Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġenesi 15:1-21

15  Wara dan kollu Ġeħova kellem lil Abram f’dehra+ u qallu: “Tibżax,+ Abram. Jien tarka għalik.+ Il-premju tiegħek ikun kbir ferm.”+  U Abram qallu: “Mulej Sovran Ġeħova, x’se tagħtini, ladarba m’għandix tfal u dak li se jiret lil dari hu Eligħeżer,+ raġel minn Damasku?”  U Abram żied: “Ara! Int ma tajtni ebda nisel,+ u ara, qaddej+ minn dari se jiritni.”  Imma, ara, Ġeħova kellmu u qallu dan il-kliem: “Dan ir-raġel mhux se jirtek, imma wieħed li joħroġ mill-ġewwieni tiegħek għad jirtek.”+  Hu ħarġu barra u qallu: “Jekk jogħġbok, ħares ’il fuq lejn is-smewwiet u għodd il-kwiekeb, jekk għandek il-ħila tgħoddhom.”+ U ssokta jgħidlu: “Hekk għad ikun nislek.”+  U hu poġġa l-fidi f’Ġeħova;+ u Hu għaddlu dan bħala ġustizzja.+  Imbagħad żied jgħidlu: “Jien Ġeħova, li ħriġtek minn Ur tal-Kaldin biex nagħtik din l-art ħalli tkun tiegħek.”+  Għal dan, staqsieh: “Mulej Sovran Ġeħova, kif se nkun naf li se tkun tiegħi?”+  Hu wieġbu: “Ħudli għoġla taʼ tliet snin u mogħża taʼ tliet snin u muntun taʼ tliet snin u gamiema u beċċun.”+ 10  Għalhekk, hu ħa dawn l-annimali kollha u qasamhom fi tnejn u poġġa kull parti minnhom biex taqbel maʼ l-oħra, imma l-għasafar ma qasamhomx.+ 11  U l-għasafar tal-priża bdew jinżlu fuq l-iġsma taʼ l-annimali mejtin,+ imma Abram qagħad ikeċċihom. 12  Wara ftit ix-xemx kienet waslet biex tinżel, u ngħas kbir waqaʼ fuq Abram,+ u, ara, waqgħet fuqu dalma kbira u tal-biżaʼ. 13  U hu beda jgħid lil Abram: “Kun af fiż-żgur li d-dixxendenti tiegħek għad jgħammru bħala barranin f’art li mhix tagħhom,+ u jkollhom jaqduhom, u dawn se jgħakksuhom għal erbaʼ mitt sena.+ 14  Imma l-ġens li lilu għad jaqdu se niġġudikah,+ u wara dan huma joħorġu b’ġid kbir.+ 15  Inkwantu għalik, int tmur bis-sliem għand missirijietek u tindifen meta tkun xjaħt sew.+ 16  Imma fir-rabaʼ ġenerazzjoni huma jerġgħu lura hawnhekk,+ għaliex l-iżball taʼ l-Amurrin għadu mhux mitmum.”+ 17  Ix-xemx issa kienet nieżla u waqaʼ dlam ċappa, u, ara, forn idaħħan u torċa taqbad li għaddiet bejn dawn il-bċejjeċ.+ 18  Dakinhar Ġeħova għamel patt m’Abram,+ u qallu: “Lil nislek se nagħtiha din l-art,+ mix-xmara taʼ l-Eġittu* sax-xmara l-kbira, ix-xmara Ewfrat:+ 19  l-art tal-Kenin,+ tal-Keneżin, tal-Kadmunin, 20  tal-Ħittin,+ tal-Pereżin,+ tar-Refajin,+ 21  taʼ l-Amurrin, tal-Kangħanin, tal-Girgasin, u tal-Ġebusin.”+

Noti taʼ taħt

“Ix-xmara taʼ l-Eġittu” b’mod evidenti tirreferi għal xmara, jew għall-wied taʼ Wadi el-Aris.”