Ġenesi 23:1-20

23  U Sara għexet mija u sebgħa u għoxrin sena. Dawn kienu s-​snin tal-​ħajja taʼ Sara.+  Għalhekk, Sara mietet f’Kirjat-arba,+ jiġifieri, Ħebron,+ fl-​art taʼ Kangħan,+ u Abraham daħal inewwaħ għal Sara u jibkiha.  Imbagħad Abraham qam minn quddiem il-​mejta u kellem lil ulied Ħet+ u qalilhom:  “Resident barrani u immigrant qiegħed jien f’nofskom.+ Bigħuli post għad-​dfin f’nofskom fejn nistaʼ nidfen lill-​mejta tiegħi.”+  Ulied Ħet imbagħad wieġbu lil Abraham u qalulu:  “Ismagħna, sidi.+ Kap taʼ tribù maħtur minn Alla int f’nofsna.+ Lill-​mejta tiegħek idfinha fl-​aqwa post għad-​dfin li għandna.+ Ħadd minna ma se jċaħħdek mill-​post għad-​dfin li għandu u jżommok milli tidfen lill-​mejta tiegħek.”+  U Abraham qam u miel quddiem in-​nies tal-​post,+ quddiem ulied Ħet,+  u kellimhom u qalilhom: “Jekk taqblu li nidfen lill-​mejta tiegħi, isimgħuni u ħeġġu lil Għefron bin Soħar+  biex jagħtini l-​għar taʼ Makfela,+ li hu tiegħu u li jinsab f’tarf l-​għalqa tiegħu. Ħa jagħtihuli quddiemkom b’kemm jiswa fidda biex ikolli post għad-​dfin.”+ 10  U Għefron kien bil-​qiegħda hemmhekk qalb ulied Ħet. Għalhekk, Għefron il-​Ħitti+ wieġeb lil Abraham, biex jisimgħuh ulied Ħet flimkien maʼ dawk li kienu deħlin minn bieb il-​belt tiegħu, u qallu:+ 11  “Le, sidi! Ismagħni. L-​għalqa nagħtihielek, u l-​għar li hemm fiha nagħtihulek ukoll. Quddiem għajnejn ulied il-​poplu tiegħi nagħtihielek.+ Idfen lill-​mejta tiegħek.” 12  U Abraham miel quddiem in-​nies tal-​post 13  u kellem lil Għefron biex jisimgħuh in-​nies tal-​post, u qallu: “Naċċetta biss—le, ismagħni! Jien nagħtik ammont taʼ fidda għall-​għalqa. Ħudu mingħandi,+ biex inkun nistaʼ nidfen lill-​mejta tiegħi hemmhekk.” 14  Imbagħad Għefron wieġeb lil Abraham u qallu: 15  “Sidi, ismagħni. Biċċa art li tiswa erbaʼ mitt xekel fidda, x’inhi din bejni u bejnek? Għalhekk, idfen lill-​mejta tiegħek.”+ 16  Għaldaqstant, Abraham semaʼ minn Għefron, u Abraham lil Għefron wiżinlu l-​ammont taʼ fidda li kien tkellem dwaru biex jisimgħuh ulied Ħet, erbaʼ mitt xekel fidda, skond il-​valur aċċettat min-​negozjanti.+ 17  B’hekk, l-​għalqa t’Għefron li kienet f’Makfela, li tinsab quddiem Mamre, l-​għalqa bl-​għar li kien fiha u bis-​siġar kollha li kien hemm fl-​għalqa+ u li kienu ’l ġewwa mit-​trufijiet tagħha mad-​dawra kollha, għaddiet f’idejn+ 18  Abraham bħala l-​proprjetà mixtrija tiegħu quddiem għajnejn ulied Ħet qalb dawk kollha li kienu deħlin minn bieb il-​belt tiegħu.+ 19  U wara dan, Abraham difen lil martu Sara fl-​għar taʼ l-​għalqa taʼ Makfela, quddiem Mamre, jiġifieri, Ħebron, fl-​art taʼ Kangħan.+ 20  U l-​għalqa, bl-​għar li kien hemm fiha, għaddiet f’idejn Abraham minn idejn ulied Ħet biex ikollu post għad-​dfin.+

Noti taʼ taħt