Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġenesi 18:1-33

18  Imbagħad Ġeħova deherlu+ qalb is-siġar il-kbar taʼ Mamre,+ waqt li kien bil-qiegħda fid-daħla tat-tinda fl-eqqel tas-sħana tal-jum.+  Hu refaʼ għajnejh+ u ħares u kien hemm tlett irġiel weqfin ftit ’il bogħod minnu. Meta rahom telaq jiġri mid-daħla tat-tinda biex jiltaqaʼ magħhom u miel lejn l-art.+  Imbagħad qal: “Ġeħova, jekk issa jien approvat f’għajnejk, jekk jogħġbok, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek.+  Ħa nġib ftit ilma, jekk jogħġobkom, u aħslu saqajkom.+ Imbagħad oqogħdu bil-qiegħda taħt is-siġra.+  U ħa nġib biċċa ħobż, u sostnu ruħkom.*+ Wara dan, tistgħu tibqgħu għaddejjin, għaliex huwa għalhekk li intom għaddejtu minn din it-triq għand il-qaddej tagħkom.” U huma qalulu: “Kollox sew. Agħmel kif għedt.”  Għalhekk, Abraham telaq bl-għaġla lejn it-tinda għand Sara u qalilha: “Fittex lesti tliet seat dqiq fin, agħġen l-għaġina u agħmel il-ftajjar.”+  Imbagħad Abraham mar jiġri lejn il-merħla u ħa barri żgħir tari u tajjeb u tah lill-qaddej, u dan mar jgħaġġel biex ilestih.+  Imbagħad ħa l-butir u l-ħalib u l-barri ż-żgħir li kien lesta u qegħedhom quddiemhom.+ U hu baqaʼ bil-wieqfa ħdejhom taħt is-siġra huma u jieklu.+  Huma issa staqsewh: “Fejn hi martek Sara?”+ Hu qalilhom: “Hawnhekk fit-tinda!”+ 10  Għalhekk, wieħed minnhom kompla: “Jien żgur li se niġi lura għandek is-sena d-dieħla f’dan iż-żmien, u, ara, martek Sara jkollha iben.”+ Issa Sara kienet qed tismaʼ fid-daħla tat-tinda li kienet wara r-raġel. 11  U Abraham u Sara kienu xjuħ, imdaħħlin fiż-żmien.+ Sara ma kienx għadu jkollha t-tnixxija tad-demm taʼ kull xahar.+ 12  Għalhekk, Sara bdiet tidħaq f’qalbha+ u tgħid: “Wara li dbilt, u wkoll sidi xjaħ, tassew se jkolli l-hena?”+ 13  Imbagħad Ġeħova qal lil Abraham: “Sara għala daħqet u qalet, ‘Jistaʼ jkun li verament se niled għalkemm xjaħt?’+ 14  Hemm xi ħaġa li hi impossibbli għal Ġeħova?+ Fiż-żmien stabbilit jien se niġi lura għandek, is-sena d-dieħla f’dan iż-żmien, u Sara jkollha iben.” 15  Imma Sara ċaħdet dan u qalet: “Ma dħaqtx!” Għax beżgħet. Għal dan, qalilha: “Le! Imma veru dħaqt.”+ 16  Iktar tard l-irġiel qamu minn hemmhekk u ħarsu ’l isfel lejn Sodoma,+ u Abraham kien miexi magħhom biex iwassalhom.+ 17  U Ġeħova qal: “Qed naħbi minn Abraham dak li qed nagħmel?+ 18  Għax Abraham żgur li għad isir ġens kbir u setgħan, u l-ġnus kollha taʼ l-art se jitbierku permezz tiegħu.+ 19  Għax jien sirt midħla tiegħu sabiex hu jordna lil uliedu u lil taʼ daru warajh biex iħarsu t-triq taʼ Ġeħova ħalli jagħmlu s-sewwa u l-ħaqq;+ sabiex Ġeħova żgur li jġib fuq Abraham dak li wiegħdu.”+ 20  Għaldaqstant, Ġeħova qal: “L-għajta taʼ lmenti dwar Sodoma u Gomorra,+ iva, hi qawwija, u dnubhom, iva, hu serju ħafna.+ 21  Ninsab determinat li ninżel nara jekk hux qed jaġixxu għalkollox skond l-għajta li waslet għandi, u, jekk le, inkun naf.”+ 22  U l-irġiel daru minn hemmhekk u rħewlha lejn Sodoma; imma Ġeħova+ kien għadu wieqaf quddiem Abraham.+ 23  Imbagħad Abraham resaq u qal: “Int tassew li se teqred lin-nies sewwa maʼ dawk li huma mill-agħar?+ 24  Suppost li jkun hemm ħamsin raġel sewwa f’nofs il-belt. Sejjer int, allura, teqridhom u ma taħfirx lill-belt minħabba l-ħamsin raġel sewwa li hemm fiha?+ 25  Lanqas qatt ma jgħaddili minn moħħi li int taġixxi hekk biex toqtol lir-raġel sewwa maʼ dak li hu mill-agħar, u b’hekk lir-raġel sewwa jiġrilu l-istess bħal min hu mill-agħar!+ Lanqas qatt ma jgħaddili minn moħħi.+ Sejjer l-Imħallef taʼ l-art kollha ma jagħmilx dak li hu sewwa?”+ 26  Imbagħad Ġeħova qal: “Jekk insib f’Sodoma ħamsin raġel sewwa f’nofs il-belt naħfer lill-belt kollha minħabba fihom.”+ 27  Imma Abraham issokta jwieġeb u jgħid: “Jekk jogħġbok, hawnhekk għamilt il-ħila biex inkellem lil Ġeħova, għad li jien trab u rmied.+ 28  Suppost li l-ħamsin raġel sewwa jkunu neqsin ħamsa. Sejjer int tagħmel ħerba l-belt kollha minħabba l-ħamsa?” Qallu: “Ma nagħmilhiex ħerba jekk insib hemmhekk ħamsa u erbgħin.”+ 29  Imma għal darb’oħra Abraham reġaʼ tkellem miegħu u qallu: “Suppost li jinstabu erbgħin hemmhekk.” Qallu: “Ma nagħmilhiex ħerba minħabba l-erbgħin.” 30  Imma Abraham kompla: “Ġeħova, jekk jogħġbok, jalla ma tagħdabx għall-aħħar,+ imma ħa nkompli nitkellem:+ Suppost li jinstabu tletin hemmhekk.” Qallu: “Ma nagħmilhiex jekk insib tletin hemmhekk.” 31  Imma Abraham kompla: “Jekk jogħġbok, hawnhekk għamilt il-ħila biex inkellem lil Ġeħova:+ Suppost li jinstabu għoxrin hemmhekk.” Qallu: “Ma nagħmilhiex ħerba minħabba l-għoxrin.”+ 32  Fl-aħħarnett Abraham qal: “Ġeħova, jekk jogħġbok, jalla ma tagħdabx għall-aħħar,+ imma ħa nitkellem din id-darba biss:+ Suppost li jinstabu għaxra hemmhekk.” Qallu: “Ma nagħmilhiex ħerba minħabba l-għaxra.”+ 33  Imbagħad Ġeħova+ telaq meta kien spiċċa jkellem lil Abraham, u Abraham mar lura lejn postu.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qalbkom.”