagħel, u dawn huma ismijiethom skond il-​btieħi tagħhom u l-​kampijiet tagħhom imdawrin bil-​ħitan:+ tnax-il kap taʼ tribù skond it-​tribujiet tagħhom.+ 17  U dawn huma s-​snin tal-​ħajja taʼ Ismagħel, mija u sebgħa u tletin sena. Imbagħad ħa l-​aħħar nifs u miet u nġabar maʼ niesu.+ 18  U huma għexu fit-​tined minn Ħawila+ qrib Sur,+ li qiegħda quddiem l-​Eġittu, sa l-​Assirja. U dawn għammru quddiem ħuthom kollha.+ 19  U dan hu r-​rakkont storiku taʼ Iżakk bin Abraham.+ Abraham nissel lil Iżakk. 20  U Iżakk kellu erbgħin sena meta ħa b’martu lil Rebekka, bint Betwel,+ is-​Sirjan,+ mill-​Fiddien-aram,* oħt Laban is-​Sirjan. 21  U Iżakk baqaʼ jitlob bil-​ħrara lil Ġeħova b’mod speċjali għal martu,+ għax ma setax ikollha tfal;+ u Ġeħova semaʼ t-​talb bil-​ħrara tiegħu,+ u martu Rebekka ħarġet tqila. 22  U l-​ulied ġo fiha bdew jissaraw bejniethom,+ u b’hekk qalet: “Jekk inhu hekk, għalfejn qed ngħix?” U marret tistaqsi lil Ġeħova.+ 23  U Ġeħova qalilha: “Żewġt iġnus hemm f’żaqqek,+ u żewġ popli se jinfirdu mill-​ġewwieni tiegħek;+ u poplu+ se jkun iktar b’saħħtu mill-​ieħor, u l-​kbir jaqdi liż-​żgħir.”+ 24  U ż-​żmien biex tiled għalqilha, u, ara, kellha tewmin f’żaqqha.+ 25  Imbagħad ħareġ l-​ewwel wieħed ħamrani u ġismu kollu kien bħal libsa tas-​suf;+ għalhekk, semmewh Għesaw.*+ 26  U mbagħad ħareġ ħuh li kellu idu mqabbda m’għarqub Għesaw;+ għalhekk, semmieh Ġakobb.*+ U Iżakk kellu sittin sena meta hi wildithom. 27  U s-​subien kibru, u Għesaw sar raġel jinqalaʼ għall-​kaċċa,+ raġel tar-​rabaʼ, imma Ġakobb kien bniedem bla ħtija,+ jgħammar fit-​tined.+ 28  U Iżakk kien iħobb lil Għesaw, għax kien iġiblu x’jiekol mill-​kaċċa li jaqbad, filwaqt li Rebekka kienet tħobb lil Ġakobb.+ 29  Darba waħda Ġakobb kien qed isajjar ftit soppa, meta Għesaw ġie mill-​għalqa u kien għajjien. 30  Għalhekk, Għesaw qal lil Ġakobb: “Jekk jogħġbok, agħtini belgħa minn dik is-​soppa l-​ħamra. Fittex agħtini ftit minn dik is-​soppa, għax għajjien!” Kien għalhekk li semmewh Edom.*+ 31  U Ġakobb qallu: “L-​ewwel u qabel kollox begħli d-​dritt tiegħek bħala l-​ewwel imwieled!”+ 32  U Għesaw wieġbu: “Ara! Jien wasalt biex immut, u x’jiswieli d-​dritt bħala l-​ewwel imwieled?” 33  U Ġakobb żied: “L-​ewwel u qabel kollox aħlifli!”+ U hu ħaliflu u biegħ id-​dritt tiegħu bħala l-​ewwel imwieled lil Ġakobb.+ 34  U Ġakobb ta l-​ħobż u s-​soppa taʼ l-​għads lil Għesaw, u dan kiel u xorob.+ Imbagħad qam u telaq. B’hekk, Għesaw stmerr id-​dritt bħala l-​ewwel imwieled.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Pjanura (Wita) t’Aram (is-Sirja)”; parti mill-​Mesopotamja.
Ifisser “Sufi.”
Ifisser “Jaqbad l-​Għarqub; Jieħu Post Ħaddieħor.”
Ifisser “Aħmar; Ħamrani.”