Ġenesi 16:1-16

16  Issa Saraj, mart Abram, ma kinitx wilditlu tfal;+ imma kellha qaddejja Eġizzjana jisimha Ħagar.+  Għalhekk, Saraj qalet lil Abram: “Issa, jekk jogħġbok, ismagħni! Ġeħova żammni milli jkolli t-​tfal.+ Jekk jogħġbok, ħa jkollok x’taqsam mal-​qaddejja tiegħi; forsi jkolli t-​tfal minnha.”+ Għalhekk, Abram semaʼ minn kliem Saraj.+  Imbagħad Saraj, mart Abram, ħadet lil Ħagar, il-​qaddejja Eġizzjana tagħha, għaxar snin wara li Abram kien ilu jgħammar fl-​art taʼ Kangħan, u tatha lil żewġha Abram b’martu.+  U hu kellu x’jaqsam maʼ Ħagar, u din ħarġet tqila. Meta indunat li kienet tqila, bdiet tħares bi stmerrija lejn sidtha.+  Minħabba f’hekk, Saraj qalet lil Abram: “Il-​ħsara li saritli tkun fuqek. Jien stess tajtek il-​qaddejja tiegħi fi ħdanek, u meta indunat li kienet tqila, bdiet tħares lejja bi stmerrija. Ħa jiġġudika Ġeħova bejni u bejnek.”+  Għalhekk, Abram qal lil Saraj:+ “Ara! Il-​qaddejja tiegħek f’idejk. Agħmlilha dak li jidher li hu tajjeb f’għajnejk.”+ Imbagħad Saraj bdiet tumiljaha, u b’hekk Ħagar ħarbet ’il bogħod minnha.+  Iktar tard l-​anġlu+ taʼ Ġeħova sabha ħdejn għajn taʼ l-​ilma fix-​xagħri, ħdejn l-​għajn li hemm fit-​triq li tagħti għal Sur.+  U qalilha: “Ħagar, qaddejja taʼ Saraj, minfejn ġejja u fejn sejra?” Hi wieġbet: “Qed naħrab minn sidti Saraj.”  U l-​anġlu taʼ Ġeħova ssokta jgħidilha: “Mur lura għand sidtek u umilja ruħek taħt idejha.”+ 10  Imbagħad l-​anġlu taʼ Ġeħova qalilha: “Se nkattar fuq li nkattar lil nislek,+ u ma jingħaddx daqskemm ikun kotran.”+ 11  L-anġlu taʼ Ġeħova żied jgħidilha: “Issa int tqila, u se tiled iben u ssemmih Ismagħel;*+ għax Ġeħova semaʼ bis-​sofferenza tiegħek.+ 12  Hu se jsir bħaż-​żebra. Idu tkun kontra kulħadd, u id kulħadd tkun kontrih;+ u se jgħix fit-​tined quddiem wiċċ ħutu kollha.”+ 13  Imbagħad hi bdiet issejjaħ isem Ġeħova, li kien qed ikellimha: “Int Alla li jara,”+ għax qalet: “Tassew li jien hawn ħarist lejn dak li jarani?” 14  Kien għalhekk li dan il-​bir issemma Bir-​laħaj-roj.*+ Dan qiegħed bejn Kades u Bered. 15  Iktar tard Ħagar wildet iben lil Abram, u Abram semma isem ibnu, li wildet Ħagar, Ismagħel.+ 16  U Abram kellu sitta u tmenin sena meta Ħagar wilditlu lil Ismagħel.

Noti taʼ taħt

Ifisser “Jismaʼ Alla.”
Ifisser “Bir tal-​Wieħed Ħaj li Jarani.”