Ġenesi 20:1-18

20  U Abraham ma baqax ikkampjat hemmhekk,+ imma telaq lejn l-​art tan-​Negeb u beda jgħammar bejn Kades+ u Sur+ u għal xi żmien għex ukoll f’Gerar bħala barrani.+  U Abraham reġaʼ qal dwar martu Sara: “Hi oħti.”+ Minħabba f’hekk, Abimelek,* sultan taʼ Gerar, bagħat jieħu lil Sara.+  Imbagħad Alla ġie bil-​lejl f’ħolma għand Abimelek u qallu: “Ara! Int daqslikieku mejjet minħabba l-​mara li ħadt,+ ladarba hi taʼ sid ieħor bħala martu.”+  Madankollu, Abimelek ma kienx resaq lejha.+ B’hekk, hu qal: “Ġeħova, sejjer int toqtol ġens li hu tassew ġust?+  Ma qallix hu, ‘Hi oħti’? u hi—ma qalitx ukoll, ‘Hu ħija’? Bl-​onestà taʼ qalbi u bl-​innoċenza taʼ idejja għamiltu dan.”+  U l-​Alla l-​veru qallu fil-​ħolma: “Jien ukoll kont naf li dan int għamiltu bl-​onestà taʼ qalbek,+ u jien kont qed inżommok lura wkoll milli tidneb kontrija.+ Huwa għalhekk li ma ħallejtekx tmissha.+  Imma issa rodd lura l-​mara lil żewġha, għax hu profeta,+ u jagħmel talb bil-​ħerqa għalik,+ u b’hekk tibqaʼ ħaj. Imma jekk ma troddhiex, kun af li żgur se tmut, int u kulmin hu tiegħek.”+  Għalhekk, Abimelek qam kmieni fil-​għodu u sejjaħ lill-​qaddejja kollha tiegħu u wasslilhom f’widnejhom dan kollu. U l-​irġiel beżgħu ħafna.  Imbagħad Abimelek sejjaħ lil Abraham u qallu: “X’għamiltilna, u xi dnub għamilt jien kontrik, biex ġibt fuqi u fuq saltnati dnub hekk kbir?+ Għamiltli għemejjel li qatt ma messek għamilt.”+ 10  U Abimelek issokta jgħid lil Abraham: “X’kellek f’moħħok biex għamilt din il-​ħaġa?”+ 11  Wieġbu Abraham: “Dan għamiltu għax għedt bejni u bejn ruħi, ‘Bla dubju m’hemmx biżaʼ t’Alla f’dan il-​post,+ u żgur li joqtluni minħabba marti.’+ 12  U, minbarra dan, hi verament oħti, bint missieri, biss mhux bint ommi; u saret marti.+ 13  U ġara li, meta Alla qalli biex nitlaq minn dar missieri,+ jien għedtilha, ‘Din hi l-​qalb tajba bl-​imħabba+ li tistaʼ turini int: Kulfejn immorru għid dwari: “Hu ħija.”’”+ 14  Imbagħad Abimelek ħa nagħaġ u baqar u qaddejja rġiel u nisa u tahom lil Abraham u raddlu lura lil martu Sara.+ 15  Barra minn hekk, Abimelek qallu: “Ara! Arti hi disponibbli għalik. Għammar fejn jidhirlek li hu tajjeb.”+ 16  U lil Sara qalilha: “Ara! Qed nagħti elf biċċa tal-​fidda lil ħuk.+ Dan hu għalik għata+ f’għajnejn* kulmin hu miegħek, u quddiem kulħadd, li int meħlusa mit-​tmaqdir.” 17  U Abraham beda jitlob bil-​ħerqa lill-​Alla l-​veru,+ u Alla fejjaq lil Abimelek u lil martu u lill-​ilsiera nisa tiegħu, u dawn bdew jildu t-​tfal. 18  Għax Ġeħova kien għalaq sew kull ġuf fid-​dar t’Abimelek minħabba Sara, mart Abraham.+

Noti taʼ taħt

X’aktarx titlu uffiċjali.
“Għata f’għajnejn.” Idjoma Ebrajka li tissinifika dikjarazzjoni legali taʼ reputazzjoni mhix mittiefsa taʼ mara, li teħlisha minn kull akkuża f’għajnejn ħaddieħor.