Ġenesi 19:1-38

19  Issa ż-​żewġ anġli waslu Sodoma fil-​għaxija, u Lot kien qiegħed bil-​qiegħda fil-​bieb taʼ Sodoma.+ Malli lemaħhom, Lot qam biex jiltaqaʼ magħhom u miel wiċċu lejn l-​art.+  U qalilhom: “Jekk jogħġobkom, issa, sinjuri, ilwu lejn id-​dar tal-​qaddej tagħkom u għaddu l-​lejl hemmhekk u aħslu saqajkom.+ Imbagħad bakkru u morru għal triqitkom.”+ Qalulu: “Le, imma l-​lejl se ngħadduh fil-​pjazza.”+  Imma hu baqaʼ jinsisti magħhom,+ u b’hekk huma lwew għal għandu u daħlu d-​dar tiegħu. Imbagħad għamlilhom ikla kbira,+ u ħema l-​ħobż bla ħmira,+ u kielu.  Qabel ma ż-​żewġt irġiel setgħu jimteddu, in-​nies tal-​belt, in-​nies taʼ Sodoma, minn tifel sa xiħ, in-​nies kollha f’marmalja waħda,+ dawru d-​dar.+  U baqgħu jsejħu lil Lot u jgħidulu: “Fejn huma l-​irġiel li daħlu għandek dan il-​lejl? Oħroġhomlna biex ikollna x’naqsmu magħhom.”+  Fl-aħħar, Lot ħareġ barra ħdejhom fid-​daħla u għalaq il-​bieb warajh.  Imbagħad qalilhom: “Jekk jogħġobkom, ħuti, taġixxux ħażin.+  Jekk jogħġobkom, hawn għandi żewġt ibniet li għadhom qatt ma kellhom x’jaqsmu maʼ raġel.+ Ħa noħroġhomlkom. Imbagħad agħmlulhom dak li jidhrilkom li hu tajjeb.+ Imma lil dawn l-​irġiel tagħmlulhom xejn,+ għax għalhekk ġew, għall-​kenn tas-​saqaf tiegħi.”*+  Qalulu: “Warrbilna min-​nofs!” U żiedu: “Dan ir-​raġel ġie hawnhekk biex jgħammar bħala barrani,+ u madankollu jrid fil-​fatt jagħmilha taʼ mħallef.+ Issa lilek se nagħmlulek agħar milli se nagħmlu lilhom.” U bdew irossu b’kemm kellhom saħħa fuq ir-​raġel,+ fuq Lot, u kienu waslu biex ikissru l-​bieb.+ 10  Għalhekk, iż-​żewġt irġiel ħarġu idejhom u daħħlu lil Lot ħdejhom, fid-​dar, u għalqu l-​bieb. 11  Imma għamew lin-​nies li kienu fid-​daħla tad-​dar,+ miż-​żgħir sal-​kbir,+ u b’hekk dawn għejew jipprovaw ifittxu d-​daħla.+ 12  Imbagħad iż-​żewġt irġiel qalu lil Lot: “Għandek lil xi ħadd ieħor hawnhekk? L-​irġiel taʼ wliedek u wliedek subien u bniet u kulmin hu tiegħek fil-​belt, oħroġhom minn dan il-​post!+ 13  Għax dan il-​post se nagħmluh ħerba, għaliex l-​għajta kontra l-​abitanti tal-​belt kibret ħafna quddiem Ġeħova,+ u b’hekk Ġeħova bagħatna nagħmluha ħerba l-​belt.”+ 14  Għalhekk, Lot ħareġ u beda jkellem lill-​irġiel li kienu se jieħdu lill-​bniet tiegħu u baqaʼ jgħidilhom: “Qumu! Oħorġu minn dan il-​post, għaliex Ġeħova se jagħmilha ħerba l-​belt!”+ Imma f’għajnejn l-​irġiel taʼ wliedu hu deher qisu qed jiċċajta.+ 15  Madankollu, meta beda jżernaq, l-​anġli bdew jgħaġġlu iktar lil Lot u jgħidulu: “Qum! Ħu lil martek u liż-​żewġt ibniet tiegħek li qegħdin hawnhekk,+ li ma tmurx tinqered fl-​iżball tal-​belt!”+ 16  Meta baqaʼ jitnikker,+ iż-​żewġt irġiel qabduh minn idu, lilu, lil martu u liż-​żewġt ibniet tiegħu, minħabba l-​mogħdrija taʼ Ġeħova għalih,+ u ħarġuh u ħallewh barra l-​belt.+ 17  U ġara li, malli kienu ħarġuhom ’il barra mill-​belt, wieħed mill-​irġiel beda jgħid: “Aħrab u salva ruħek!+ Tħarisx warajk+ u tieqaf imkien fid-​Distrett kollu tal-​Ġordan!+ Aħrab lejn ir-​reġjun muntanjuż li ma tmurx tinqered!”+ 18  U Lot qalilhom: “Mhux hekk, jekk jogħġbok, Ġeħova! 19  Issa, il-​qaddej tiegħek hu approvat f’għajnejk,+ u b’hekk int qed tkabbar il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+ li int urejt miegħi biex iżżommni ħaj,*+ imma jien—jien ma nistax naħrab lejn ir-​reġjun muntanjuż għax nibżaʼ li l-​gwaj jibqaʼ jiġri warajja u żgur li mmut.+ 20  Issa, din il-​belt hi qrib biex naħrab fiha u din hi ħaġa żgħira.+ Nistaʼ, jekk jogħġbok, naħrab hemmhekk—mhix ħaġa żgħira din?—u ruħi tibqaʼ ħajja.”+ 21  Għalhekk, wieġbu: “Ara! Nurik konsiderazzjoni f’din il-​ħaġa wkoll,+ billi ma neqridx il-​belt li għedtli biha int.+ 22  Ħaffef! Aħrab hemmhekk, għaliex ma nistaʼ nagħmel xejn sakemm tasal hemmhekk!”+ Huwa għalhekk li dik il-​belt semmieha Sogħar.*+ 23  Ix-xemx kienet telgħet fuq l-​art meta Lot wasal Sogħar.+ 24  Imbagħad Ġeħova bagħat xita taʼ kubrit u nar fuq Sodoma u fuq Gomorra+ mis-​smewwiet, mingħand Ġeħova. 25  Għalhekk, hu qered dawn il-​bliet, saħansitra d-​Distrett kollu kemm hu u l-​abitanti kollha tal-​bliet u l-​ħdura taʼ l-​art.+ 26  U mart Lot bdiet tħares lura minn warajh, u saret kolonna tal-​melħ.+ 27  Issa Abraham irħielha kmieni fil-​għodu lejn il-​post fejn kien qagħad quddiem Ġeħova.+ 28  U ħares lejn Sodoma u Gomorra u lejn l-​art kollha tad-​Distrett u ra li duħħan oħxon kien tielaʼ mill-​art bħad-​duħħan oħxon taʼ forn!*+ 29  U ġara li meta Alla għamel ħerba mill-​bliet tad-​Distrett, Alla żamm f’moħħu lil Abraham billi ħa passi biex joħroġ lil Lot minn nofs il-​qerda meta qered il-​bliet fejn kien jgħix+ Lot. 30  Iktar tard Lot telaʼ minn Sogħar u beda jgħammar fir-​reġjun muntanjuż, u miegħu telgħu ż-​żewġt ibniet tiegħu,+ għax beżaʼ jgħammar f’Sogħar.+ Għalhekk, beda jgħammar f’għar, hu u ż-​żewġt ibniet tiegħu. 31  U l-​kbira qalet liż-​żgħira: “Missierna xiħ u m’hemmx raġel fl-​art biex ikollu x’jaqsam magħna skond id-​drawwa taʼ l-​art kollha.+ 32  Ejja nagħtuh l-​inbid x’jixrob+ lil missierna u ejja nimteddu miegħu u nżommu ħaj in-​nisel minn missierna.”+ 33  Għalhekk, dak il-​lejl+ lil missierhom baqgħu jagħtuh l-​inbid x’jixrob; imbagħad il-​kbira daħlet u mteddet maʼ missierha, imma hu ma kienx jaf meta mteddet u meta qamet. 34  U ġara li l-​għada l-​kbira qalet liż-​żgħira: “Ara! Il-​lejl l-​ieħor jien imteddejt maʼ missieri. Ejja nagħtuh l-​inbid x’jixrob dan il-​lejl ukoll. Imbagħad idħol int, imtedd miegħu, u ħa nżommu ħaj in-​nisel minn missierna.” 35  Għalhekk, darba wara l-​oħra lil missierhom tawh l-​inbid x’jixrob dak il-​lejl ukoll; imbagħad iż-​żgħira qamet u mteddet miegħu, imma hu ma kienx jaf meta mteddet u meta qamet. 36  U ż-​żewġt ibniet taʼ Lot it-​tnejn ħarġu tqal minn missierhom.+ 37  Meta għalqilha ż-​żmien, il-​kbira wildet iben u semmietu Mowab.*+ Hu missier il-​Mowabin, sa dan il-​jum.+ 38  U ż-​żgħira, hi wkoll wildet iben u mbagħad semmietu Ben-għammi.* Hu missier ulied Għammon,+ sa dan il-​jum.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “għad-​dell tas-​saqaf tiegħi.”
Letteralment, “iżżommli ruħi ħajja.”
Ifisser “Ċokon.”
Letteralment, “kalkara.”
Ifisser “Mill-​Missier.”
Ifisser “Bin il-​Poplu Tiegħi,” jiġifieri, bin qrabati.